2021
L-Istorja tal-Familja Tgħin lill-Antenati Tagħna
Diċembru 2021


“L-Istorja tal-Familja Tgħin lill-Antenati Tagħna,” Liahona, Diċembru 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona , Diċembru 2021

L-Istorja tal-Familja Tgħin lill-Antenati Tagħna

L-istorja tal-familja huwa meta niskopri u nitgħallmu dwar il-membri tal-familja tagħna. Niġbru wkoll informazzjoni dwar l-antenati tagħna sabiex inkunu nistgħu nagħmlu l-ħidma tat-tempju għalihom.

alt text

Il-familji huma fiċ-ċentru tal-pjan li għandu Missierna fis-Smewwiet għalina. Huwa ħejja triq għall-familji biex jibqgħu għal dejjem. Waqt li nagħmlu l-istorja tal-familja tagħna u l-ħidma tat-tempju, aħna ngħinu biex inġibu lill-membri tal-familja, kemm ħajjin u kemm mejtin, flimkien. (“Ħidma tat-tempju” tfisser tirċievi ordinanzi tat-tempju għalina stess, bħal meta niġu ssiġillati mal-konjuġi tagħna, u anki nagħmlu ordinanzi fit-tempju għall-antenati tagħna.)

Storja tal-Familja u Ħidma tat-Tempju

Kull persuna li għexet jew se tgħix fid-dinja teħtieġ l-ordinanzi tal-evanġelju. Jekk l-antenati tagħna ma kellhomx dak iċ-ċans, aħna nistgħu nwettqu ordinanzi għalihom fit-tempju. Waħda minn dawk l-ordinanzi hi li tiġi ssiġillat ma’ membri tal-familja. Li nkunu “issiġillati” tfisser li aħna nkunu nistgħu ngħixu flimkien għal dejjem mal-familji tagħna jekk aħna ġusti. Aħna nistgħu niġu ssiġillati mal-familja tagħna fit-tempji biss.

Barkiet tal-Ħidma tal-Istorja tal-Familja

familja

L-istorja tal-familja tista’ tgħinna nsaħħu r-relazzjonijiet tagħna mal-membri ħajjin tal-familja tagħna. Hekk kif naqsmu ma’ xulxin stejjer, ritratti, u memorji oħra, aħna nistabbilixxu rabtiet fil-familja. Insaħħu wkoll l-imħabba li għandna għal xulxin. Il-profeti wiegħdu wkoll li l-ħidma tagħna fl-istorja tal-familja tressaqna viċin aktar ta’ Ġesù Kristu.

Insibu l-Antenati Tagħna

Reġistri biċ-Ċiniż

Missierna fis-Smewwiet iridna nkunu ssiġillati mal-familja kurrenti tagħna u mal-antenati tagħna. Qabel ma nistgħu nkunu ssiġillati mal-antenati tagħna, jeħtiġilna nsibu u mbagħad nippreservaw l-informazzjoni dwarhom. Iżda l-istorja tal-familja tfisser ħafna iżjed milli kemm nirriċerkaw ismijiiet, dati, u postijiet. Waqt li nitgħallmu dwar l-antenati tagħna, aħna nħossuna iktar konnessi magħhom.