2022
X’inhi Lejla d-Dar?
Awwissu 2022


“X’inhi Lejla d-Dar?” Liahona, Aww. 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Awwissu 2022

X’inhi Lejla d-Dar?

Omm, missier, u tifla ċkejkna bilqiegħda barra

Lejla d-dar hija ħin iddedikat matul il-ġimgħa biex il-familja tagħkom tiltaqa’ flimkien. Matul dan il-ħin, intom tistgħu “titgħallmu l-evanġelju, issaħħu t-testimonjanzi, tibnu l-għaqda, u tieħdu gost fil-kumpanija ta’ xulxin” (General Handbook: Serving in The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints, 2.2.4, ChurchofJesusChrist.org). Il-lejliet id-dar jidhru kemxejn differenti bejn familja u oħra. Imma l-għan huwa li tużaw dan il-ħin biex toqorbu iktar lejn xulxin u iktar lejn is-Salvatur.

Tħejjija

Aħsbu f’xi attività li l-familja tħobb tagħmel u xi suġġett mill-evanġelju li tixtiequ tiddiskutu u titgħallmu dwaru flimkien. Barra minn hekk, agħżlu ġurnata u ħin kull ġimgħa meta l-membri kollha tal-familja, jew ħafna minnhom, jistgħu jiltaqgħu. Il-Knisja tinkuraġġixxi lill-membri biex jagħmlu lejla d-dar it-Tnejn filgħaxija. Iżda l-familji jistgħu jiltaqgħu meta jkun l-aħjar għalihom.

familja titlob

It-Talb

Bosta familji jibdew u jispiċċaw lejla d-dar bit-talb. Dan jistieden l-Ispirtu s-Santu ġewwa d-dar tagħhom. Il-lejla d-dar huwa mument ideali għat-tfal u għall-adulti biex jitgħallmu jitolbu fi grupp żgħir.

Mużika

Ħafna familji jinkludu wkoll għanja, waħda għall-bidu u oħra għall-għeluq. Huma normalment jagħżlu għanja mill-ktieb tal-innijiet jew mill-ktieb tal-kant tal-Primarja. Il-Knisja għandha rikordings fuq il-pjanu tal-innijiet fuq music.ChurchofJesusChrist.org. Tistgħu wkoll taraw vidjos tat-Tabernacle Choir at Temple Square. Il-kant waqt lejla d-dar jgħin lill-membri jitgħallmu l-innijiet li jitkantaw fil-knisja.

Lezzjoni

Il-Knisja għandha bosta riżorsi li jistgħu jgħinukom tagħmlu lejla d-dar. Tistgħu tqattgħu ftit minuti biex taqraw u tiddiskutu xi artiklu mil- Liahona, il-Ħabib, jew Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ. Dan jista’ wkoll ikun il-ħin biex taraw u tiddiskutu vidjos tal-Knisja. Jew forsi tistgħu taraw xi diskors mill-konferenza ġenerali, taqraw l-iskrittura, jew tiddiskutu l-qari ta’ dik il-ġimgħa f’ Come, Follow Me.

tfal jagħmlu l-gallettini

Ritratt tat-tfal jagħmlu l-gallettini ta’ Michelle Loynes

Involviment tal-Familja

It-tfal jistgħu jieħdu sehem f’lejla d-dar. Jistgħu jgħinu fl-ippjanar tal-attivitajiet, fit-talb, jew jistgħu jagħżlu l-għanjiet u jmexxuhom huma. Jistgħu saħansitra jgħallmu xi lezzjoni. Qabel lejla d-dar, tistgħu tgħallmu lil uliedkom jaqraw storja mir-rivista Ħabib jew l-istorja favorita tagħhom mill-iskrittura. It-tfal jistgħu mbagħad jgħidu dik l-istorja lill-familja bħala lezzjoni. Ħafna tfal iħobbu wkoll jirreċtaw stejjer mill-iskrittura waqt lejla d-dar. Tfal ikbar għandhom jippjanaw il-lezzjoni jew jagħżlu diskors mill-konferenza ġenerali li jkunu jixtiequ jaqraw. Imbagħad ħalluhom imexxu huma d-diskussjoni.

Attivitajiet

Ħafna familji jieħdu gost jagħmlu attivitajiet bħala parti mil-lejla d-dar. Attivitajiet ta’ ġewwa jistgħu jinkludu logħob, crafts, jew tisjir flimkien.

Għal attivitajiet ta’ barra, tistgħu tmorru mixja, tmorru hike bħala familja, jew tagħmlu xi sport ta’ barra flimkien. Sibu attività li l-membri kollha tal-familja jistgħu jagħmlu, u jieħdu gost jagħmlu flimkien. Evitaw mumenti kompetittivi li jistgħu jwarrbu lill-Ispirtu.

Servizz

Lejla d-dar huwa ħin mill-aqwa għall-familji biex iservu lil oħrajn. Tistgħu tgħinu lil xi ġirien avvanzati fl-età, twasslu l-ikel f’xi dar għan-nies bla saqaf, tiktbu lill-missjunarji, jew tiġbru l-iskart, per eżempju.