“Il-Garment tas-Saċerdozju Qaddis,” Liahona, Sett. 2024.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Settembru 2024
Il-Garment tas-Saċerdozju Qaddis
Bħala parti mid-dota tat-tempju, aħna ġejna mogħtija tifkira fiżika u sagra tal-patti tagħna—simbolu tas-Salvatur Innifsu.
Irrispettivament mit-tħejjija li huma bla dubju ngħataw u r-riassigurazzjonijiet li huma ppruvaw jiftakru, żgur li kien xokk qawwi ħafna għal Adam u Eva meta ħallew warajhom il-Ġnien tal-Għeden u middew l-ewwel pass f’dinja mitlufa.
B’għarfien solenni, huma rrealizzaw x’kien ifisser li jpartu l-ħajja trankwilla u serena tagħhom ma’ dinja ta’ oppożizzjoni u għaraq, xewk u niket—u li warajha tiġi xi ħaġa li tissejjaħ il-mewt. Huma għall-ewwel ma setgħux ikunu jafu x’kien ifisser dan kollu, iżda ma damux ma tgħallmu li kull jum seta’ jġib uġigħ ġdid. Fil-fatt, l-aktar ħaġa diffiċli kienet ir-realizzazzjoni li huma kienu se jħabbtu wiċċhom ma’ dan kollu sseparati minn Missierhom fis-Smewwiet—“kienu se jingħalqu mill-preżenza tiegħu,” kellu jgħid Mosè aktar tard.
Minħabba din is-separazzjoni u s-solitudni f’dinja kiesħa u iebsa, kemm kien ta’ faraġ għal Adam u Eva li jiftakru ħaġa waħda: li kien hemm wegħdiet imwiegħda—ħwejjeġ sagri u eterni msejħin patti. Huma kienu wiegħdu li huma kienu se jobdu lill-Missier tul ħajjithom kollha, u Huwa kien wiegħed li jipprovdi Salvatur, li kien se jtaffi l-uġigħ u n-niket tagħhom, ipatti għall-iżbalji tagħhom, u jġibhom lura fil-preżenza Tiegħu mingħajr periklu.
Iżda dawn il-mortali kif setgħu jiftakru dak li huma kienu wiegħdu? Kif setgħu jibqgħu konxji tas-sitwazzjoni perikoluża tagħhom—konxji l-ħin kollu, lejl u nhar?!
Tfakkira tal-Patti Tagħhom
Għal tfakkira bħal din Huwa tahom “kowtijiet tal-ġlud.” X’rigal kien dan u kemm kien f’waqtu. Wara li kielu mill-frotta pprojbita, Adam u Eva kienu kważi mill-ewwel konxji li huma kienu għerja. L-ewwel, huma ppruvaw jgħattu l-għera tagħhom bil-weraq tat-tin. Imbagħad, hekk kif bdew jibżgħu li dan ma kienx biżejjed, huma ppruvaw jinħbew mill-Mulej. (Dan l-attentat aktarx stupidu kien evidenza li l-mortalità kienet qed titkattar fihom!) Minn dak il-mument sal-preżent, Missier kollu mħabba baqa’ jistieden lil uliedu biex joħorġu mill-moħba tagħhom u jersqu lejh. And as with the coats of skins then and various items of clothing since, He in His mercy has not left us naked but has clothed the obedient in a “robe of righteousness,” a reminder of our promises and covenants.U l-istess bħal fil-każ tal-kowtijiet tal-ġlud u ħwejjeġ varji minn dak iż-żmien ’l hawn, Huwa fil-ħniena Tiegħu ma ħalliniex għerja iżda libbes lill-ubbidjenti b’ “mantar tas-sewwa,“ tfakkira tal-wegħdiet u l-patti tagħna. Dawn “il-garments tas-salvazzjoni” jissimbolizzaw l-akbar rigal fost kollha, l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.
Il-Garment Huwa Simbolu tas-Salvatur
Mela, dawn il-ħsibijiet kollha dwar Adam u Eva u l-patti u l-ilbies huwa, bla dubju, aktar minn sempliċiment eżerċizzju mentali. Mhux diffiċli nimmaġinaw kif ħassew Adam u Eva, għaliex aħna wkoll niffaċċjaw l-inkwiet f’din id-dinja mitlufa. Aħna wkoll ġejna sseparati mill-preżenza ta’ Alla, u aħna nitbiegħdu iktar minnu kull darba li niżbaljaw. Bħal Adam u Eva, aħna ġejna mogħtija lil dak l-istess Salvatur, Ġesù Kristu ta’ Nazaret, l-Alfa u l-Omega, Iben Alla l-ħaj. Bħal Adam u Eva, aħna għamilna patti ma’ Alla. U, bħala parti mid-dota tat-tempju, aħna ngħatajna tfakkira fiżika u sagra ta’ dawk il-patti—simbolu tas-Salvatur Innifsu. Fid-dispensazzjoni tagħna dan jissejjaħ il-garment tas-saċerdozju mqaddes.
Aħna nilbsu dan il-garment taħt il-ħwejjeġ ta’ barra tagħna. Huma x’inhuma r-responsabbiltajiet li għandi, huma x’inhuma l-irwoli li għandi fil-ħajja, huma x’inhuma d-dmirijiet tal-ħajja ta’ kuljum, taħt dan kollu hemm il-patti tiegħi—dejjem u għal dejjem. Taħt dan kollu hemm il-wegħdiet sagri li jien naħfen bla waqfien. Il-garment mhux qiegħed hemm biex niftaħar bih jew niddandan bih quddiem id-dinja, u lanqas il-patti tiegħi. Iżda jiena nżomm it-tnejn li huma viċin tiegħi—viċin kemm jista’ jkun. Huma verament personali u sagri.
Meta niftakru f’dawk il-patti, f’dawk il-wegħdiet bejn tnejn, aħna nilbsu il-garment tul ħajjitna. Din il-prattika tirrifletti x-xewqa tagħna li s-Salvatur ikun influwenza kostanti f’ħajjitna. Simboli għeżież oħra huma perjodiċi. Aħna nitgħammdu darba f’ħajjitna. Darba fil-ġimgħa aħna nieħdu sehem fis-sagrament. Aħna nattendu t-tempju skont kif jippermettu ċ-ċirkustanzi. Iżda il-garment tas-saċerdozju mqaddes huwa differenti: dan is-simbolu aħna nonoraw kull jum u lejl.
U dan hu l-mod kif il-patti huma—ma jitwarrbux minħabba konvenjenza jew sforz nuqqas t’interess u ma jiġux immodifikati biex jaqblu mal-istili u l-modi tas-soċjetà. Fil-ħajja ta’ dixxiplu ta’ Ġesù Kristu, il-modi tad-dinja jeħtieġu li jiġu mmodifikati biex jiġu allinjati mal-patti tagħna, mhux bil-maqlub.
Meta nilbsu l-garment, aħna nkunu, kif għallmet l-Ewwel Presidenza, li npoġġu fuqna simbolu sagru ta’ Ġesù Kristu. Jekk dan hu l-każ, għalfejn għandna xi darba nfittxu skuża biex inneħħu dak is-simbolu? Għalfejn aħna niċħdu lilna nfusna mill-wegħda tal-qawwa, tal-protezzjoni, u tal-ħniena li l-garment jirrappreżenta? Għall-kuntrarju, kull meta aħna jkollna bżonn inneħħu temporanjament il-garment, għandna nkunu ħerqana biex nilbsuh lura, kemm jista’ jkun malajr, għaliex aħna niftakru kemm fil-wegħdiet kif ukoll fil-perikli li jagħtu tifsira lill-patti tagħna. Fuq kollox, aħna niftakru fis-salib u l-qabar vojt ta’ Kristu.
Xi wħud jafu jgħidu, “Għandi modi oħra kif niftakar f’Ġesù.” U kieku jien inweġibhom, din hi ħaġa meraviljuża. Aktar ma jkunu, aktar aħjar. Ejjew naħsbu dwar modi kif nistgħu nżommu l-impenn tagħna li “dejjem niftakru fih.” Iżda jekk nagħmlu dan, ma jkun jagħmel l-ebda sens li intenzjonalment nittraskuraw it-tfakkira li l-Mulej innifsu ta lil dawk dotati, il-garment tas-saċerdozju mqaddes.
Ġesù Kristu u l-evanġelju Tiegħu jfissru kollox għalija. It-tamiet u l-aspirazzjonijiet eterni kollha tiegħi, dak kollu li għandi għażiż għalija, jiddependu fuqu. Huwa “il-blata tas-salvazzjoni tiegħi,” it-triq tiegħi ta’ aċċess għal Missieri fis-Smewwiet, l-unika triq tiegħi lura għal dak li darba kelli u li issa rrid li jkolli, flimkien ma’ ħafna iżjed minn hekk. Ir-rigal tiegħu lilna huwa l-aktar rigal ġeneruż li qatt irċevejt, l-aktar rigal ġeneruż li qatt ingħata—mixtri kif kien b’sofferenza infinita, estiż għal numru infinit, mogħti b’imħabba infinita. Ix-xewk u l-għawġ, l-uġigħ u d-diqa, in-niket u d-dnub ta’ din id-dinja mitlufa huma lkoll “miblugħa fi Kristu.”
Għalhekk jiena lbist il-garment tas-saċerdozju mqaddes—kull lejn u nhar kif xieraq minn meta ġejt iddotat 64 sena ilu, fl-età ta’ 19-il sena—għaliex jiena nħobb lilu u għaliex neħtieġ il-wegħdiet li dan jirrappreżenta.
Mistoqsijiet dwar l-Ilbies tal-Garment?
Xi wħud minnkom tafu tkunu qed taqraw dan l-artiklu bit-tama li jiena nwieġeb mistoqsija partikolari dwar l-ilbies. Tafu tittamaw għall-frażi “Dan jgħid il-Mulej”—jew saħansitra “Dan jgħidu il-qaddejja Tiegħu”—fuq kwistjoni li tinsab viċin ta’ qalbkom. Il-mistoqsija tiegħek taf tiġi minn xi ċirkustanzi personali relatati mal-impjieg, mal-eżerċizzju, mal-iġjene, mal-klima, mal-faċilitajiet modesti, sanitarji, jew saħansitra ma’ xi kundizzjoni medika.
Xi tweġibiet għal dawn it-tip ta’ mistoqsijiet nistgħu nsibuhom f’ temples.ChurchofJesusChrist.org u f’sezzjoni 38.5 tal-Manwal Ġenerali. Membri tal-familja u mexxejja fdati jistgħu jiġu kkonsultati dwar xi ħaġa personali. Madankollu, hemm direzzjoni ċara ħafna mogħtija fl-ordinanzi inizjattivi, u hemm għal dejjem u għal dejjem Missierkom fis-Smewwiet, li jafkom u jħobbkom u jifhem kollox dwar iċ-ċirkustanzi tagħkom. Huwa jkun verament kuntent li intom tistaqsuh dawn il-mistoqsijiet personalment.
Nitlobkom biex ma tifhmunix ħażin. Hekk kif intom titobu għall-gwida divina, l-Ispirtu ma jispirakomx biex tagħmlu anqas milli timxu wara l-istruzzjoni li tingħata fit-tempju u l-kunsill profetiku li tatna l-Ewwel Presidenza fid-dikjarazzjoni riċenti tagħha. Missier li tant iħobbkom ma jgħinkomx biex tirrazzjonalizzaw li tagħmlu anqas milli tistgħu sa biex tallinjaw irwieħkom mal-istandards tiegħu ta’ devozzjoni u modestija li jberkukom issa u għal dejjem. Iżda Hu jifhem il-mistoqsijiet tagħkom, u jgħinkom tirċievu l-barkiet li tirrispettaw il-garment u żżommu l-patti tagħkom? Iva! Għandkom tikkonsultaw wkoll mal-professjonisti kompetenti mediċi u tas-saħħa meta jkun meħtieġ? M’hemmx dubju! Għandkom tinjoraw is-sens komuni jew tħarsu lil hinn mis-sinjal? Jiena nitlob li hekk tagħmlu.
Ma nistax inwieġeb kull mistoqsija li għandkom. Lanqas biss nista’ nwieġeb kull mistoqsija li għandi. Iżda jiena nista’, bħala Appostlu tal-Mulej Ġesù Kristu, inwegħidkom l-għajnuna ta’ Alla kollu mħabba, li jfittex kull suċċess u barka tagħkom, b’modi li issa ma tistgħux tifhmu jew tbassru, hekk kif iżżommu l-patti li għamiltu Miegħu.
© 2024 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, September 2024. Maltese. 19295 159