Manwali u Sejħiet
35. Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat


“35. Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“35. Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

nies jaħslu t-twieqi u jużaw il-vacuum cleaners

35.

Kura u Użu ta’ Djar tal-Laqgħat

35.1

Għan

Il-Knisja tipprovdi djar tal-laqgħat biex dawk kollha li jidħlu jistgħu:

35.2

Irwoli u Responsabbiltajiet

35.2.2

Maniġer tal-Faċilitajiet tal-Knisja

Maniġer tal-faċilitajiet impjegat mal-Knisja jgħin lid-djar tal-laqgħat kollha operati mill-qasam. Il-maniġer jieħu ħsieb tiswijiet, tindif bir-reqqa, u manutenzjoni ta’ rutina fil-bini.

Hekk kif meħtieġ, il-maniġer tal-faċilitajiet jgħin billi jagħti struzzjonijiet lir-rappreżentant tal-Qasam u tal-wited tal-bini dwar kif jitnaddaf il-bini u jwettaq xogħol lokali ieħor. Jipprovdi istruzzjonijiet, materjali, u tagħmir.

Jista’ wkoll jirrevedi l-ispejjeż tal-bini mal-veskovat.

35.2.7

Veskovat

Il-veskovat (jew ir-rappreżentant tal-qasam tal-bini) jgħallem lill-membri kif jużaw, jieħdu ħsieb, u jipproteġu l-bini. Il-veskovat iqassam ukoll iċ-ċwievet tal-bini lill-mexxejja tal-qasam.

Huma jassiguraw li l-attivitajiet fil-bini u fuq l-art tal-madwar ikunu mmexxija b’mod sigur (ara 20.7).

Huma jikkomunikaw mal-maniġer tal-faċilitajiet tal-Knisja dwar bżonnijiet ta’ manutenzjoni u dawk operazzjonali. Huma jafu wkoll jirrevedu l-ispejjeż relatati mal-maniġer tal-faċilitajiet.

35.2.9

Rappreżentant tal-Qasam tal-Bini

Il-veskovat jiddetermina jekk isejjaħx rappreżentant tal-qasam tal-bini. Jekk jiddeċiedu li jestendu din is-sejħa, il-veskovat jista’ jsejjaħ għal adult maskili jew membru femminili. Jekk rappreżentant tal-qasam tal-bini ma jiġix imsejjaħ, l-isqof jista’ jassenja din ir-responsabbiltà lil wieħed mill-kunsilliera tiegħu, l-iskrivan tal-qasam jew assistent skrivan tal-qasam, jew lis-segretarju eżekuttiv.

Ir-rappreżentant tal-qasam tal-bini jorganizza mod kif il-membri u l-voluntiera jnaddfu u jżommu l-bini. Ir-rappreżentant jgħallimhom kif jagħmlu kull biċċa xogħol bil-provvisti u t-tagħmir disponibbli.

35.3

Nipprovdu Djar tal-Laqgħat

Id-djar tal-laqgħat ivarjaw fil-kobor u fit-tip skont il-bżonnijiet u kundizzjonijiet lokali. Dar tal-laqgħa tista’ tkun ġiet mibnija mill-Knisja jew spazju mixtri, dar ta’ membru, skola lokali jew ċentru tal-komunità, spazju mikri, jew xi għażla approvata oħra.

Il-mexxejja reġjonali u lokali jfittxu biex jużaw b’mod sħiħ id-djar tal-laqgħat u jkunu għaqlin li jirrakkomandaw spazju addizzjonali.

35.4

Inżommu Djar tal-Laqgħat

35.4.1

Innaddfu u Nżommu Djar tal-Laqgħat

Il-mexxejja lokali u l-membri, inkluż iż-żgħażagħ, għandhom responsabbiltà li jgħinu biex iżommu kull bini nadif u f’kundizzjoni tajba.

L-iskeda ta’ tindif m’għandhiex tkun ta’ piż żejjed fuq il-membri. Per eżempju, jekk l-ivjaġġar għall-bini huwa ta’ sfida, il-membri jistgħu jnaddfu bħala parti mill-avvenimenti ta’ kull ġimgħa meta jkunu diġà fil-bini.

35.4.2

Nitolbu għal Tiswijiet

Il-membri tal-qasam u l-kunsilli tal-wited jistgħu jirrapportaw il-bżonnijiet għat-tiswijiet tal-bini. Dan jista’ jsir billi jużaw l-għodda tal-Facility Issue Reporting (FIR).

35.4.5

Sigurtà u Sigurezza

Il-mexxejja u l-membri għandhom:

  • Iżommu l-kurituri, turġien, postijiet ta’ ħruġ, u kmamar ta’ utilità vojta għal dħul u ħruġ sigur.

  • Ma jużawx jew ma jżommux materjali ta’ periklu jew li jista’ jieħu n-nar fil-bini.

  • Jistabbilixxu u jsegwu l-proċeduri ta’ qfil tal-bini.

  • Iżommu t-tagħmir tal-Knisja sigur mis-serq.

  • Ikunu jafu kif jagħlqu utilitajiet bħal ilma, elettriku, u gass jew fjuwil.

Hekk kif meħtieġ, il-maniġer tal-faċiltajiet jista’ jipprovdi mappa li turi l-estingwituri tan-nar, kits tal-ewwel għajnuna, u lokazzjonijiet ta’ għeluq tal-utilitajiet. Aktar informazzjoni dwar sigurtà hija disponibbli f’“Proċeduri ta’ Sigurtà u Qfil” f’”Inżommu Djar tal-Laqgħat” (Gwida tal-Faċilitajiet tad-Djar tal-Laqgħat). Ara wkoll 20.7.

35.5

Polisis dwar kif Nużaw Propjetà tal-Knisja

35.5.1

Xogħol ta’ Arti

Id-djar tal-laqgħat għandhom jirriflettu attitudni ta’ reverenza għal Ġesù Kristu u jixhdu l-fidi tal-membri fih. Arti li tirrappreżenta lil Ġesù Kristu għandha tiġi mqiegħda fil-fwajè tad-djar tal-laqgħat biex tgħinna nuru li l-fidi hi fiċ-ċentru.

35.5.2

Nibnu Użi li Mhumiex Permessi

35.5.2.1

Użi Kummerċjali

Propjetà tal-Knisja ma tistax tiġi użata għall-għanijiet kummerċjali. Per eżempju, ma tistax tiġi użata biex tissapportja xi tip ta’ negozju. Dan it-tip ta’ użu ma jimxix mal-għanijiet tal-propjetà tal-Knisja. Dan jista’ wkoll joħloq kunflitt mal-liġijiet lokali jew nazzjonali li jafu jippermettu l-eżentazzjoni tat-taxxa ta’ propjetà tal-Knisja.

Nilqgħu lill-kelliema jew għalliema li jħaddmu lill-parteċipanti, li nitolbu konsumaturi jew klijenti, jew dawk li jiġu mħallsa donazzjoni waqt li jagħmlu s-seminars, lezzjonijiet (ħlief għall-istruzzjonijiet privati ta’ pjanu jew orgni; ara 19.7.2), klassijiet ta’ eżerċizzju, jew attivitajiet oħra li mhumiex approvati.

35.5.2.2

Għanijiet politiċi

Propjetà tal-Knisja ma tistax tiġi użata għal skopijiet politiċi. Dan jinkludi l-organizazzjoni ta’ laqgħat politiċi jew kampanji. Il-Knisja hija politikament newtrali (ara 38.8.30).

35.5.2.3

Użi Oħra

Użi oħrajn ta’ propjetà tal-Knisja li mhumiex permessi jinkludu:

  • L-organizazzjoni ta’ prattiċi atletiċi jew avvenimenti oħrajn li mhumiex sponsorjati mill-Knisja. Korijiet tal-komunità u żwieġijiet ċivili jistgħu jkunu eċċezzjonijiet (ara 38.3.4 dwar żwieġijiet ċivili).

  • Li nħallu l-użu ta’ xelter għal matul il-lejl (ħlief f’emerġenzi; ara 35.5.4).

  • Kamping jew attivitajiet oħrajn li jinkludu l-irqad għal lejl sħiħ.

Dawn l-użi li ġejjin ġeneralment mhumiex approvati. Il-mexxejja lokali jikkuntattjaw lill-maniġer tal-faċiltajiet jekk iħossu l-bżonn ta’ xi eċċezzjoni.

  • Li jinkrew jew jiġu mikrija binjiet u propjetajiet tal-Knisja.

  • Li jiġu użati propjetajiet għar-reġistrazzjoni tal-votant politiku jew bħala postijiet tal-votazzjoni; eċċezzjoni jaf tiġi magħmula fuq it-talba ta’ uffiċjali tal-gvern fejn ma jkunx hemm alternattiva raġonevoli u l-attività ma tkunx se tagħmel ħsara lix-xbieha jew lill-pożizzjoni newtrali tal-Knisja (ara 38.8.30)

35.5.4

Emerġenzi

Waqt emerġenza, il-president tal-wited jiddeċiedi jekk hux se jagħmel laqgħat tal-qasam jew tal-wited. Hu jista’ wkoll iħalli bini u propjetà tal-Knisja jiġu użati minn aġenziji ta’ għajnuna waqt diżastru u għall-sforzi assoċjati ma’ dan.

35.5.10

Ritratti u Rikording ta’ Vidjos matul Laqgħat tas-Sagrament.

Il-laqgħat tas-Sagrament huma sagri. Għal din ir-raġuni, teħid ta’ ritratti u rikording tal-laqgħat tas-sagrament mhux permess.

Għal inforamzzjoni dwar xandiriet diretti jew trasmissjoni tal-laqgħat tas-sagrament u laqgħat oħrajn, ara 29.7.