“Inservu fis-Sejħiet tal-Knisja,” Liahona, Mar. 2022
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona , Marzu 2022
Inservu fis-Sejħiet tal-Knisja
Il-mexxeja tal-Knisja jitolbu lill-membri biex iservu fi dmirijiet speċifiċi magħrufin bħala “sejħiet.” Is-sejħiet jagħtu lill-membri l-opportunità li jservu oħrajn u jersqu eqreb lejn Alla.
Meta nservu fis-sejħiet tagħna, nkunu qed ngħinu nwettqu l-ħidma ta’ Alla. Aħna ngħallmu lil nies oħra dwar Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu u ngħinu lil dawk li ngħallmu jersqu eqreb lejhom. Aħna wkoll nirċievu l-barkiet meta nservu b’fedeltà.
Nirċievu Seħjiet
Dawk li jservu fil-Knisja jissejħu minn Alla. Il-mexxejja tal-Knisja jitolbu għall-ispirazzjoni biex jagħrfu lil min jistaqsu biex iservi f’kull sejħa. Il-mexxej imbagħad jistaqsi lil wieħed mill-membri biex iservi u jispjega d-dmirijiet tas-sejħa. Il-membri jiġu sostnuti waqt laqgħa tal-Knisja fejn il-membri tal-wited jew tal-fergħa joffru vot ta’ sosteniment. Dan ifisser li huma lesti li jissapportjaw lill-persuna li qed tiġi msejħa. Il-membru mbagħad jingħata barka minn mexxej tas-saċerdozju. Dan jissejjaħ tiġi distint. Il-membru jingħata l-awtorità li jaġixxi fis-sejħa u barkiet oħrajn li jgħinuh iservi, jew jgħinuha sservi.
Isqfijiet
Isqof huwa l-mexxej ta’ qasam. (Ġo fergħa, president tal-fergħa huwa simili għal isqof.) Il-president tal-wited jirrakkomanda xi ħadd den li jħaddan is-saċerdozju biex jissejjaħ bħala isqof. L-Ewwel Presidenza tapprova s-sejħa. L-isqof mbagħad jiġi sostnut u jiġi distint biex iservi. Hu jirċievi wkoll l-imfietaħ tas-saċerdozju, li jfisser li għandu l-awtorità biex jidderieġi l-qasam. Bħala isqof, huwa jservi u jmexxi lill-membri kollha tal-qasam.
Presidenzi
Il-kworums ta-saċerdozju u l-organizzazzjonijiet tas-Soċjetà tal-Għajnuna, tat-Tfajliet, tal-Primarja u tal-Iskola tal-Ħadd jitmexxew minn presidenzi, normalment president u żewġ kunsilliera. Il-presidenzi tal-kworums tal-presbiteri jiġu msejħin u jiġu distinti mill-presidenza tal-wited. Il-veskovat jistaqsi xi membri biex iservu fi presidenzi oħrajn fil-qasam u jagħmilhom distinti. Il-mexxejja kollha jservu lill-membri fil-kworums jew fl-organizzazzjonijiet tagħhom. Huma jimministraw għall-ħtiġijiet tal-membri u jgħinuhom iħossu l-imħabba ta’ Alla.
Sejħiet oħra
Sejħiet oħra tal-Knisja jinkludu li tgħallem, li tgħin bil-mużika, li żżomm reġistri, li tippjana attivitajiet għaż-żgħażagħ jew għat-tfal, u li sservi b’modi oħrajn. Kull sejħa fil-Knisja hija importanti u tagħti lill-membri l-opportunità li jservu oħrajn u li jservu lil Alla. Hekk kif aħna lkoll naħdmu flimkien biex inwettqu s-sejħiet tagħna, aħna nqawwu lil oħrajn u ngħinu biex tikber il-Knisja.
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, March 2022. Maltese. 18296 159