“21. Nimministraw,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“21. Nimministraw,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali
21.
Nimministraw
21.0
Introduzzjoni
Nimministraw tfisser li naqdu lill-oħrajn hekk kif għamel is-Salvatur (ara Mattew 20:26-28).
Il-Mulej irid lill-membri kollha tal-Knisja tiegħu jirċievu din l-attenzjoni. Għal din ir-raġuni, dawk li jħaddnu s-saċerdozju huma assenjati bħala aħwa li jimministraw lill kull membru ta’ familja. Aħwa nisa li jimministraw huma assenjati lil kull oħt adulta.
21.1
Responsabbiltajiet ta’ Aħwa li Jimministraw
Aħwa li jimministraw għandhom dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin għall-individwi u l-familji li huma assenjati magħhom:
-
Għinhom isaħħu l-fidi tagħhom f’Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu.
-
Jgħinuhom jippreparaw biex jagħmlu u jżommu patti sagri ma’ Alla hekk kif jirċievu l-ordinanzi.
-
Jagħrfu l-bżonnijiet u jipprovdu mħabba Kristjana, jieħdu ħsieb lill-oħrajn u jagħtu servizz.
-
Jgħinuhom isiru awto-dipendenti spiritwalment kif ukoll temporalment.
21.2
Norganizzaw l-Imministrar
21.2.1
Nagħmlu Essajments
Il-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev, bl-għajnuna tat-talb jikkunsidraw essajnments għall-aħwa li jimministraw. Huma normalment jassenjaw żewġ aħwa rġiel u żewġ aħwa nisa bħala kollegi. Huma jfittxu l-approvazzjonital-isqof għal kollegi li jimministraw u essajnments.
Koppja miżżewġa tista’ tkun assenjata biex flimkien timministra lil persuna jew familja.
Aħwa li jimministraw mhumiex imsejħa, sostnuti, jew distinti.
21.2.2
Nimministraw Essajments għaż-Żgħażagħ
Tfajla tista’ tibda sservi bħala kollega tal-aħwa nisa fil-ministeru fis-Soċjetà tas-Solliev, meta hi tkun lesta u kapaċi. Hi tista’ tibda sservi fis-sena li tagħlaq 14.
Ġuvni jservi bħala kollega li jimministra fost dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek, meta hu jkun ordnat għall-uffiċċju ta’ għalliem jew qassis.
21.3
Intervisti dwar Ministeru
Il-president tal-kworum tal-presbiteri u l-konsulenti tiegħu jintervistaw lil aħwa rġiel li jimministraw. Il-president tas-Soċjetà tas-Solliev u l-konsulenti tagħha jintervistaw lil aħwa nisa li jimministraw.
Dawn l-intervisti jsiru mill-inqas darba kull kwart ta’ sena.
L-għanijiet tagħhom huma biex:
-
Jagħtu parir dwar il-ħiliet, ħtiġijiet, u sfidi ta’ individwi u familji assenjati.
-
Jiddiskutu modi biex jgħinu persuni jippreparaw rwueħhom biex jirċievu ordinanzi jekk meħtieġ.
-
Jikkonsidraw kif il-kworum tal-presbiteri, is-Soċjetà tas-Solliev, il-kunsill tal-qasam, u oħrajn jistgħu jgħinu.
-
Jgħallmu u jħeġġu lill-aħwa li jimministraw.
21.4
Nikkoordinaw Sforzi ta’ Ministeru
Il-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev u tal-kworum tal-presbiteri jiltaqgħu flimkien mill-inqas darba kull kwart ta sena. Huma jirrevedu dak li jkunu tgħallmu waqt intervisti tal-ministeru (ara 21.3). Barra minn dan, huma jikkoordinaw essajnments ta’ ministeru.
F’units fejn hemm ftit membri attivi, il-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev u tal-kworum tal-presbiteri jafu jiddeċiedu biex ma jassenjawx kemm aħwa nisa li jimministraw u kemm aħwa rġiel li jimministraw li xi membri.