Manwali u Sejħiet
23. Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura


“23. Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“23. Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali.

nies iħarsu lejn iċ-ċellolari

23.

Naqsmu l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor u Nsaħħu Membri Ġodda u li Reġgħu Lura

23.0

Introduzzjoni

Nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju bħala parti mill-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara 1.2 f’dan il-manwal; Mattew 28:19–20). Dan jinkludi:

  • Nipparteċipaw f’xogħol missjunarju u naqdu bħala missjunarji.

  • Ngħinu membri ġodda tal-Knisja u dawk li reġgħu lura jimxu ‘l quddiem fit-triq tal-patt.

23.1

Aqsam l-Evanġelju ma’ Ħaddieħor

14:36

New Guidelines to Help Members and Missionaries Gather Israel

Some guiding principles to improve the coordination of efforts by members and missionaries to gather Israel have been developed by the Church. The effort is called Love, Share, and Invite.

23.1.1

Imħabba

Mod wieħed kif nuru l-imħabba tagħna lejn Alla huwa billi nħobbu u nservu lil uliedu (ara Mattew 22:36–39; 25:40). Aħna nagħmlu l-almu tagħna biex inħobbu u nservu bħalama għamel Ġesù Kristu. Din l-imħabba tispirana biex nilħqu lil nies ta’ kull reliġjon, razza, u kultura (ara Atti 10:34; 2 Nefi 26:33).

23.1.2

Aqsam ma’ Ħaddieħor

Għax inħobbu lil Alla u lil uliedu, naturalment aħna rridu naqsmu l-barket li tana (ara Ġwanni 13:34–35) u ngħinu biex niġbru flimkien lil Iżrael. Infittxu li ngħinu lin-nies iħossu l-ferħ li nħossu aħna (ara Alma 36:24). Nitkellmu miftuħ dwar is-Salvatur u l-influwenza tiegħu fuq ħajjitna (ara Duttrina u Patti 60:2 ). Naqsmu dawn il-ħwejjeġ b’mod normali u naturali bħala parti mill-interazzjonijiet personali, onlajn u oħrajn.

23.1.3

Stieden

Nitolbu għall-ispirazzjoni u gwida ta’ kif nistiednu lill-oħrajn biex:

  • Jiġu u jaraw il-barkiet li huma disponibbli permezz ta’ Ġesù Kristu, l-Evanġelju tiegħu, u l-Knisja tiegħu (ara Ġwanni 1:37–39, 45–46).

  • Jiġu u jgħinuna nservu lil dawk fil-bżonn.

  • Jiġu u jsiru parti mill-Knisja rrestawrata ta’ Ġesù Kristu.

1:17

Nistiednu l-Ħaddieħor biex “Jiġi u Jara”

People like being included. They just need to be invited. This video shows how invitations to "come and see" can be just a normal and natural part of everyday life for members of the Church of Jesus Christ of Latter-day Saints.

1:3

Nistiednu Oħrajn biex "Jiġu u Jgħinu"

In-nies iridu jgħinu; spiss, kull ma jeħtieġu hi stedina. Dan il-vidjo juri kemm hu faċli li tistieden nies biex jagħtu daqqa t'id f'opportunitajiet ta' servizz relatati mal-knisja għall-Knisja ta' Ġesu' Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem.

1:39

Stiednu lil Ħaddieħor “Jiġi u Jibqa’”

Meta jħossuhom milqugħa fil-knisja, naturali li n-nies ikunu jridu jibqgħu. Dal-vidjo għall-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem juri modi normali u naturali kif ngħinu lill-viżitaturi jħossuhom milqugħa l-ewwel darba li jiġu l-knisja.

Ħafna drabi, nistiednu tfisser sempliċiment li ninkludu lill-familji tagħna, ħbieb, jew ġirien f’dak li diġà nkunu qed nagħmlu.

23.2

Saħħaħ Membri Ġodda

Kull membru ġdid għandu bżonn il-ħbiberija, opportunitajiet biex iservi, u nutriment spiritwali. Bħala membri tal-Knisja, aħna natu l-imħabba u s-sapport tagħna lill-membri ġodda (ara Mosija 18:8–10). Ngħinuhom iħossu sensa ta’ appartenenza fil-Knisja. Ngħinuhom jipporgessaw matul it-triq tal-patt u jsiru aktar profondament “ikkonvertiti għall-Mulej” (Alma 23:6).

23.3

Saħħaħ Membri li Ġew Lura

Dawn il-membri jagħżlu li jieqfu jipparteċipaw fil-Knisja. “Lil nies bħal dawn,” qal is-Salvatur, “għandkom tkomplu timministraw; għax ma tafux meta se jerġgħu lura u jindmu, u jiġu għandi b’għan sħiħ f’qalbhom, u jien infejjaqhom; u intom tkunu l-mezz li fuqhom tasal is-salvazzjoni” (3 Nefi 18:32).

Membri li ma jkunux qed jipparteċipaw b’mod sħiħ għandhom aktar ċans li jirritornaw jekk ikollhom relazzjonijiet b’saħħithom ma’ membri tal-Knisja. Bħal membri ġodda, dawn għandhom bżonn ħbiberiji, opportunitajiet biex iservu, u nutriment spiritwali.

23.4

Mexxejja tal-Wited

23.4.1

Presidenza tal-Wited

Il-president tal-wited iħaddan l-imfietaħ fil-wited biex jaqsam l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwi lill-membri ġodda u dawk li ġew lura. Hu u l-konsulenti tiegħu jagħtu direzzjoni ġenerali għal dawn l-isforzi.

Ġeneralment kull xahar, il-president tal-wited jiltaqa’ mal-president tal-missjoni biex jikkoordina l-isforzi bejn il-mexxejja tal-wited u tal-qasam u l-missjunarji full-time.

23.4.3

Kunsilliera Għolja

Il-presidenza tal-wited jistgħu jassenjaw kunsilliera għojla biex iħarrġu u jissapportjaw lill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u lill-mexxej tal-missjoni tal-qasam. Kunsillier wieħed jew aktar jista’ jkun assenjat biex imexxi dawn l-isofrzi. Madanakollu, il-kunsilliera għolja kollha għandhom dawn ir-responsabbiltajiet għall-oqsma u l-kworums li huma assenjati fihom.

23.4.4

Presidenza tas-Soċjetà tal-Solliev fil-Wited

Taħt id-direzzjoni tal-president tal-wited, il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev fil-wited tagħti struzzjoni u tissapportja lill-presidenzi tas-Soċjetà tal-Solliev fil-qasam fir-responsabbiltajiet tagħhom li jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u dawk li ġew lura.

23.5

Mexxejja tal-Qasam

23.5.1

Veskovat

Il-veskovat jikkoordina mal-kworum tal-presbiteri u mal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev hekk kif huma jmexxu l-isofrzi tal-qasam billi jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u li reġgħu lura. Dawn il-mexxejja jikkonsulataw flimkien regolarment.

Il-veskovat jassigura li dawn l-isforzi jiġu diskussi u kkoordinati fil-kunsill tal-qasam u fil-laqgħat tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.

L-isqof jintervista membri ġodda tal-età xierqa għar-rakkomandazzjoni tat-tempju biex iwettqu magħmudijiet bi prokura u konfermi (ara 26.4.2). Hu jintervista wkoll aħwa tal-età xierqa biex jirċievu s-Saċerdozju ta’ Aron. Normalment hu jmexxi dawn l-intervisti fi żmien ġimgħa tal-konferma tal-membri.

23.5.2

Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev

Il-kworum tal-presbiteri u l-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev imexxu l-isforzi ta’ kuljum tal-qasam biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u jqawwu membri ġodda u li reġgħu lura (ara 8.2.3 u 9.2.3).

Dawn il-mexxejja għandhom dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:

  • Jgħinu jispiraw lill-membri biex iħobbu lil ulied Alla, biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn, u biex jistiednu lill-oħrajn biex jirċievu l-barkiet tas-Salvatur.

  • Assenja aħwa rġiel u nisa li jimministraw lil membri ġodda u membri li qed jirritornaw (ara 21.2.1).

  • Imexxu x-xogħol tal-mexxej tal-missjoni tal-qasam.

Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u l-president tas-Soċjetà tas-Solliev t-tnejn jassenjaw membru tal-presidenza biex jgħin fit-tmexxija ta’ dawn l-isforzi. Dawn iż-żewġ membri tal-presidenza jaħdmu flimkien. Jattendu laqgħat ta’ koordinazzjoni kull ġimgħa (ara 23.5.7).

23.5.3

Mexxejja tal-Missjoni tal-Qasam

Il-veskovat jikkonsulta mal-president tal-qasam biex jiddetermina jekk isejjaħx mexxej tal-missjoni tal-qasam. Din il-persuna għandha tkun tħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek. Jekk dan il-mexxej ma jkunx imsejjaħ, membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jimla dan l-irwol.

Il-mexxej tal-missjoni tal-qasam jissapportja l-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u l-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev fir-responsabbiltajiet missjunarji tagħhom. Hu għandu wkoll dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:

  • Jikkoordina x-xogħol tal-membri u tal-mexxejja tal-qasam, missjunarji tal-qasam, u missjunarji full-time.

  • Imexxi laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa (ara 23.5.7).

23.5.4

Missjunarji tal-Qasam

Missjunarji tal-qasam jgħinu lill-membri jesperjenzaw l-hena li jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn kif deskritt f’23.1. Huma jsevu taħt id-direzzjoni tal-mexxej tal-missjoni tal-qasam jew membru tal-kworum tal-presbiteri li jimla dan l-irwol.

23.5.5

Kunsill tal-Qasam u Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam

Fil-laqgħat tal-kunsill tal-qasam għandu jiġi diskuss regolarment kif naqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u nqawwu membri ġodda u lil dawk li reġgħu lura. L-isqof jista’ jistieden lill-mexxej tal-missjoni tal-qasam biex jattendi laqgħat tal-kunsill tal-qasam.

Formoli bħal dawn li ġejjin jistgħu jgħinu f’dawn id-diskussjonijiet:

Hekk kif jiġu diskussi dawn il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ tal-qasam, il-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam jagħti attenzjoni speċjali lill-membri ġodda u dawk li reġgħu lura u lil dawk iż-żgħażagħ li qed jiġu mgħallma mill-missjunarji.

23.5.7

Laqgħat ta’ Koordinazzjoni

Kull ġimgħa, laqgħat qosra u informali jkunu organizzati biex jiġu kkoordinati l-isforzi biex naqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn u nqawwu membri ġodda u dawk li reġgħu lura. Jekk mexxej tal-missjoni tal-qasam jiġi msejjaħ, hu jmexxi dawn il-laqgħat. Inkella, imexxi l-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jimla dan l-iwrol.

Oħrajn li huma mistiedna jinkludu:

  • Membri assenjati tas-Soċjetà tas-Solliev u presidenzi tal-kworum tal-presbiteri.

  • Missjunarji tal-qasam.

  • Assistent fil-kworum tal-qassisin (jew l-għalliema jew president tal-kworum tad-djakni jekk ma jkunx hemm qassisin fil-qasam).

  • Membru tal-presidenza tal-ikbar klassi tat-Tfajliet.

  • Missjunarji full-time.

3:48

Examples of Weekly Missionary Coordination Meetings

Examples from around the world of weekly missionary coordination meetings.