“Barkiet tas-Saċerdozju,” Liahona, Mar. 2023.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Marzu 2023
Barkiet tas-Saċerdozju
Barka tas-saċerdozju tingħata permezz ta’ ispirazzjoni minn wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Bis-saħħa tal-barkiet tal-evanġelju l-ulied kollha ta’ Alla jistgħu jirċievu l-qawwa, il-fejqan, il-faraġ, u l-gwida tiegħu.
Is-Saċerdozju
Is-saċerdozju huwa l-qawwa ta’ Alla. Irġiel denji li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jaġixxu fl-isem ta’ Ġesù Kristu meta huma jagħtu l-barkiet tas-saċerdozju. Hekk kif jagħtu dawn il-barkiet, huma jimxu wara l-eżempju tas-Salvatur meta kien ibierek lil oħrajn.
Kif Jingħataw il-Barkiet
Il-barkiet tas-saċerdozju jingħataw permezz tat-tqegħid tal-idejn. Wieħed li jħaddan s-Saċerdozju ta’ Melkisedek ipoġġi jdejh fuq ras il-persuna li qed tirċievi l-barka. Imbagħad huwa jagħti barka kif jiddireġih l-Ispirtu. Dawk li jagħtu l-barkiet u dawk li jirċevuhom jeżerċitaw fidi f’Alla u jafdaw fir-rieda u fl-orarju tiegħu.
L-Għoti tal-Isem u l-Barka lit-Tfal
Wara li titwieled tarbija, wieħed li jħaddan l-evanġelju jagħtiha isem u barka (ara Doctrine and Covenants 20:70). Dan normalment iseħħ f’ laqgħa ta’ sawm u testimonjanza. It-tarbija l-ewwel tingħata isem. Imbagħad dak li jħaddan is-saċerdozju jagħti barka lit-tarbija.
Barka lill-Morda
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu jagħtu barkiet lil nies li huma morda. Din it-tip ta’ barka għandha żewġ partijiet: id-dlik biż-żejt u l-issiġillar tad-dlik. L-ewwel, wieħed li jħaddan s-saċerdozju jqiegħed qatra żejt li ġie kkonsagrat, jew imbierek, fuq ras il-persuna u jgħid talba qasira. Imbagħad, xi ħadd ieħor li jħaddan is-saċerdozju jissiġilla d-dlik u jagħti barka lill-persuna skont kif ikun iggwidat mill-Ispirtu s-Santu.
Barkiet ta’ Faraġ u Kunsill
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jisgħu jagħtu barkiet ta’ faraġ u kunsill lil membri ta’ familja u lil oħrajn li jitolbuhom. Missier li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jista’ jagħti barka ta’ missier lil uliedu. Dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna kbira meta t-tfal ikunu qed jiffaċċjaw sfidi speċjali.
Tiddistingwi Membri biex Iservu Sejħa
Meta l-membri tal-Knisja jirċievu sejħa, huma jingħataw barka meta huma jiġu distinti biex iservu. Mexxej tas-saċerdozju jberikom b’awtorità li jaġixxu fis-sejħa. Il-mexxej tas-saċerdozju jagħtihom ukoll barka biex jgħinhom fis-servizz tagħhom.
Barkiet Patrijarkali
Kull membru den tal-Knisja jista’ jitlob li jirċievi barka patrijarkali. Din il-barka tagħti kunsill personali mingħand il-Mulej. Tista’ tipprovdi gwida u faraġ matul il-ħajja ta’ persuna. Hija tħabbar ukoll in-nisel tal-persuna fid-dar ta’ Iżrael. Huwa biss patrijarka ordnat li jista’ jagħti din it-tip ta’ barka.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, March 2023. Language. 18905 159