Manwali u Sejħiet
36. Noħolqu, Inbiddlu, u Nsemmu Units Ġodda


“36. Noħolqu, Inbiddlu, u Nsemmu Units Ġodda,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“36. Noħolqu, Inbiddlu, u Nsemmu Units Ġodda,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

Raġel qed jagħmel diskors fil-laqgħa tas-sagrament

36.

Noħolqu, Inbiddlu, u Nsemmu Units Ġodda

36.0

Introduzzjoni

Il-membri tal-Knisja jappartjenu lill-kongregazzjonijiet ibbażati fuq fejn joqogħdu (ara Mosija 25:17–24). Dawn il-kongregazzjonijiet huma neċessarji biex norganizzaw u nagħmlu x-xogħol tal-Knisja taħt l-awtorità tas-saċerdozju xierqa.

Il-kongregazzjonijiet tal-Knisja (imsejħa wkoll units) jinkludu wited, distrett, oqsma, u fergħat. Huma maħluqa, mibdula, jew imwaqqfa skont kif meħtieġ.

Il-mexxejja jaħdmu biex iżidu l-qawwa spiritwali tal-membri qabel jipproponu biex joħolqu unit ġdid jew ibiddlu l-konfini tal-unit. Units ġodda għandhom ikunu maħluqa biss meta units eżistenti huma suffiċjentament b’saħħithom.

Għal sapport fl-Istati Uniti u l-Kanada, ċemplu 1-801-240-1007. Barra mill-Istati Uniti u l-Kanada, ċemplu lill-uffiċċju reġjonali.