Liahona
Sostni Ruħek b’Talb Frekwenti
April 2024


“Sosstni Ruħek bit-Talb Frekwenti” Liahona, Apr. 2024

Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, April 2024

Sostni ruħek b’Talb Frekwenti

Għandna bżonn in-nutriment spiritwali li nikkomunikaw ma’ Missierna tas-Smewwiet, barka li hi disponibbli għalina kullimkien u dejjem.

Immaġni
Enos jitlob

Ritratt ta’ attur li qed jagħmel parti ta’ Enos minn Matt Reier

Ilkoll ħassejna l-ġuħ qabel. Stonku jgerger huwa l-mod kif il-ġisem jgħidilna li għandu bżonn in-nutriment. U meta nkunu bil-ġuħ, nafu x’għandna nagħmlu—nieklu.

L-ispirti tagħna ukoll għandhom modi kif jgħarrfuna meta jkollna bżonn nutriment spiritwali. Iżda jidher li huwa aktar faċli għalina li sempliċement ninjoraw il-ġuħ spiritwali milli l-ġuħ fiżiku.

Hekk kif hemm varjetà kbira ta ’ikel li nistgħu nieklu meta nkunu bil-ġuħ, hemm diversi affarijiet x’nistgħu nagħmlu biex naqtgħu l-ġuħ spiritwali tagħna. Pereżempju, nistgħu “inmantnu lilna nfusna permezz ta’ kliem Kristu” (2 Nefi 32:3) fl-iskrittura u permezz ta’ kliem il-profeti. Aħna għandna nattendu l-knisja regolarment u nieħdu sehem fis-sagrament (ara Duttrina u Patti 59:9). Aħna nistgħu nservu ’l Alla u lit-Tfal tiegħu (ara Mosija 2:17).

Imma hemm sors ieħor ta’ nutriment spiritwali li hu disponibbli għalina f’kull ħin, f’kull mument ta’ ħajjitna, ikunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi tagħna. Dejjem nistgħu nikkomunikaw mal-Missier fis-Smewwiet permezz tat-talb.

“Ruħi Ħaditha l-Ġuħ”

Hekk kif il-profeta Enos beda jikkaċċja l-bhejjem fil-foresta, huwa ħaseb dwar “il-kliem li [hu] ta spiss sema’ lil missieru jgħid dwar il-ħajja eterna, u l-hena tal-qaddisin.” Dan il-kliem “ħassu jippenetra ruħu” (Enos 1:3).

Minħabba li Enos kien f’ dan l-istat spiritwali ta’ moħħ, huwa ħass ħtieġa qawwija: “Ruħi ħaditha l-guħ,” hu qal (Enos 1:4; enfasi miżjuda).

X’għamel Enos meta ħass dan il-ġuħ spiritwali, din il-ħtieġa għan-nutriment spiritwali? “Jiena nżilt għarkupptejja quddiem il-Ħallieq tiegħi,” huwa qal “u lilu jien sejjaħt permezz tat‑talb u t‑tħannin ferventi tiegħi għal ruħi” (Enos 1:4).

Tant kbir kien il-ġuħ spiritwali ta ’Enos li huwa talab “il‑jum kollu… u meta wasal il-lejl [huwa] baqa’ jsemma’ leħnu tant li laħaq is-smewwiet” (Enos 1:4) Eventwalment, Alla wieġeb talbu u ħafirlu dnubietu. Enos ħass il-ħtija tiegħu titneħħa minn fuqu. Iżda n-nutriment spiritwali tiegħu ma ntemmx hawn.

Huwa tgħallem dwar il-qawwa tal-fidi f’Ġesù Kristu, u hu talab b’ruħu u ġismu għall-poplu tiegħu - anke għall-għedewwa tiegħu. Huwa għamel patti mal-Mulej u assigura wegħdiet mingħandu. U wara t-talba ferventi ta’ Enos, huwa mar fost in-nies tiegħu jħabbar u jixhed dwar l-affarijiet li kien sema’ u ra. (Ara Enos 1:5-19.)

Mhux kull talba se tiġi mwieġba b’mod daqstant drammatiku, iżda l-esperjenzi tagħna bit-talb xorta jistgħu jkunu sinifikanti u jbiddlulna ħajjitna. Nistgħu nitgħallmu xi lezzjonijietimportanti mill-esperjenza ta’ Enos fejn jidħol it-talb. Per eżempju:

  • Li nistinkaw biex ngħixu bis-sħiħ l-evanġelu jista’ jgħinna nħossu fina l-ġuħ spiritwali.

  • Il-ġuħ spiritwali tagħna jista’ u għandu jwassalna biex ninżlu għarkupptejna u nfittxu l-għajnuna ta’ Missier fis-Smewwiet

  • Li nitolbu lil Missierna fis-Smewwiet jista’ jgħinna naqtgħu il-ġuħ spiritwali tagħna—u ferm aktar minn hekk

  • Nistgħu nitolbu kullimkien, u x’ħin irridu.

  • It-talb jista’ jgħinna nindmu.

  • It-talb jista’ jqawwilna l-fidi tagħna f’Ġesù Kristu.

  • Nistgħu nirċievu xhieda personali li Missierna fis-Smewwiet jismagħna u huwa konxju minna.

  • Ix-xhieda u l-qawwa li nirċievu permezz tat-talb jistgħu jgħinuna nservu u nqawwu lil oħrajn.

Immaġni
Il-Presbiteru Soares bħala tifel

L-Esperjenza Tiegħi bil-Qawwa tat-Talb

Bħal Enos, jien tgħallimt xi wħud minn dawn l-istess lezzjonijiet permezz ta’ esperjenza personali. Il-ġenituri tiegħi ngħaqdu mal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien meta kont tifel żgħir, u kont ġejt mgħammed meta kelli tmien snin. Dejjem kelli sentiment tajjeb u ta’ mħabba f’qalbi dwar Missieri fis-Smewwiet u dwar Ġesù Kristu, l-evanġelju rrestawrat tiegħu, u l-Knisja tiegħu. Iżda domt sa ma kelli kważi 16-il sena biex bdejt nitlob dwar il-verità ta’ dawn l-affarijiet.

L-isqof ispirat tiegħi talabni ngħallem lezzjoni taż-żgħażagħ fl-Iskola tal-Ħadd. Kelli ngħallem lezzjoni dwar kif nistgħu niksbu xhieda tal-evanġelju permezz tat-talb. Din l-assenjazzjoni mill-isqof tiegħi wasslitni biex naħseb aktar fil-fond dwar ix-xhieda tiegħi stess. Iddedikajt il-ħin biex nistudja l-Ktieb ta’ Mormon u dejjem ħassejt li l-Knisja kienet vera. Dejjem emmint fis-Salvatur Ġesù Kristu, imma qatt ma ħadt bis-serjetà il-wegħda ta’ Moroni kif insibuha f’Moroni 10:4–5. Qatt ma kont tlabt dwar il-verità tal-evangelju.

Niftakar li ħassejt f’qalbi li jekk kont se ngħallem lil dawn iż-żgħażagħ kif jistgħu jiksbu xhieda permezz tat-talb, għandi nitlob biex nikseb xhieda jien stess. Ruħi ħaditha l-ġuħ— forsi b’mod differenti minn Enos, imma madankollu ħassejt ħtieġa spiritwali.

Jiena u nipprepara l-lezzjoni, inżilt għarkupptejja u offrejt ix-xewqa ta’ qalbi lil Missieri fis-Smewwiet biex nikkonferma l-verità li ħassejt ġewwa fija. Ma kontx qed nistenna xi manifestazzjoni kbira. Imma meta staqsejt lill-Mulej jekk l-evanġelju huwiex veru, ħassejt f’qalbi sentiment ħelu ħafna—dak il-leħen ħelu u sieket jikkonfermali li kien veru u li għandi nkompli nagħmel dak li kont qed nagħmel.

Is-sentiment tant kien qawwi li qatt ma stajt ninjora dik it-tweġiba u ngħid li ma kontx naf. Qattajt dik il-ġurnata kollha ferħan se ntir. Moħħi kien fis-smewwiet jikkontempla s-sentiment sabiħ f’qalbi.

Il-Ħadd ta’ wara, waqaft quddiem it-tliet jew l-erba’ kollegi tiegħi fil-klassi, li kienu kollha iżgħar minni. Jiena xehedt magħhom li Missierna fis-Smewwiet kien se jwieġeb it-talba tagħhom jekk ikollhom il-fidi.

Immaġni
Il-Presbiteru Soares

Talba li talab il-Presbiteru Soares li ġiet imwieġba meta kien żagħżugħ wasslitu biex huwa jixhed — bħala missjunarju (fuq), missier u raġel miżżewweġ, u Appostlu — li Missierna fis-Smewwiet iwieġeb it-talb offrut bil-fidi.

Minn hemm ’il quddiem, din ix-xhieda baqgħet miegħi. Għenitni nieħu deċiżjonijiet, speċjalment f’mumenti meta ffaċċjajt sfidi. Dik it-talba dakinhar, flimkien ma’ xhieda oħra li rċevejt matul is-snin, ippermettietli li nixhed man-nies, b’konvinzjoni, li huma jistgħu jiksbu tweġibiet mingħand Missierna fis-Smewwiet jekk jitolbu bil-fidi. Dan kien minnu kif xehedt bħala missjunarju, bħala mexxej tal-Knisja, bħala missier u raġel miżżewweġ, u anke llum bħala Appostlu.

Il-Meta u l-Għaliex ’tat-Talb

Naturalment, ma nitolbux biss meta nħossu ħtieġa spiritwali partikolarment qawwija. Allura, meta għandna nitolbu? U għal xiex għandna nitolbu? It-tweġiba qasira hija f’kull ħin u dwar kull ħaġa.

Alla huwa Missierna fis-Smewwiet. Li nkunu nafu dan jibidel kif nitolbu. Il-Profeta Joseph Smith għallem: “Meta jkollna għarfien ta’ Alla, nibdew ngħarfu kif nistgħu nersqu lejh, u kif nitolbu biex nirċievu tweġiba. … Meta nkunu lesti li niġu għandu, Hu jkun lest li jiġi għandna.”1

Missierna fis-Smewwiet huwa dejjem lest li jismagħna u jridna nitolbuh regolarment u ta’ spiss. Għandna “nieħdu parir mill-Mulej f’kull ma’ nagħmlu”Alma 37:37) u nitolbu filgħodu, f’nofsinhar, u filgħaxija. Għandna nitolbu d-dar, fuq ix-xogħol, fl-iskola — kull fejn nistgħu nkunu u dwar dak kollu li nagħmlu (araAlma 34:17-26).

Għandna nitolbu fil-familji tagħna (ara 3 Nefi 18:21). Għandna nitolbu “vokalment u f’qalbna, fil-pubbliku u fil-privat” (Duttrina u Patti 81:3). U “meta [aħna] ma nkunux qed insejħu lill-Mulej, [għandna] naraw li qalbna tkun mimlija radd il-ħajr lilu, bħala talba kontinwa għall-ġid tagħna, kif ukoll għall-ġid ta’ dawk ta’ madwarna” (Alma 34:27). U dejjem irridu nitolbu lill-Missier f’isem ta’ Ġesù Kristu (ara 3 Nefi 18:19–20).

Immaġni
Joseph Smith bħala żagħżugħ

Illustrazzjoni ta’ Joseph Smith minn Walter Rane, ma tistax tiġi kkupjata

Nersqu lejn Missierna fis-Smewwiet

Missierna fis-Smewwiet irid iberikna. U Hu hekk se jagħmel —jekk nistaqsu. Il-Profeta Joseph Smith għallem, “Ftakru li mingħajr ma nistaqsu ma nistgħu nirċievu xejn; għalhekk, itolbu bil-fidi, u intom tirċievu tali barkiet kif Alla jidhirlu xieraq li jagħtikom.”2

It-talb regolari u frekwenti tagħna huwa parti essenzjali minn dieta bilanċjata ta’ nutriment spiritwali għall-erwieħ imġewħa tagħna. Il-komunikazzjoni mal-Missier fis-Smewwiet permezz tat-talb hija disponibbli u milqugħa kullimkien u dejjem.

Waħda mill-iskrittura favorita tiegħi tgħallem kif għandna nersqu lejn Missierna fis-Smewwiet meta ninżlu għarkupptejna nitolbu: “Kun umli; u l-Mulej Alla tiegħek imexxik minn idejk, u jagħtik tweġiba għat-talb tiegħek”(Duttrina u Patti 112:10). Meta nkunu umli u ubbidjenti, Missierna tas-Smewwiet ikun magħna. Hu jmexxina minn idejna. Hu jispirana fejn għandna mmorru u x’għandna nagħmlu. Hu żgur iwieġeb it-talb tagħna skond ir-rieda, il-mod, tiegħu u fil-ħin, tiegħu u skont l-għarfien assolut tiegħu dwar ’dak li hu tajjeb għalina.

Għandna niftakru f’dan u ngħożżu l-opportunitajiet biex nersqu lejn it-tron ta’ Alla u nirċievu barkiet mingħandu.

Noti

  1. Teachings of Presidents of the Church: Joseph Smith (2011), 40, 41.

  2. Teachings: Joseph Smith, 131.

Ipprintja