“22. Nipprovdu għal Bżonnijiet Temporali u Nibnu Awto-Dipendenza,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“22. Nipprovdu għal Bżonnijiet Temporali u Nibnu Awto-Dipendenza,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
22.
Nipprovdu għal Bżonnijiet Temporali u Nibnu Awto-Dipendenza
22.0
Introduzzjoni
Il-membri tal-Knisja jagħmlu patt li “jġorru t-tagħbija ta’ xulxin, … jibku nibku ma’ dawk li jibku …, u jfarrġu lil dawk li għandhom bżonn il-faraġ” (Mosija 18:8–9).
Membri tal-Knisja huma wkoll ikkonsultati biex isaħħu l-awto-dipendenza tagħhom permezz ta’ xogħol diliġenti u bl-għajnuna tal-Mulej. Awto-dipendenza hija l-abbiltà, l-impenn, u l-isforz biex tipprovdi n-neċessitajiet spiritwali u temporali tal-ħajja għalik innifsek u għall-familja.
SFORZI INDIVIDWALI U TAL-FAMILJA
22.1
Ibni Awto-Dipendenza
Bl-għajnuna mingħand il-Mulej, il-membri jibnu awto-dipendenza b’dawn il-modi li ġejjin:
-
Jiżviluppaw saħħa spiritwali, fiżika, u emozzjonali.
-
Jiksbu edukazzjoni u impjieg.
-
Itejbu l-preparazzjoni temporali.
22.1.4
Preparazzjoni Temporali
L-iskrittura tgħallem l-importanza li tkun ippreparat (ara Eżekjel 38:7; Duttrina u Patti 38:30). Il-membri jingħataw parir biex isiru ppreparati biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb tagħhom infushom, tal-familji tagħhom, u tal-oħrajn fi żminijiet ta’ bżonn.
Il-membri jżidu l-preparazzjoni finanzjarja tagħhom billi:
-
Iħallsu d-dieċmi u l-offerti (ara Malakija 3:8–12).
-
Jeliminaw u jevitaw dejn kemm jista’ jkun possibbli.
-
Jippreparaw u jgħixu b’baġit.
-
Ifaddlu għall-futur.
-
Jiksbu edukazzjoni xierqa biex jgħinuhom jipprovdu għalihom infushom u għall-familji tagħhom (ara 22.3.3).
Il-preparazzjoni tinkludi wkoll li niżviluppaw pjan ta’ kif nieħdu ħiseb bżonnijiet bażiċi f’każ ta’ emerġenza. Il-membri huma mħeġġa biex jibnu kemm ħtiġijiet ta’ żmien qasir kif ukoll ħtiġjiet ta’ żmien twil, ta’ ikel, ilma, u neċessitajiet oħra.
22.2
Imministra lil Dawk bi Ħtiġijiet Temporali u Emozzjonali
Id-dixxipli tal-Mulej huma mgħallma biex “iħobbu lil xulxin … u jservu lil xulxin” u “jgħinu lil dawk li jeħtieġu l‑għajnuna” (Mosija 4:15–16). Il-membri jagħmlu l-almu tagħhom biex jaraw lill-oħrajn kif is-Salvatur jara lilhom, billi jifhmu l-ħiliet u l-bżonnijiet uniċi tagħhom. Dawn il-bżonnijiet jafu jinkludu ikel, ħwejjeġ, akkomodazzjoni, impjieg, saħħa mentali, u benesseri emozzjonali.
22.2.1
Il-Maħżen tal-Mulej
Ir-riżorsi kollha disponibbli għall-Knisja biex tgħin lil dawk bi bżonnijiet temporali jissejħu l-Maħżen tal-Mulej (ara Duttrina u Patti 82:18-19). Dawn jinkludu l-offerti ta’ ħin, talenti, kompassjoni, materjali, u riżorsi finanzjarji tal-membri biex jgħinu lil dawk fil-bżonn.
Il-maħżen tal-Mulej jeżisti f’kull qasam u wited. Il-mexxejja ħafna drabi jistgħu jgħinu individwi u familji jsibu soluzzjonijiet għall-bżonnijiet tagħhom bl-għajnuna tal-għarfien tagħhom, ħiliet, u servizz offrut mill-membri tal-qasam u tal-wited.
22.2.2
Il-Liġi tas-Sawm u Offerti ta’ Sawm
Il-Mulej stabbilixxa l-liġi tas-sawm u offerti ta’ sawm biex ibierek lill-poplu tiegħu u biex jipprovdilhom mod ta’ kif iservu lil dawk fil-bżonn. Il-membri jersqu qrib tal-Mulej u jżidu fil-qawwa spiritwali hekk kif jgħixu l-liġi tas-sawm. (Ara Isaija 58:6–12; Malakija 3:8–12.)
Is-sawm jista’ jsir f’kull ħin. Madankollu, il-membri normalment josservaw l-ewwel Sibt tax-xahar bħala jum ta’ sawm. Ġurnata ta’ sawm tipikament tinkludi:
-
Talb
-
Nagħmlu perjodu ta’ 24 siegħa mingħajr ikel u xorb (jekk fiżikament kapaċi)
-
Nagħtu offerta ta’ sawm ġeneruża
Offerta ta’ sawm hija donazzjoni biex ngħinu lil dawk fil-bżonn. Meta l-membri jsumu, huma jkunu mistiedna biex jagħtu offerta li hija minn tal-inqas daqs il-valur ta’ ikliet mhux mikula.
Il-membri jistgħu jagħtu l-offerta ta’ sawm tagħhom u offerta kompluta ta’ Dieċmi u Offerti Oħra lill-isqof jew lil wieħed mill-konsulenti tiegħu. Fxi oqsma, huma jistgħu jagħmlu wkoll id-donazzjoni onlajn tagħhom.
L-ISFORZI TAL-MEXXEJJA
22.3
Tendenza biex Nibnu Awto-Dipendenza u Nimministraw lil Dawk fil-Bżonn
22.3.1
Ħu ħsieb Dawk fil-Bżonn
L-isqof għandu responsabbiltà sagra biex isib u jieħu ħsieb lil dawk fil-bżonn (ara Duttrina u Patti 84:112). Oħrajn li għandhom irwol importanti billi jgħinu lill-isqof b’din ir-responsabbiltà jinkludu:
-
L-aħwa li jimministraw.
-
Is-Soċjetà tas-Solliev u presidenza tal-kworum presbiteri.
-
Il-konsulenti tal-isqof.
-
Membri oħrajn tal-kunsill tal-qasam.
22.3.2
Għin lil Membri Jassessjaw u Jindirizzaw Ħtiġijiet ta’ Żmien Qasir
Il-membri jistinkaw biex jilħqu l-ħtiġijiet bażiċi permezz tal-isofzi tagħhom u bl-għajnuna tal-familja estiża tagħhom. Meta ma jkunx suffiċenti, il-membri jistgħu jkollhom bżonn għajnuna minn sorsi oħrajn bħal:
-
Gvern u riżorsi tal-komunità (ara 22.12).
-
Assistenza tal-Knisja.
L-assistenza tal-Knisja tista’ tinkludi għajnuna fi ħtiġijiet ta’ żmien qasir bħal ikel, affarijiet ta’ iġene, ħwejjeġ, akkomodazzjoni, jew bażiċi oħrajn. L-isqfijiet jistgħu jużaw offerti ta’ sawm biex jirrispondu għal dawn il-ħtiġijiet. Meta l-ordnijiet tal-isqfijiet ikunu aċċessibbli, l-isqfijiet ġeneralment jużawhom biex jipprovdu ikel u ħtiġijiet bażiċi oħra (ara “Referenza tal-Ordnijet tal-Isqfijiet” f’Riżorsi għall-Mexxej u l-Iskrivan [RMI]).
22.3.3
Għin lil Membri Jibnu Awto-Dipendenza għal Tul ta’ Żmien
Il-membri jafu jkollhom bżonn sapport kontinwu biex jindirizzaw sfidi li jestendu għal tul ta’ żmien. L-edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali, jew riżorsi oħrajn jistgħu jgħinuhom jibnu l-awto-dipendenza u jipprovdu għal dawk l-isfidi tagħhom li jestendu għal tul ta’ żmien.
Il-Pjan tal-Awto-Dipendenza jgħin lill-membri jidentifikaw il-ħiliet u l-ħtiġijiet tagħhom. Jgħinhom ukoll jidentifikaw riżorsi utli. Dan il-pjan għandu jiġi wżat kull darba li tiġi kkunsidrata l-assistenza tal-Knisja.
22.3.4
Imministra lil Dawk bi Bżonnijiet Emozzjonali
Bosta membri jesperjenzaw sfidi emozzjonali. Aħwa li jimministraw u mexxejja tal-qasam jistgħu jkunu strumentali biex jgħinu lill-membri f’dawn l-isfidi.
22.4
Prinċipji għal Providenza ta’ Assistenza tal-Knisja
Bl-għajnuna tal-Mulej, il-membri jfittxu li jipprovdu għalihom infushom u għall-familja tagħhom.
L-assistenza tal-Knisja hija intiża biex tgħin lill-membri jiżviluppaw indipendenza, mhux dipendenza. Kwalunkwe assistenza li tingħata għandha tqawwi lill-membri fl-isforzi tagħhom biex isiru awto-dipendenti.
22.4.1
Ħeġġeġ Responsabbiltà Personali u Familjari
Il-mexxejja jgħallmu li l-individwi u l-familji għandhom ir-responsabbiltà ewlenija għall-benesseri temporali, emozzjonali, u spiritwali tagħhom stess.
Qabel ma jipprovdi l-assistenza tal-Knisja, l-isqof (jew xi mexxej jew membru ieħor li jassenja) jirrevedi mal-membri x’riżorsi huma qed jużaw biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom.
22.4.2
Ipprovdi Assistenza Temporanja għal Bżonnijiet Essenzjali
L-għan tal-assistenza tal-Knisja huwa li tilħaq temporanjament il-bżonnijiet essenzjali hekk kif il-membri jistinkaw biex isiru awto-dipendenti.
L-isqfijiet għandhom jiddeċiedu b’għaqal u jfittxu direzzjoni spiritwali meta jikkunsidraw l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-assistenza li tingħata. Huma għandhom ikunu kompassjonali u ġenerużi mingħajr ma joħolqu stat ta’ dipendenza.
22.4.3
Ipprovdi Riżorsi jew Servizzi Minflok Flus
Jekk possibbli, l-isqof għandu jevita jagħti flus kontanti. Minflok, hu għandu juża offerti tas-sawm jew ordnijiet tal-isqfijiet biex jipprovdi lill-membri b’xirjiet jew servizzi. Il-membri jistgħu jużaw il-flus tagħhom biex iħallsu għall-bżonnijiet tal-oħrajn.
Meta dan ma jkunx suffiċjenti, l-isqof jista’ jassisti billi juża offerti tas-sawm biex iħallas temporanjament kontijiet essenzjali (ara 22.5.2).
22.4.4
Offri Opportunitajiet ta’ Xogħol jew Servizz
L-isqfijiet jistiednu lil dawk li jirċievu assistenza biex jaħdmu jew jipprovdu servizz sakemm ikunu kapaċi. Dan jgħin lill-membri jsostnu sens ta’ dinjità. Dan ukoll jgħolli l-abbiltà tagħhom biex isiru awto-dipendenti.
22.4.5
Żomm Informazzjoni dwar Assistenza tal-Knisja Kunfidenzjali
L-isqof u l-mexxejja tal-qasam iżommu kull informazzjoni dwar il-membri li jistgħu jkollhom bżonn assistenza tal-Knisja kunfidenzjali. Dan jipproteġi l-privatezza u d-dinjità tal-membri.
22.5
Polisis biex Nipprovdu Assistenza tal-Knisja
Il-mexxejja tal-Knisja għandhom jimxu mal-polisis imniżżlin f’din is-sezzjoni meta jipprovdu assistenza permezz tal-offerti tas-sawm jew ordnijiet tal-isqfijiet għall-ikel jew ħtiġijiet bażiċi oħrajn.
22.5.1
Polisis Rigward Min Jirċievi Assistenza tal-Knisja
22.5.1.1
Assistenza lill-Membri tal-Qasam
Ġeneralment, il-membri li jirċievu l-assistenza tal-Knisja għandhom ikunu joqogħdu fil-fruntieri tal-qasam u għandhom ir-reġistru tas-sħubija tagħhom fil-qasam. L-assistenza tista’ tingħata indipendentament minn kemm il-membru jattendi laqgħat tal-Knisja regolarment jew jimxi fuq l-istandards tal-Knisja.
22.5.1.2
Assistenza għall-Isqfijiet u Presidenti tal-Wited
L-approvazzjoni bil-miktub tal-president tal-wited hija meħtieġa qabel ma l-isqof jista’ juża l-offerti tas-sawm jew japprova ordni tal-isqof għalih innifsu jew għall-familja tiegħu.
22.5.1.4
Assistenza għal Persuni Li Mhumiex Membri tal-Knisja
Persuni li mhumiex membri tal-Knisja normalment huma riferuti lill-riżorsi fil-komunità lokali għall-assitenza. F’okkażjonijiet rari, skont kif iggwidati mill-Ispirtu, l-isqof jista’ jassistihom b’offerti tas-sawm jew b’ordni tal-isqof.
22.5.2
Polisis dwar kif Nużaw Offerti ta’ Sawm
22.5.2.1
Kura Medika u tas-Saħħa
Kull reġjun tal-Knisja għandu limiti ta’ approvazzjoni stabbilita f’dak li għandu x’jaqasam ma’ użu ta’ offerti tas-sawm biex jitħallsu spejjeż mediċi, dentali, jew ta’ saħħa mentali.
Għall-ammonti approvati u linji gwida, ara “Użu ta’ Offerti tas-Sawm għal Spejjeż Mediċi.”
22.5.2.3
Ħlas Lura ta’ Offerti tas-Sawm
Il-membri ma jħallsux lura assistenza mill-offerti tas-sawm li jkunu rċevew mill-Knisja.
22.5.2.4
Ammonti ta’ Spiża mill-Offerti ta’ Sawm tal-Qasam
L-isqfijiet mhumiex mitlubin jillimitaw l-assistenza mill-offerti ta-sawm għall-membri tal-qasam għall-ammont ta’ donazzjonijiet miġburin fi ħdan il-qasam.
22.5.3
Polisis fuq kif Nagħmlu Pagamenti
Jekk ikun possibbli, pagamenti għandhom isiru direttament lin-negozji li jipprovdu l-prodotti u servizz.
22.5.4
Polisis dwar Pagamenti ta’ Benefiċċju ta’ Isqof jew President
Meta nipprovdu lill-membri b’assistenza ta’ offerta tas-sawm, l-isqof ma jistax juża il-fondi biex iħallas għall-prodotti u servizzi b’tali mod li jibbenifika hu personali.
Jekk permezz ta’ ħlas ta’ offerta tas-sawm ta’ membru jkun se jibbenifika l-president tal-wited jew negozju tiegħu, l-approvazzjoni tal-Presidenza Reġjonali tkun meħtieġa.
22.6
Irwoli tal-Mexxejja tal-Qasam
22.6.1
L-Isqof u l-Kunsillieri Tiegħu
L-isqof għandu mandat divin li jfittex u jieħu ħsieb lil dawk bi bżonnijiet temporali (ara Duttrina u Patti 84:112). Hu jiddelega ħafna mix-xogħol tiegħu lis-Soċjetà tas-Solliev u lill-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri. Madanakollu, ċertu dmirijiet huma mwettqa biss mill-isqof. Pereżempju, l-isqof:
-
Jiddetermina it-tip, l-ammont, u t-tul ta’ ħmien ta’ kwalunkwe assistenza temporali pprovduta.
-
Japprova assistenza mill-offerti ta’ sawm (ara 22.4 u 22.5) u ordni tal-isqfijiet għal ikel u ħwejjeġ bażiċi (ara 22.13).
-
Personalment jirrevedi pjanijiet ta’ awto-dipendenza tal-membri. Hu jassenja mexxejja oħra tal-qasam biex jimxu wara dawk il-pjanijiet skont il-ħtieġa.
L-isqof u l-konsulenti tiegħu għandhom ir-responsabbiltajiet li ġejjin
-
Jgħallmu l-prinċipji u l-barkiet relatati ma’ (1) li nieħdu ħsieb dawk li għandhom ħtiġijiet temporali u emozzjonali u (2) li nibnu awto-dipendenza (ara 22.1).
-
Jgħallmu l-liġi tas-sawm u jinkoraġġixxi lil membri biex jagħtu offerti ġenerużi ta’ sawm (ara 22.2.2).
-
Jissorveljaw il-ġabra u jżommu kont tal-offerti tas-sawm (ara 34.3.2).
22.6.3
Soċjetà tas-Solliev u Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri
Taħt id-direzzjoni tal-isqof, is-Soċjetà tas-Solliev u l-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri għandhom rwol ewlieni għal dak bi bżonnijiet fil-qasam (ara 8.2.2 u 9.2.2). Dawn il-mexxejja jgħallmu lill-membri tal-qasam biex:
-
Jimministraw lil dawk fil-bżonn.
-
Jgħixu l-liġi tas-sawm.
-
Jibnu l-awto-dipendenza.
-
Iżidu t-tħejjija personali u tal-familja.
22.6.3
Aħwa li Jimministraw
L-assistenza għal ħtiġijiet spiritwali u temporali spiss tibda minn aħwa rġiel u nisa li jimministraw (ara 21.1). Huma jirraportaw il-ħtiġijiet ta’ dawk li li jservu lilll-presidenzi tagħhom tal-kworum tal-presbiteri jew s-Soċjetà tas-Solliev f’intervisti tal-ministeru u f’waqtiet oħrajn. Huma jistgħu jaqsmu l-ħtiġijiet li huma konfidenzjali direttament mal-isqof.
22.7
Irwol tal-Kunsill tal-Qasam
Irwol importanti tal-kunsill tal-qasam huwa li jippjana kif jieħu ħsieb lil dawk fil-bżonn u li jgħinhom isiru awto-dipendenti (ara 4.4). Il-membri tal-kunsill jibbażaw dawn il-pjanijiet fuq informazzjoni minn intervisti tal-ministeru u minn kuntatt personali li jkollhom ma’ dawk fil-bżonn. Waqt li jiddiskuti l-bżonnijiet tal-membri, il-kunsill jirrispetta x-xewqat ta’ dawk li jitolbu l-kunfidenzjalità.
22.8
Irwol tal-Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam
Għan wieħed tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam huwa li jgħin liż-żgħażagħ isiru dixxipli kkonsagrati ta’ Ġesù Kristu (ara 29.2.6).
Taħt il-gwida tal-veskovat, il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam jippjana modi kif iservi lil dawk fil-bżonn fil-qasam u l-komunità.