2024
Mudell għall-Għaqda f’Ġesù Kristu
Ottubru 2024


”Mudell għall-Għaqda f’Ġesù Kristu,” Liahona, Ott. 2024.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Ottubru 2024

Mudell għall-Għaqda f’Ġesù Kristu

Hekk kif aħna ningħaqdu f’Ġesù Kristu bħal-poplu f’4 Nefi, ix-xewqa tagħna li nkunu ħaġa waħda tieħu preċedenza fuq id-differenzi tagħna u twassalna għall-ferħ.

statwa tal-Kristus

Aħna qegħdin ngħixu fi żmien meta qed tinfirex marea ta’ disgwid u tilwim madwar id-dinja kollha. Megħjuna mit-teknoloġija u mħeġġa minn nies li qalbhom iddgħajfet, dawn il-forzi diviżivi jheddu li jimlew qlubna b’disprezz u jikkorrompu l-komunikazzjoni tagħna bit-tilwim. Ir-rabtiet komunali qed jinqasmu. Il-gwerer qed iqanqlu.

F’dan l-isfond, id-dixxipli vera ta’ Ġesù Kristu għandhom ix-xewqa għal-paċi u b’mod attiv ifittxu li jibnu tip differenti ta’ soċjetà—waħda li hija bbażata fuq it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu. Għal dan il-għan, il-Mulej talabna biex “inkunu ħaġa waħda; u jekk m’intomx ħaġa waħda m’intomx tiegħi” (Duttrina u Patti 38:27). Fil-fatt, l-għaqda hija karatteristika tal-vera Knisja ta’ Ġesù Kristu.

Kif nistgħu naħdmu kontra l-forzi tad-diviżjoni u t-tilwim? Kif nistgħu niksbu l-għaqda?

Fortunatament, 4 Nefi fil-Ktieb ta’ Mormon jagħtina eżempju. Dan il-kapitlu jiddokumenta fil-qosor il-mod kif il-poplu għex wara li s-Salvatur kien żarhom, għallimhom, u waqqaf il-Knisja tiegħu fosthom. Dan ir-rakkont juri kif dawn in-nies kisbu għaqda mill-isbaħ u paċifiku, u jagħtina mudell li nistgħu nimxu warajh biex niksbu din l-istess għaqda aħna stess.

Konverżjoni

F’ 4 Nefi 1:1, naqraw: “id‑dixxipli ta’ Ġesù ffurmaw knisja ta’ Kristu fl‑artijiet kollha tal‑madwar. U [nies] ġew għandhom, u nidmu tassew minn dnubiethom.”

Aħna ningħaqdu madwar il-Mulej u s-Salvatur Ġesù Kristu. Hekk kif kull persuna titgħallem dwar Ġesù Kristu, l-evanġelju tiegħu, u l-Knisja tiegħu, l-Ispirtu s-Santu jixhed dwar il-verità f’qalb kull persuna. Ilkoll kemm aħna nistgħu mbagħad naċċettaw l-istedina tas-Salvatur li jkollna l-fidi fih u nimxu warajh billi nindmu.

B’hekk jibda l-vjaġġ tal-konverżjoni tal-individwu—’il bogħod minn xewqat egoisti u midinbin u lejn is-Salvatur. Huwa s-sisien tal-fidi tagħna. U hekk kif kull wieħed u waħda minna nħarsu lejh f’kull ħsieb (ara Duttrina u Patti 6:36), Huwa jsir forza li jgħaqqadna f’ħajjitna.

Patti

L-annali f’4 Nefi jkompli biex jgħid li dawk li ġew fil-Knisja u nidmu minn dnubiethom “ġew mgħammdin f’isem Ġesù; u huma rċevew ukoll l‑Ispirtu s‑Santu.” (4 Nefi 1:1). Huma daħlu f’patt—relazzjoni speċjali u vinkolanti—ma’ Alla.

Meta aħna nagħmlu u nżommu l-patti, aħna nieħdu fuqna isem il-Mulej bħala individwi. Barra minn hekk, nieħdu wkoll ismu fuqna nfusna bħala poplu. Dawk kollha li jagħmlu l-patti u jagħmlu l-almu tagħhom biex iżommuhom isiru l-poplu tal-Mulej, it-teżor speċjali tiegħu (ara Eżodu 19:5). B’hekk, aħna nivvjaġġaw fuq it-triq tal-patt kemm individwalment u kemm kollettivament. Ir-relazzjoni tal-patt tagħna ma’ Alla tagħtina kawża komuni u identità komuni. Hekk kif aħna ningħaqdu mal-Mulej, Huwa jgħinna biex ikollna “qlubna meħjuta flimkien f’għaqda u fi mħabba lejn xulxin.” (Mosija 18:21).

Ġustizzja, Ugwaljanza, u Għajnuna lill-Foqra

Ir-rakkont f’4 Nefi jkompli: “ma kien hemm l‑ebda tilwim u diżgwid bejniethom, u kull bnedmin beda jittratta lill‑ieħor b’mod xieraq.

“U huma kellhom kollox komuni bejniethom; għalhekk la kien hemm għonja u lanqas foqra, la lsira u lanqas ħielsa, iżda lkoll kisbu l‑ħelsien, u kienu qed jibbenifikaw mid‑don divin.” (4 Nefi 1:2–3).

Fin-negozju temporali tagħna, il-Mulej iridna nkunu ġusti u sempliċiment ma’ xulxin u ma nibżgħux jew ma nieħdux vantaġġ minn xulxin (ara 1 Tessalonikin 4:6). Hekk kif aħna nersqu aktar viċin tal-Mulej, aħna “ma jkoll[niex] moħħ[na] li [n]weġġgħu lil xulxin, iżda li [n]għixu fis‑sliem, u [n]agħtu lil kull bniedem skont dak li jistħoqqlu” (Mosija 4:13).

Il-Mulej talabna wkoll biex nieħdu ħsieb il-foqra u lil dawk fil-bżonn. Aħna għandna “[n]aqsmu ġid[na]” biex ngħinuhom, skont l-abbiltà tagħna li nagħmlu dan, mingħajr ma niġġudikawhom (ara Mosija 4:21–27).

Ilkoll kemm aħna għandna “nonoraw lil ħutna bħalna nfusna” (Duttrina u Patti 38:24). Jekk irridu nkunu l-poplu tal-Mulej u nkunu ħaġa waħda, mhux biss għandna nittrattaw lil xulxin bħala ndaqs, iżda għandna wkoll verament inħarsu lejn xulxin bħala indaqs u nħossu f’qalbna li aħna ugwali—ugwali quddiem Alla, ta’ l-istess valur u potenzjal.

Ubbidjenza

Il-lezzjoni li jmiss minn 4 Nefi niksbuha f’din l-espressjoni sempliċi: “Bdew jimxu wara l‑kmandamenti li rċevew mingħand il‑Mulej Alla tagħhom” (4 Nefi 1:12).

Il-Mulej għallem lil dan il-poplu d-duttrina tiegħu, tahom il-kmandamenti, u sejjaħ qaddejja biex jamministraw lilhom. Wieħed mill-għanijiet tiegħu biex jagħmel dan kien li jiżgura li fosthom ma jkun hemm l-ebda tilwim (ara 3 Nefi 11:28–29; 18:34).

L-ubbidjenza tagħna lejn it-tagħlim tal-Mulej u tal-qaddejja tiegħu hija essenzjali biex aħna nsiru ħaġa waħda. Dan jinkludi l-impenn tagħna li nobdu l-kmandament li nindmu kull meta niżbaljaw u ngħinu lil xulxin hekk kif nagħmlu li nistgħu biex nagħmlu aħjar u nkunu aħjar kuljum.

nies iħarsu lejn l-iskrittura f’laqgħa

Niltaqgħu Flimkien

Imbagħad, nitgħallmu li n-nies f’4 Nefi “komplew isumu u jitolbu, u jiltaqgħu flimkien ta’ spiss kemm biex jitolbu kif ukoll biex jisimgħu l-kelma tal-Mulej” (4 Nefi 1:12).

Jeħtieġ niltaqgħu flimkien. Il-laqgħat tagħna ta’ qima ta’ kull ġimgħa huma opportunità importanti għalina biex insibu l-qawwa, kemm individwalment kif ukoll kollettivament. Aħna nieħdu sehem fis-sagrament, nitgħallmu, nitolbu, inkantaw flimkien, u nissapportjaw lil xulxin. Laqgħat oħra jgħinu wkoll biex irawmu sens ta’ appartenenza, ħbiberija, u għan komuni.

Imħabba

Il-kitba f’4 Nefi mbagħad tagħtina dak li hu probabbilment il-muftieħ grandjuż għal dan kollu—il-ħaġa li mingħajrha l-għaqda vera ma nkisbitx: “Ma kien hemm l-ebda tilwim fil-pajjiż, minħabba l-imħabba ta’ Alla li kienet tgħammar f’qalb il-poplu” (4 Nefi 1:15).

Il-paċi personali tintlaħaq meta aħna, b’sottomessezza umli, verament inħobbu lil Alla. Dan hu l-ewwel u l-akbar l-kmandament. Li tħobb lil Alla iktar minn kulħadd u kull ħaġa oħra hija l-kondizzjoni li ġġib il-vera paċi, il-faraġ, il-kunfidenza, u l-hena. Hekk kif aħna niżviluppaw l-imħabba tagħna lejn Alla u Ġesù Kristu, l-imħabba lejn il-familja u l-proxxmu tagħna ssegwi b’mod naturali.

L-ikbar hena li nistgħu qatt nesperjenzaw hija meta aħna nimtlew bl-imħabba għal Alla u għal uliedu kollha.

Il-karità, l-imħabba pura ta’ Kristu, hija l-antidot għat-tilwim. Il-karità hija l-karatteristika prinċipali tal-veru dixxiplu ta’ Ġesù Kristu. Meta aħna niċċekknu quddiem Alla u nitolbu bl-enerġija kollha ta’ qalbna, Hu jimliena bil-karità (ara Moroni 7:48).

Hekk kif aħna lkoll infittxu li jkollna l-imħabba ta’ Alla tgħammar f’qalbna, il-miraklu tal-għaqda jidher għal kollox naturali għalina.

Identità Divina

Finalment, in-nies f’4 Nefi esibew sinjal ta’ għaqda li jistħoqqilna l-attenzjoni tagħna: “La kien hemm ħallelin, la qattiela, u lanqas ma kien hemm Lamaniti, jew xi forma oħra ta’ ‑iti; iżda kienu kollha ħaġa waħda, ulied Kristu, u werrieta tas‑saltna ta’ Alla” (4 Nefi 1:17).

It-tikketti li kienu qasmu lill-poplu għal mijiet ta’ snin naqsu qabel identità aktar dejjiema u ennobbli. Huma qiesu lilhom infushom—u lil kulħadd—skont ir-relazzjoni tagħhom ma’ Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu.

Id-diversità u d-differenzi jistgħu jkunu tajbin u sinifikanti għalina. Iżda l-identitajiet l-aktar importanti tagħna huma dawk relatati mal-oriġini u l-għan divin tagħna.

L-ewwel u qabel kollox, ilkoll kemm aħna wlied Alla. It-tieni, bħala membru tal-Knisja, ilkoll kemm aħna wlied tal-patt. U t-tielet, ilkoll kemm aħna dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Inħeġġeġ lilna lkoll biex ma nħallu l-ebda identifikatur ieħor “jisposta, jibdel, jew jieħu prijorità fuq dawn it-tliet maħtura dejjiema.”

familja bilqiegħda flimkien mal-art

Kunu Ħaġa Waħda

Alla stieden lil kulħadd biex jersaq lejh. Hemm spazju għal kulħadd. Aħna nafu nvarjaw fil-kulturi, fil-politika, fl-etniċitajiet, fit-tegħmiet, u f’bosta modi oħra. Iżda hekk kif aħna ningħaqdu f’Ġesù Kristu, differenzi bħal dawn jgħibu fis-sinifikat tagħhom u x-xewqa prevalenti tagħna li nkunu ħaġa waħda tieħu preċidenza—ħalli nkunu tiegħu.

Agħtu każ il-lezzjonijiet mgħallmin f’4 Nefi. Hekk kif ilkoll kemm aħna nagħmlu li nistgħu biex ninkorporaw dawn l-elementi essenzjali tal-għaqda f’ħajjitna, ħalli fuqna jkun jista’ jingħad, kif ingħad dwarhom, “Żgur li l‑ebda poplu ma jista’ jkun aktar kuntent minnhom fost il‑popli kollha li ġew maħluqa minn id Alla.” (4 Nefi 1:16).

Noti

  1. Għal aktar dwar it-tifsira u l-barkiet li nagħmlu l-patti ma’ Alla, ara Russell M. Nelson, “Il-Patt ta’ Dejjem,” Liahona, Ott. 2022, 4–11.

  2. Russell M. Nelson, “Choices for Eternity” (devozzjonali dinjija għall-adulti żgħażagħ, 15 ta’ Mejju, 2022), Librerija tal-Evanġelju.