“23. Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“23. Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali.
23.
Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura
23.0
Introduzzjoni
Nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju bħala parti mill-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara 1.2 f’dan il-manwal; Mattew 28:19–20). Dan jinkludi:
-
Nipparteċipaw f’xogħol missjunarju u naqdu bħala missjunarji.
-
Ngħinu membri ġodda tal-Knisja u dawk li reġgħu lura jimxu ‘l quddiem fit-triq tal-patt.
23.1
Aqsam l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor
23.1.1
Imħabba
Mod wieħed kif nuru l-imħabba tagħna lejn Alla huwa billi nħobbu u nservu lil uliedu (ara Mattew 22:36–39; 25:40). Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex inħobbu u nservu bħalama għamel Ġesù Kristu. Din l-imħabba tispirana biex nilħqu lil nies ta’ kull reliġjon, razza, u kultura (ara Atti 10:34; 2 Nefi 26:33).
23.1.2
Aqsam ma’ Ħaddieħor
Għax inħobbu lil Alla u lil uliedu, naturalment aħna rridu naqsmu l-barket li tana (ara Ġwanni 13:34–35) u ngħinu biex niġbru flimkien lil Iżrael. Infittxu li ngħinu lin-nies iħossu l-ferħ li nħossu aħna (ara Alma 36:24). Nitkellmu miftuħ dwar is-Salvatur u l-influwenza tiegħu fuq ħajjitna (ara Duttrina u Patti 60:2 ). Naqsmu dawn il-ħwejjeġ b’mod normali u naturali bħala parti mill-interazzjonijiet personali, onlajn u oħrajn.
23.1.3
Stieden
Nitolbu għall-ispirazzjoni u gwida ta’ kif nistiednu lill-oħrajn biex:
-
Jiġu u jaraw il-barkiet li huma disponibbli permezz ta’ Ġesù Kristu, l-Evanġelju tiegħu, u l-Knisja tiegħu (ara Ġwanni 1:37–39, 45–46).
-
Jiġu u jgħinuna nservu lil dawk fil-bżonn.
-
Jiġu u jsiru parti mill-Knisja rrestawrata ta’ Ġesù Kristu.
Ħafna drabi, nistiednu tfisser sempliċiment li ninkludu lill-familji tagħna, ħbieb, jew ġirien f’dak li diġà nkunu qed nagħmlu.
23.2
Saħħaħ Membri Ġodda
Kull membru ġdid għandu bżonn il-ħbiberija, opportunitajiet biex iservi, u nutriment spiritwali. Bħala membri tal-Knisja, aħna natu l-imħabba u s-sapport tagħna lill-membri ġodda (ara Mosija 18:8–10). Ngħinuhom iħossu sensa ta’ appartenenza fil-Knisja. Ngħinuhom jipporgessaw matul it-triq tal-patt u jsiru aktar profondament “ikkonvertiti għall-Mulej” (Alma 23:6).
23.3
Saħħaħ Membri li Ġew Lura
Dawn il-membri jagħżlu li jieqfu jipparteċipaw fil-Knisja. “Lil nies bħal dawn,” qal is-Salvatur, “għandkom tkomplu timministraw; għax ma tafux meta se jerġgħu lura u jindmu, u jiġu għandi b’għan sħiħ f’qalbhom, u jien infejjaqhom; u intom tkunu l-mezz li fuqhom tasal is-salvazzjoni” (3 Nefi 18:32).
Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw b’mod sħiħ għandhom aktar ċans li jirritornaw jekk ikollhom relazzjonijiet b’saħħithom ma’ membri tal-Knisja. Bħal membri ġodda, dawn għandhom bżonn ħbiberiji, opportunitajiet biex iservu, u nutriment spiritwali.
23.4
Mexxejja tal-Wited
23.4.1
Presidenza tal-Wited
Il-president tal-wited iħaddan l-imfietaħ fil-wited biex jaqsam l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwi lill-membri ġodda u dawk li ġew lura. Hu u l-konsulenti tiegħu jagħtu direzzjoni ġenerali għal dawn l-isforzi.
Ġeneralment kull xahar, il-president tal-wited jiltaqa’ mal-president tal-missjoni biex jikkoordina l-isforzi bejn il-mexxejja tal-wited u tal-qasam u l-missjunarji full-time.
23.4.3
Kunsilliera Għolja
Il-presidenza tal-wited jistgħu jassenjaw kunsilliera għojla biex iħarrġu u jissapportjaw lill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u lill-mexxej tal-missjoni tal-qasam. Kunsillier wieħed jew aktar jista’ jkun assenjat biex imexxi dawn l-isofrzi. Madanakollu, il-kunsilliera għolja kollha għandhom dawn ir-responsabbiltajiet għall-oqsma u l-kworums li huma assenjati fihom.
23.4.4
Presidenza tas-Soċjetà tal-Solliev fil-Wited
Taħt id-direzzjoni tal-president tal-wited, il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev fil-wited tagħti struzzjoni u tissapportja lill-presidenzi tas-Soċjetà tal-Solliev fil-qasam fir-responsabbiltajiet tagħhom li jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u dawk li ġew lura.
23.5
Mexxejja tal-Qasam
23.5.1
Veskovat
Il-veskovat jikkoordina mal-kworum tal-presbiteri u mal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev hekk kif huma jmexxu l-isofrzi tal-qasam billi jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u li reġgħu lura. Dawn il-mexxejja jikkonsulataw flimkien regolarment.
Il-veskovat jassigura li dawn l-isforzi jiġu diskussi u kkoordinati fil-kunsill tal-qasam u fil-laqgħat tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.
L-isqof jintervista membri ġodda tal-età xierqa għar-rakkomandazzjoni tat-tempju biex iwettqu magħmudijiet bi prokura u konfermi (ara 26.4.2). Hu jintervista wkoll aħwa tal-età xierqa biex jirċievu s-Saċerdozju ta’ Aron. Normalment hu jmexxi dawn l-intervisti fi żmien ġimgħa tal-konferma tal-membri.
23.5.2
Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev
Il-kworum tal-presbiteri u l-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev imexxu l-isforzi ta’ kuljum tal-qasam biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u li reġgħu lura (ara 8.2.3 u 9.2.3).
Dawn il-mexxejja għandhom dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Jgħinu jispiraw lill-membri biex iħobbu lil ulied Alla, biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn, u biex jistiednu lill-oħrajn biex jirċievu l-barkiet tas-Salvatur.
-
Assenja aħwa rġiel u nisa li jimministraw lil membri ġodda u membri li qed jirritornaw (ara 21.2.1).
-
Imexxu x-xogħol tal-mexxej tal-missjoni tal-qasam.
Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u l-president tas-Soċjetà tas-Solliev t-tnejn jassenjaw membru tal-presidenza biex jgħin fit-tmexxija ta’ dawn l-isforzi. Dawn iż-żewġ membri tal-presidenza jaħdmu flimkien. Jattendu laqgħat ta’ koordinazzjoni kull ġimgħa (ara 23.5.7).
23.5.3
Mexxejja tal-Missjoni tal-Qasam
Il-veskovat jikkonsulta mal-president tal-qasam biex jiddetermina jekk isejjaħx mexxej tal-missjoni tal-qasam. Din il-persuna għandha tkun tħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Jekk dan il-mexxej ma jkunx imsejjaħ, membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jimla dan l-irwol.
Il-mexxej tal-missjoni tal-qasam jissapportja l-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u l-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev fir-responsabbiltajiet missjunarji tagħhom. Hu għandu wkoll dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Jikkoordina x-xogħol tal-membri u tal-mexxejja tal-qasam, missjunarji tal-qasam, u missjunarji full-time.
-
Imexxi laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa (ara 23.5.7).
23.5.4
Missjunarji tal-Qasam
Missjunarji tal-qasam jgħinu lill-membri jesperjenzaw l-hena li jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn kif deskritt f’23.1. Huma jsevu taħt id-direzzjoni tal-mexxej tal-missjoni tal-qasam jew membru tal-kworum tal-presbiteri li jimla dan l-irwol.
23.5.5
Kunsill tal-Qasam u Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam
Fil-laqgħat tal-kunsill tal-qasam għandu jiġi diskuss regolarment kif naqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u nqawwu membri ġodda u lil dawk li reġgħu lura. L-isqof jista’ jistieden lill-mexxej tal-missjoni tal-qasam biex jattendi laqgħat tal-kunsill tal-qasam.
Formoli bħal dawn li ġejjin jistgħu jgħinu f’dawn id-diskussjonijiet:
Hekk kif jiġu diskussi dawn il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ tal-qasam, il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam jagħti attenzjoni speċjali lill-membri ġodda u dawk li reġgħu lura u lil dawk iż-żgħażagħ li qed jiġu mgħallma mill-missjunarji.
23.5.7
Laqgħat ta’ Koordinazzjoni
Kull ġimgħa, laqgħat qosra u informali jkunu organizzati biex jiġu kkoordinati l-isforzi biex naqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u nqawwu membri ġodda u dawk li reġgħu lura. Jekk mexxej tal-missjoni tal-qasam jiġi msejjaħ, hu jmexxi dawn il-laqgħat. Inkella, imexxi l-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jimla dan l-iwrol.
Oħrajn li huma mistiedna jinkludu:
-
Membri assenjati tas-Soċjetà tas-Solliev u presidenzi tal-kworum tal-presbiteri.
-
Missjunarji tal-qasam.
-
Assistent fil-kworum tal-qassisin (jew l-għalliema jew president tal-kworum tad-djakni jekk ma jkunx hemm qassisin fil-qasam).
-
Membru tal-presidenza tal-ikbar klassi tat-Tfajliet.
-
Missjunarji full-time.