Librerija
Inħallu warajan il-kultura ta’ kuljum biex insibu “il-moħħ ta’ Kristu”


Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

Inħallu warajan il-kultura ta’ kuljum biex insibu “il-moħħ ta’ Kristu”

Minkejja jiem ta’ mirakli u tagħlim mirqum, Ġesù jsib lid-dixxipli tiegħu jitlewmu. Mhux wisq qabel, Pietru, Ġakbu, u Ġwanni jaċċettaw l-istedina ta’ Ġesù biex jingħaqdu miegħu fuq muntanja għolja fejn flimkien jaraw lil Mosè u lil Elija filwaqt li Ġesùhuwa trasfigurat quddiemhom. Ġesù u dawn id-dixxipli magħżula jinżlu l-muntanja u jsibu ġenn sħiħ, għax xi dixxipli oħrajn ma setgħux jilqgħu t-talba ta’ missier anzjuż biex ifejqulu lil ibnu li kien qiegħed imut. Wara li jfarraġ lill-missier, Ġesù jfejjaq lit-tifel ċkejken u mbagħad, iktar tard, jassigura privatament lid-dixxipli tiegħu li huma jistgħu jagħmlu l-istess jekk jiddedikaw lilhom infushom iktar bis-sħiħ għat-“talb u s-sawm”1.

Wara dan kollu, wara li vvjaġġaw flimkien fil-Galilija u waslu f’Kafarnahum, Ġesù staqsa lill-istudenti tiegħu: “X’kontu qegħdin titħaddtu bejnietkom fit-triq?”2 Maħsudin kif kienu biex minn argumenti infantili jiffaċċjaw lill-kobor ta’ Bin il-Bniedem, id-dixxipli jibqgħu bla kliem u bilkemm jifilħu jlissnu s-suġġett tal-argument li kellhom fit-triq: jiġifieri, “fuq min kien l-akbar”3.

Minkejja li jinsabu ma’ Ġesù, dawn id-dixxipli mhux kapaċi jgħixu ħsibijietu jew jemitaw l-għemejjel Tiegħu. Bla ma jirrabja, Ġesù jpoġġi bilqiegħda bil-kalma kollha, isejjaħ lit-tnax biex jersqu lejh, u jispjega: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd”4. Huma u mexjin, x’kien jikkwalifika bħala “l-ikbar” kien deher ovvju, jew għallinqas ċar biżżejjed biex tiġbed lid-dixxipli leali ta’ Ġesù fl-istess dibattitu dwar ‘id-dritt tas-saltna’ li kien ħabbatt tant lill-aħwa ta’ Ġużeppi, Laman u Lemweli, u bosta oħrajn fl-iskrittura u fil-ħajja ta’ kuljum5. Iżda hekk kif Ġesù jixħet id-dawl tiegħu fuq il-kuntest tagħhom, it-termini jinbidlu. Dak li kien jidher importanti ma jibqax jiswa wisq, u dak li kien inviżibbli f’daqqa waħda jiddi.

Huwa u jkellem lill Korintin, Pawl jafferma li “il-fidi tagħkom tinbena … mhux l-għerf ta’ din id-dinja, anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn … imma fuq il-qawwa ta’ Alla”6. Bħala segwaċi tal-Evanġelju Rrestawrat ta’ Ġesù Kristu, aħna nagħrfu li “d-dinja” mhix fiha infisha l-problema. Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien iħaddnu “il-verità kollha li Alla jagħti lil uliedu, sew jekk skoperta f’laboratorju xjentifiku, sew jekk miksuba permezz ta’ rivelazzjoni diretta mingħandu”7. Skont it-13 Artiklu tal-Fidi u t-twissija ta’ Pawlu, aħna kemm nemmnu u kemm nittamaw “fil-ħwejjeġ kollha.”

Madanakollu, l-interezzjoni ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu turina li jeħtiġilna ninfamtu minn suppożizzjonijiet naturali li nħalluh jgħallimna modi ġodda ta’ kif aħna nkunu, kultura ġdida. “Il-bniedem naturali,” Pawlu jispjega, “ma jilqax il-ħwejjeġ tal-Ispirtu ta’ Alla; għalih huma kollha bluha, ma jistax jifhimhom, għaliex ħadd ma jista’ jgħarbilhom jekk mhux bl-Ispirtu … Min hu dak li jista’ jifhem il-ħsieb tal-Mulej, biex ikun jista’ jgħallmu? Imma aħna, aħna għandna fina l-ħsieb ta’ Kristu”8

F’kull ġenerazzjoni aħna għandna profeti ħajjin biex jiggwidawna u jgħallmuna kif noftmu moħħna mill-ħwejjeġ ta’ kuljum u jkollna “fina l-moħħ ta’ Kristu.” Il-profeta l-ħaj tagħna llum, il-President Russell M. Nelson, jagħmel preċiżament dan. Dawk li jisimgħuh u japplikaw il-parir tiegħu se jsibu li se jitneżżgħu minn attitudnijiet limitanti u jiżviluppaw il-moħħ ta’ Kristu hekk kif iġibu l-paċi9, imantmu l-ispinta spiritwali10, jiddedikaw ħin għall-Mulej11, jattendu t-tempju12, iħallu lil Alla jiddomina lil ħajjithom13, jisimgħuH14, jindmu15, ifittxu u jirċievu r-rivelazzjoni16, u “jaħsbu b’mod ċelestjali” (li fil-fatt “tfisser li ħsibijietna jkunu spiritwali”)17. Aħna niskopru tiġdid tagħna nfusna u ta’ moħħna hekk kif nimpenjaw ruħna fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni billi naslu biex nagħrfu u nħobbu lil Ġesù Kristu, u nagħmlu l-ħidma biex ngħaqqdu lill-ulied kollha ta’ Alla għall-eternità.

Noti

  1. Mark 9:2–29.

  2. Mark 9:33.

  3. Mark 9:34.

  4. Mark 9:35.

  5. ara, per eż., Ġen. 37, 2 Ne.m5:3.

  6. 1 Kor. 2:5–6.

  7. President Russell M. Nelson, “X’Inhu Veru?”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2022 (enfasi miżjuda).

  8. 1 Kor. 2:14, 16.

  9. President Russell M. Nelson, “Meħtieġa Nies li Jġibu l-Paċi”, Konferenza Ġenerali April 2023.

  10. President Russell M. Nelson, “Il-Qawwa ta’ Spinta Spiritwali”, Konferenza Ġenerali April 2022.

  11. President Russell M. Nelson, “Iddedikaw Ħin għall-Mulej,” Konferenza Ġenerali Ottubru 2021.

  12. President Russell M. Nelson, “It-Tempju u l-Pedament Spiritwali Tagħkom”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2021.

  13. President Russell M. Nelson, “Ħallu lil Alla Jiddomina”, Konferenza Ġenerali Ottubru 2020.

  14. President Russell M. Nelson, “Isimgħuh”, Konferenza Ġenerali April 2020.

  15. President Russell M. Nelson, “Nistgħu Nagħmlu Aħjar u Nkunu Aħjar”, Konferenza Ġenerali April 2019.

  16. President Russell M. Nelson, “Rivelazzjoni għall-Knisja, Rivelazzjoni għal Ħajjitna”, Konferenza Ġenerali April 2018.

  17. President Russell M. Nelson, “Araw li Ħsibijietkom Ikunu Ċelestjali!”,Konferenza Ġenerali Ottubru 2023.

Ipprintja