2022
Il-Patti Jgħaqqduna ma’ Alla
Frar 2022


“Il-Patti Jgħaqqduna ma’ Alla,” Liahona, Frar 2022

Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona , Frar 2022

Il-Patti Jgħaqqduna ma’ Alla

Jekk nagħmlu u nżommu l-patti aħna nirċievu l-barkiet.

Patt huwa wegħda bejn Alla u wliedu. Alla jagħmel il-kundizzjonijiet għall-patti li nagħmlu miegħu. Meta nagħmlu dak li jitlobna, aħna nirċievu ħafna barkiet. U ma niksbux biss barkiet f’din id-dinja—meta nagħmlu u nżommu l-patti, xi darba sejrin nirritornaw biex ngħixu fis-smewwiet ma’ Alla u mal-familja tagħna.

magħmudija

Patti u Ordinanzi

Aħna nagħmlu l-patti waqt ċerti ordinanzi. Jeħtieġ li nirċievu dawk l-ordinanzi u nobdu dawk il-patti sabiex nirritornaw ħalli ngħixu ma’ Alla. L-ordinanzi jiġu amministrati bl-awtorità tas-saċerdozju. Dawk l-ordinanzi jinkludu l-magħmudija u l-konferma, l-għotja tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek (għall-irġiel), u l-ordinanzi li nirċievu fit-tempju. Matul is-sagrament, il-membri tal-Knisja jġeddu l-wegħdiet li għamlu lil Alla (ara Doctrine and Covenants 20:7779).

sagrament

Il-Patti Jgħinuna Ngħixu Tajjeb

Matul il-magħmudija, aħna nwiegħdu li nimxu wara Ġesù Kristu, li dejjem niftakru fih, u li nżommu il-kmandamenti (ara Doctrine and Covenants 20:37). Ġesù wiegħed li l-Ispirtu s-Santu jista’ jkun dejjem magħna.

Meta l-irġiel jirċievu s-saċerdozju, huma jwiegħdu li jgħixu b’mod den tal-qawwa tas-saċerdozju ta’ Alla. Alla jwiegħed li jberikhom. (Ara Doctrine and Covenants 84:33–40.)

It-Tempju ta’ Recife, il-Brażil

Illustrazzjoni tat-Tempju ta’ Recife, il-Brażil, ta’ James Porter

Patti li Nagħmlu fit-Tempju

Meta membri tal-Knisja jirċievu d-dota tagħhom fit-tempju, huma jwiegħdu li se jgħixu tajjeb u jissagrifikaw għall-evanġelju. Huma jiġu mwegħdin il-qawwa minn Alla (ara Doctrine and Covenants 38:32; 109:22).

Matul is-siġill fit-tempju, ir-raġel u martu jiżżewġu għall-eternità u jwiegħdu li jkunu fidili ma’ xulxin u ma’ Alla. Alla jwiegħed li huma jkunu jistgħu jirritornaw għandu u jgħixu bħala familja għal dejjem. (Ara Doctrine and Covenants 132:19–20.)

missjunarji

Aħna Poplu tal-Patt

Dawk li jingħaqdu mal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien isiru l-poplu tal-patt ta’ Alla. Huma jirtu wkoll il-barkiet u r-responsabbiltajiet tal-patt ta’ Abraham (ara Galatin 3:27–29). Li nkunu parti mill-poplu tal-patt ta’ Alla jfisser li ngħinu lil xulxin hekk kif nersqu dejjem iktar lejn Kristu. Ifisser ukoll li aħna naħdmu biex insaħħu l-Knisja ta’ Alla f’din id-dinja. Meta nħarsu l-patti tagħna, nistgħu nsibu l-qawwa u s-saħħa minn Alla.