Liahona
L-Istedina Li Timxi Wara L-Profeta
Jannar 2024


Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

L-Istedina Li Timxi Wara L-Profeta

Meta l-President Russell M. Nelson ġie introdott mal-midja bħala profeta u President tal-Knisja f’Jannar tal-2018, wieħed kollega tiegħi, dak iż-żmien, li ma kienx membru tal-knisja, kellimni dwar l-età tal-president il-ġdid tagħna. “Tinkwetax,” għidtilha. Wara kollox, hi ma setgħetx tkun taf li hu kien għadu qed jaqdi d-dmirijiet ekkleżjastiċi tiegħi ta’ kuljum, kien dar id-dinja kollha bħala parti mis-sejħa tiegħu, kien qed jitgħallem iċ-Ċiniż ta’ età avvanzata u, bħala żagħżugħ ta’ 93 sena, kien għadu jmur jiskijja b’passjoni kbira fuq is-silġ tal-muntanji ta’ Utah.

Madanakollu, kliema kellu fih ukoll kritika sottili, li aktarx li nisimgħu minn varjetà ta’ ilħna tad-dinja: Kif tistgħu intom, f’ “soċjetà moderna”, timxu “b’għajnekom mgħammdin” wara persuna waħda? Dikjarazzjoni bħal din turi li d-dinja għadha ma fehmitx l-irwol ta’ profeta. Il-Presbiteru Neil L. Anderson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, iddikjara: “L-iktar rwol important tal-profeta tal-Mulej huwa li jgħallimna dwar is-Salvatur u jmexxina lejh. … Profeta ma jiqafx bejna u bejn is-Salvatur. Minflok, huwa jieqaf ħdejna u juri t-triq lejn is-Salvatur.”1

Għalhekk, profeta dejjem għandu r-responsabbiltà li jidderieġi lil għajnejna u lil qalbna kollha kemm hi lejn il-Mulej Ġesù Kristu—is-sors waħdieni tal-fidwa u s-salvazzjoni tagħna. Ma stagħġibtx meta waħda mill-ewwel stedinitiet tal-President Nelson wara li ġie distint kienet: “X’għerf intom niqsin minnu? X’inhi dik il-ħaġa tħossu bżonn urġenti li tagħrfu u tifhmu? Imxu wara l-eżempju tal-Profeta Joseph. Sibu post fil-kwiet fejn tistgħu tmorru regolarment. Iċċekknu quddiem Alla. Iftħu qalbkom beraħ għal Missierkom fis-Smewwiet. Duru lejh għat-tweġibiet u l-faraġ. Itolbu f’isem Ġesù Kristu dwar it-tħassib tagħkom, il-beżgħat tagħkom, id-dgħufijiet tagħkom—iva, il-vera xenqiet ta’ qalbkom. U mbagħad isimgħu! Iktbu l-ħsibijiet li jiġu f’moħħkom. Żommu rekord tas-sentimenti tagħkom u imxu warajhom b’azzjonijiet li tħossu s-suġġerimenti li għandhom tagħmlu. … M’għandkomx għalfejn tinkwetaw dwar x’inhu veru. M’għandkomx għalfejn tinkwetaw lil min għandkom tafdaw. Permezz ta’ rivelazzjoni personali, tistgħu tirċievu x-xhieda tagħkom stess.”2

Jien inħobb dan il-prinċipju etern tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu li aħna nistgħu, u aħna għandna, nirċievu rivelazzjoni għalina stess u niksbu xhieda għalina stess. M’għanda x’taqsam xejn ma ubbidjenza għamja. Anzi hija l-oppost: jekk niġu f’dan, l-ubbidjenza għamja tikkontradixxi dan il-prinċipju.

Fil-fatt, kien preċiżament minħabba din ix-xewqa urġenti li nirċievu tweġibiet personali li l-Knisja ta’ Ġesù Kristu ġiet irrestawrata. Meta ż-żagħżugħ Joseph Smith irritorna mill-Ewwel Dehra mirakoluża li rċieva, u ommu staqsietu mħassba kif kien qed iħossu, huwa seta’ qalilha ħafna affarjiet. Imma f’dak il-mument ħsieb partikolari sebaq kull ħsieb ieħor f’moħħu u hu ried li jaqsmu magħha: “Tinkwetax, kollox sew—jien inħossni tajjeb ħafna. … Tgħallimt għalija nnifsi.”3 Huwa qabel kien tkellem ma’ bosta għalliema tar-reliġjon, u sema’ mill-parir tal-familja u tal-ħbieb. Iżda f’dak il-mument meta rċieva t-tweġibiet direttament mingħand il-Mulej, huwa kien lest għall-ministeru kbir, iddedikat, u meraviljuż tiegħu.

L-eżempju mill-ħajja ta’ Joseph Smith u anki dak mis-sejħa tal-President Nelson huma stedina kollha mħabba biex aħna nirsistu ta’ kuljum għal rivelazzjoni personali. Għalkemm forsi għal bidu tinstema’ paradossali, li nimxu wara l-Profeta ifisser li nsibu għalina nfusna, li niksbu ix-xhieda tagħna stess, u li nfittxu d-direzzjoni ta’ Alla għal ħajjitna u għad-dmirijiet varji tagħna.

Ejjew ilkoll nisimgħu u ngħarblu l-parir tal-profeta tagħna u nisbu għalina nfusna għal darba darbtejn x’inhu dak li l-Mulj qed jistedinna personalment li nagħmlu—u mbagħad din l-istedina ndwaruha f’azzjoni b’determinazzjoni u b’qalbna kollha.

Noti

  1. Il-Presbiteru Neil L. Anderson, “The Prophet of God,” Konferenza Ġenerali April 2018.

  2. President Russell M. Nelson, “Revelation for the Church, Revelation for Our Lives,” Konferenza Ġenerali April 2018.; enfasi miżjuda.

  3. Joseph Smith—L-Istorja 1:20; enfasi miżjuda.

Ipprintja