“24. Rakkomandazzjonijiet u Servizzi Missjunarji,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“24. Rakkomandazzjonijiet u Servizzi Missjunarji,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali.
24.
Rikomandazzjonijiet u Servizzi Missjunarji
24.0
Introduzzjoni
Fi żmien il-qedem, Alla ta l-kummissjoni biex jinġabar flimkien Iżrael minn fost “il-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu” (Mattew 28:19; ara wkoll vers 20). Il-Mulej ġedded dik il-kummissjoni f’dawn l-aħħar żminijiet (ara Duttrina u Patti 39:11; 68:6–8; 112:28–30).
Li sservi lil Alla bħala missjunarju huwa privileġġ sagru. Dan iġib barka eterna lill-persuna u lil dawk li hi sservi (ara Duttrina u Patti 18:14–16).
Il-Mulej jistaqsi kull ġuvni kapaċi u denn biex jitħejja u jservi missjoni.
Il-Mulej jilqa’ wkoll tfajliet kapaċi u denji biex iservu missjoni jekk huma jkunu jixtiequ.
Missjunarji anzjani huma bżonjużi wkoll u huma inkoraġġuti biex jippreparaw u jservu.
24.1
Is-Sejħa biex Inservu
Il-missjunarji jirrappreżentaw lil Alla u għandhom jiġu msejħa b’awtorità xierqa (ara Duttrina u Patti 42:11;Artikli tal-Fidi 1:5). Is-sejħa biex inservu missjoni hija ġeneralment estiża mill-President tal-Knisja. Għal missjunarji anzjani ta’ servizz, is-sejħa hija estiża mill-president tal-wited.
24.2
Essajments Missjunarji
Is-sejħa biex inservu bħala missjunarji tinkludi essajnment speċifiku. Dawn l-essajnments ivarjaw ferm.
24.2.1
Missjunarji Żgħażagħ li Jgħallmu
Ħafna missjunarji żgħażagħ huma assenjati biex jgħallmu l-evanġelju ’l bogħod mid-dar. Dawn l-essajnments huma mogħtija bħala rivelazzjoni lill-Appostli. Dawn il-missjunarji jservu taħt id-direzzjoni tal-president tal-missjoni.
24.2.2
Missjunarji Żgħażagħ ta’ Servizz
Xi missjunarji żgħażagħ huma assenjati biex iservu fil-Knisja u fil-komunità waqt li jkunu qed jgħixu d-dar. Dawn l-essajnments jiġu mogħtija b’rivelazzjoni lill-Appostli u jingħataw lil kandidati li jkollhom ċirkustanzi l-aktar ideali għall-missjonijiet ta’ servizz (ara 24.3.3).
24.2.3
Missjunarji Anzjani
Il-missjunarji anzjani kollha huma inkoraġġuti biex isibu nies biex jgħallmuhom u jgħinuhom jippreparaw għall-magħmudija. Missjunarji anzjani jistgħu wkoll ikunu assenjati biex jissapportjaw:
-
Membri u mexxejja reġjonali u lokali.
-
Dipartimenti tal-Knisja u faċilitajiet.
-
Organizzazzjonijiet ta’ karità.
Missjunarji anzjani ma jiġux mistoqsija biex jaħdmu l-istess sigħat, iwettqu l-attivitajiet kollha jew biex jilħqu l-istess aspettattivi bħal missjunarji żgħażagħ.
L-essajnments għall-missjunarji anzjani jiġu mogħtija b’rivelazzjoni lill-Appostli. Il-kandidati jistgħu jesprimu xi preferenza għal xi essajnment imma jridu jkunu lesti li jaċċettaw kull essajnment.
24.2.4
Missjunarji Anzjani ta’ Servizz
Barra minn sejħiet fil-qasam jew wited ta’ fejn għandhom darhom, il-membri jistgħu jservu lill-Mulej bħala missjunarji ta’ servizz anzjani. Dawn il-missjunarji jagħtu servizz importanti fid-dipartimenti tal-Knisja, faċilitajiet, u missjonijiet (ara 24.7.1). Huma jgħixu d-dar.
Missjunarji ta’ servizz anzjani huma msejħa mill-president tal-wited. Huma jservu taħt id-direzzjoni tiegħu. L-ammont ta’ żmien li jservu kull ġimgħa jiddependi mill-kapaċità tagħhom, l-opportunitajiet ta’ servizz fir-reġjun tagħhom, u d-direzzjoni mill-Presidenza Reġjonali.
24.2.5
Taqsira ta’ Essajments Missjunarji
It-tabella li ġejja turi fil-qosor it-tipi ta’ essajments missjunarji.
Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem |
Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz |
Missjunarju Anzjan |
Missjunarju ta’ Servizz Anzjan | |
---|---|---|---|---|
Huwa msejjaħ mill- | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem President tal-Knisja | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz President tal-Knisja | Missjunarju Anzjan President tal-Knisja | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan President tal-wited |
Hu assenjat minn | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem Appostlu | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz Appostlu | Missjunarju Anzjan Appostlu | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan President tal-wited |
Jiġi distint minn | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem President tal-wited | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz President tal-wited | Missjunarju Anzjan President tal-wited | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan President tal-wited jew konsulent |
Jgħix | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem ’Il bogħod mid-dar | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz Id-dar | Missjunarju Anzjan ’Il bogħod mid-dar jew fid-dar | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan Fid-dar |
Mexxej ekkleżjastiku | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem President tal-missjoni jew president ta’ sit storiku | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz President tal-wited | Missjunarju Anzjan President ta’ sit ta’ missjoni, ta’ tempju, jew ta’ sit storiku; jew President Reġjonali | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan President tal-wited |
Jirraporta lil | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem President tal-missjoni jew president ta’ sit storiku | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz Mexxej tal-missjoni tas-servizz | Missjunarju Anzjan President taż sit ta’ missjoni, ta’ tempju, jew ta’ sit storiku; President Reġjonali; direttur taċ-ċentru għall-viżitaturi; jew dipartiment tal-Knisja jew maniġer tal-faċiltajiet | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan Maniġer tal-essajnment tas-servizz |
Etajiet meħtieġa | Missjunarju Żagħżugħ li Jgħallem 18–25 (irġiel) | Missjunarju Żagħżugħ ta’ Servizz 18–25 (irġiel) | Missjunarju Anzjan 40 jew akbar jekk miżżewġa jew oħt li tkun single | Missjunarju ta’ Servizz Anzjan 26 jew akbar |
24.3
Nippreparaw u Nikkwalifikaw sabiex Naqdu Missjoni
Missjunarji prospettivi huma mħeġġa biex iservu missjoni minħabba l-imħabba tagħhom lejn Alla u uliedu. Huma għandhom ikunu familjari ma’ mistoqsijiet ta’ intervista ta’ rakkomandazzjoni ta’ missjunarju.
24.3.1
Konverżjoni lejn Ġesù Kristu
Missjunarji prospettivi jistinkaw biex isaħħu l-konverżjoni lejn Ġesù Kristu u l-evanġelju rrestawrat tiegħu.
24.3.2
Nilħqu l-Miri ta’ Valur
Missjunarji prospettivi jistinkaw biex ikunu denji għas-sħubija tal-Ispirtu. Dan huwa meħtieġ għal servizz missjunarju effettiv (ara Duttrina u Patti 42:13–14).
24.3.2.1
L-Indiema
L-indiema tirrikjedi li neżerċitaw il-fidi fi Kristu, li jkollna intenzjoni ġenwina, u li nħarsu l- kmandamenti. Tinkludi li nistqarru d-dnub u li niċħduh. Għad-dnubiet serji, indiema tirrikjedi li nistqarruh mal-sqof jew għand mal-president tal-wited.
Persuna li tindem tiġi maħfura u mnaddfa permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Il-Mulej ma jiftakarx aktar id-dnub. (Ara Isaija 43:25; Ġakobb 6:5; Alma 34:15–17; Ħelaman 5:10–11;Duttrina u Patti 58:42–43. Ara wkoll 32.1 f’dan il-manwal.)
Kandidat missjunarju jrid ikun nidem minn dnub serju qabel ma l-president tal-wited ikun jista’ jissottometti ir-rakkomandazzjoni tiegħu (ara 32.6; ara wkoll 24.4.4). Il-proċess tal-indiema jinkludi ħin biżżejjed għall-persuna biex turi permezz ta’ ħajja tajba li hi rċeviet l-ispirtu ta’ Kristu permezz tal-maħfra ta’ dnubietha.
24.3.3
Saħħa Fiżika, Mentali, u Emozzjonali
Ix-xogħol missjunarju huwa ta’ sfida. Missjunarji żgħażagħ li jgħallmu jridu jkunu lesti biex jikkommettu ruħhom u jkunu fiżikament, mentalment, u emozzjonalment kapaċi biex jaħdmu l-iskeda missjunarja kollha.
24.3.4
Finanzi
24.3.4.1
Niffinanzjaw Missjunarji Żgħażagħ li qed Iservu ’l Bogħod mid-Dar
Kandidati żgħażagħ li ppreparaw ruħhom skont l-abbiltà tagħhom m’għandhomx ikunu ttardjati milli jservu għal raġunijiet finanzjarji. Dawk li jkollhom bżonn għajnuna finanzjarja biex jilħqu l-impenji tal-kontribut mistenni, jistgħu jirċevuha mingħand il-familja estiża u ħbieb.
Jekk il-bżonn jibqa’, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jistaqsi lill-membri fil-qasam jew fil-wited biex jikkontribwixxu għall-fondi tal-missjunarji tal-qasam.
Il-baġits tal-unit lokali u l-fondi tal-offerta tas-sawm ma jistgħux jintużaw.
L-impenn tal-kontribuzzjoni ta’ kull xahar. Missjunarji żgħażagħ li jgħallmu u l-familji tagħhom jikkontribwixxu ammont speċifiku kull xahar biex jgħinu jkopru l-ħlas tal-programm tal-missjoni.
Il-kontribuzzjonijiet jingħataw għall-fond missjunarji tal-qasam. L-isqfijiet jivverifikaw li l-fondi jiġu kkontribwuti kull xahar. Fondi aktar mill-ammont ta’ kull xahar m’għandhomx ikunu kkontribwuti minn qabel. Fondi kkontribwuti minn qabel ma jistgħux jiġu rimborżati jekk missjunarju jirritorna lura d-dar qabel iż-żmien.
L-ispejjeż fl-għalqa tal-missjoni. Kull xahar, missjunarji żgħażagħ jirċievu fondi mill-missjoni biex jiġu pprovduti ikel, trasportazzjoni, u spejjeż tal-ħajja oħrajn. Dawn il-fondi huma sagri. Il-missjunarji jużawhom biss għal raġunijiet ta’ missjoni. M’għandhomx jintużaw għall-ispejjeż personali, ikunu mfaddla, jew mibgħuta lill-membri tal-familja jew lil xi oħrajn. Il-missjunarji jirritornaw lill-missjoni xi fondi li ma jkollhomx bżonn.
Il-missjunarji jużaw fondi personali biex ikopru spejjeż oħrajn. Dawn l-esperjenzi personali għandhom ikunu minimi. (Ara Standards Missjunarju għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu,4.8.)
24.3.4.2
Niffinanzjaw Missjunarji Żgħażagħ li qed Iservu ’l Bogħod mid-Dar
L-impenn tal-kontribuzzjoni ta’ kull xahar. Missjunarji anzjani li qed iservu ’l bogħod mid-dar jikkontribwixxu fil-fond missjunarju tal-qasam tagħhom kull xahar. Dawn il-kontribuzzjonijiet jgħinu biex ikopru l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-vetturi.
L-isqfijiet jivverifikaw li l-fondi jiġu kkontribwuti kull xahar. Fondi aktar mill-ammont ta’ kull xahar m’għandhomx ikunu kkontribwuti minn qabel.
Spejjeż Addizzjonali. Barra mill-kontribuzzjoni ta’ kull xahar li tgħin biex tkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-vetturi, missjunarji anzjani jridu jkopru b’mod totali l-ispejjeż kollha l-oħra, inkluż l-ikel.
24.3.4.3
Niffinanzjaw Missjunarji li qed Iservu fid-Dar
Missjunarji li qed iservu fid-dar huma responsabbli għall-ħtiġijiet finanzjarji kollha tagħhom.
24.3.4.4
Assigurazzjoni Medika u Spejjeż
Il-missjunarji kollha huma inkoraġġuti ferm biex iżommu l-assigurazzjoni medika eżistenti tagħhom kemm jista’ jkun, inkluż missjunarji żgħażagħ li jgħallmu.
Il-missjunarji li jservu fid-dar iridu jipprovdu l-koperta tal-assigurazzjoni medika tagħhom u koperti tal-assigurazzjonijiet oħrajn. Missjunarji anzjani li jkunu qed iservu ’l bogħod mid-dar ukoll iridu jipprovdu din il-koperta. Missjunarji anzjani li jkunu se jservu ’l barra minn pajjiżhom ikunu jistgħu jiksbu assigurazzjoni mill-Pjan Mediku tas-Servizz Anzjan.
24.3.5
Irwol ta’ Membri tal-Familja u Kapijiet li Jippreparaw lill-Missjunarji
Membri tal-familja, isqfijiet, u mexxejja oħrajn jgħinu liż-żgħażagħ jippreparaw biex iservu missjoni.
Membri tal-familja u mexxejja jħeġġu mill-kandidati missjunarji kollha biex jistudjaw:
-
Il-Ktieb ta’ Mormon u skritturi oħrajn.
-
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi.
-
Salvagwardji biex Nużaw it-Teknoloġija.
Memrbi tal-familja u mexxejja jgħinu lill-kandidati jikkommettu ruħhom biex isegwu l-istandards tal-missjoni. Huma jħeġġu lill-kandidati biex jistudjaw il-manwal tal-istandards tal-missjoni li jippartjeni lill-essajnments probabbli tagħhom:
-
Għal missjunarji żgħażagħ li jgħallmu: Standards tal-Missjunarji għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu
24.4
Nirrikomandaw Missjunarji
24.4.1
Assessjar ta’ Saħħa
Il-kandidati kollha huma mistennija li jkollhom professjonisti mediċi li jassessjaw il-prontezza tas-saħħa tagħhom.
24.4.2
Intervisti u Formoli ta’ Rakkomandazzjoni
L-isqof u l-president tal-wited imexxu intervisti ta’ tiftix spiritwali u edifikanti ma’ kull kandidat. Huma jużaw il-mistoqsijiet ta’ intervista tar-rakkomandazzjoni ta’ missjunarju.
L-isqof u l-president tal-wited jirrevedu wkoll l-informazzjoni dwar l-istandards ta’ denjità u prontezza ta’ saħħa fis-Sistema Onlajn għar-Rakkomandazzjoni tal-Missjunarji. L-isqof u l-president tal-wited ma jżidu l-ebda standards ta’ eliġibbiltà. Lanqas ma jbiddlu l-mistqosijiet tal-intervista.
Jekk l-isqof jew il-president tal-wited għandhom xi tħassib dwar jekk xi kandidat jilħaqx l-istandards ta’ denjità jew dwar il-prontezza taż saħħa tiegħu jew tagħha, huma jikkonsultaw flimkien u mal-persuna. Bil-permess ta’ kandidat żagħżugħ, huma jistgħu wkoll jikkonsultaw mal-ġenituri tiegħu, jew tagħha. L-isqof u il-president tal-wited ma jissottomettux rakkomandazzjoni sakemm il-persuna ma tkunx nidmet minn dnub serju (ara 24.3.2.1). Skont is-saħħa fiżika, mentali, jew emozzjonali tal-persuna, huma jistgħu jiddiskutu l-possibiltà ta’ kemm tista’ tiġi assenjata bħala missjunarju ta’ servizz.
F’każijiet urġenti meta l-isqof jew il-president tal-wited ma jkunx disponibbli, huwa jista’ jawtorizza wieħed mill-konsulenti tiegħu biex imexxi dawn l-intervisti.
Fid-distretti, il-president tal-missjoni jew konsulent assenjat jintervista u jirrakkomanda kandidati missjunarji. Presidenti fid-distrett ma jmexxux intervisti.
24.4.4
Dawk li ma Jistgħux Iservu ta’ Missjunarji Full-Time
Xi drabi membru li jixtieq li jservi jista’ ma jissejjaħx bħala missjunarju full-time. Dan jaf ikun minħabba problemi ta’ saħħa, għax ma jissodisfax l-istandards tad-denjità, minħabba kwistjonijiet legali, jew ċirkostanzi oħrajn. Il-president tal-wited jista’ jiskużah jew jiskużaha minn servizz missjunarju full-time.
24.5
Wara li Nirċievu Sejħa Missjunarja
Missjunarji li għadhom kemm ġew imsejħin huma mħeġġin jaqraw u jerġgħu jaqraw il-Ktieb ta’ Mormon qabel ma jibdew il-missjoni tagħhom. Huma jimxu wara l-parir tas-Sultan Benjamin biex ”nikkontrollaw lilna infusna, u ħsibijietna, u kliemna, u għemilna” (Mosija 4:30).
24.5.1
Dotazzjoni tat-Tempju u Servizz tat-Tempju
Jekk missjunarji li għadhom kemm ġew imsejħin għadhom ma rċevewx l-ordinanza tad-dota tat-tempju, għandhom jagħmlu dan qabel ma jibdew is-servizz missjunarju fejn possibbli (ara Duttrina u Patti 43:15–16; 105:33). Dan jinkludi missjunarju tas-servizz jekk ikun xieraq fiċ-ċirkustanzi tagħhom.
Missjunarji li għadhom kemm ġew imsejħin u li ġew dotati jistgħu jservu bħala ħaddiema tal-ordinanzi tat-tempju qabel jibdew servizz missjunarju kif jeħtieġ (ara 25.5).
24.5.2
Laqgħat tas-Sagrament
Il-veskovat jistieden missjunarji li għadhom kemm ġew imsejħa biex jitkellmu fil-laqgħa tas-sagrament qabel jibdew il-missjoni tagħhom. Din hija laqgħa regolari tas-sagrament. Għandna niffokaw fuq is-sagrament u fuq is-Salvatur.
24.5.3
Niddistingwu l-Missjunarji
Il-president tal-wited lokali jiddistingwi kull missjunarju l-eqreb possibbli lejn id-data tal-missjoni tiegħu jew tagħha. F’każijiet urġenti meta l-president tal-wited ma jkunx disponibbli, hu jista’ jawtorizza wieħed mill-konsulenti tiegħu biex jiddistingwi lill-missjunarji.
Il-president tal-wited jew wieħed mill-konsulenti tiegħu jiddistingwu missjunarji li jkunu msejħa mid-distretti fil-missjoni tiegħu. Il-president tad-distrett ma jiddistingwix missjunarji.
Membru li jkun se jservi ’l bogħod mid-dar irid ikun irċieva s-Saċerdozju ta’ Melkisedek qabel jiġi distint bħala missjunarju. Membru li jkun se jservi bħala missjunarju tas-servizz għandu jkun iħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek jekk ikun xieraq għaċ-ċirkustanzi tiegħu.
24.6
Servizz ’il Bogħod mid-Dar
24.6.2
Fl-Għalqa tal-Missjoni
24.6.2.5
Talbiet biex Nissapportjaw Oħrajn Finanzjarjament jew bl-Iskola jew Emigrazzjoni
Missjunarji u l-familji tagħhom m’għandhomx jipprovdu sapport finanzjarju lil dawk li jgħixu fejn il-missjunarji qed iservu, inkluż sapport finanzjarju għall-iskola. Lanqas m’għandhom il-missjunarji u l-familji tagħhom jisponsorjaw persuni li jridu jemigraw lejn pajjiżi oħrajn (ara 38.8.19).
24.6.2.8
Reġistri ta’ Sħubija u Dieċmi
Il-qasam ta’ fejn joqogħdu l-missjunarji jżomm ir-reġistru tas-sħubija. Il-qasam ta’ fejn joqogħdu jirreġistra wkoll l-istat tad-dieċmi tal-individwu. Il-missjunarji ma jħallsux dieċmi Madanakollu, iħallsu d-dieċmi jekk ikollhom xi dħul finanzjarju personali.
24.6.3
Nirritornaw Lura d-Dar Wara Missjoni
24.6.3.1
Nirritornaw Lura d-Dar hekk kif Skedat Oriġinarjment
Il-missjunarji u l-membri tal-familja tagħhom m’għandhomx jitolbu rilaxxamenti kmieni jew estenzjonijiet tas-servizz għall-konvenjenza personali.
Missjunarji żgħażagħ għandhom jivvjaġġaw direttament lejn id-dar mill-missjoni tagħhom. Kull vjaġġar ieħor jista’ jkun approvat biss jekk il-missjunarju jkun akkumpanjat minn tal-inqas ġenitur jew gwardjan wieħed.
Il-missjunarji mhumiex rilaxxati sakemm jirrapportaw lill-president tal-wited. Jibqgħu jsegwu l-istandards tal-missjoni sa dak iż-żmien.
24.6.3.2
Nirritornaw Lura d-Dar Qabel iż-Żmien
Xi missjunarji jkunu rilaxxati qabel iż-żmien minħabba raġunijiet ta’ saħħa, valur, jew oħrajn. L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited jagħtu sapport speċjali lil dawn il-missjunarji li ġew lura. Il-mexxejja jgħinuhom jaħdmu biex iġibu lura saħħithom jew biex jirritornaw lura fis-servizz jekk possibbli.
24.7
Missjonijiet ta’ Servizz
24.7.1
Nidentifikaw Opportunitajiet għal Missjunarji ta’ Servizz
L-isqof, il-president tal-wited, u l-missjunarju tas-servizz jikkonsultaw bejniethom biex jidentifikaw opportunitajiet lokali biex iservu. Għal missjunarji ta’ servizz żgħażagħ, mexxej tal-missjoni tas-servizz u l-ġenituri tal-missjunarju jew gwardjani jipparteċipaw fid-diskussjoni.
24.8
Wara Servizz Missjunarju
24.8.2
Intervista dwar Rilaxxament Missjunarju
Il-president tal-wited jirrilaxxa lill-missjunarji u jmexxi intervista. Fid-distretti, ġeneralment il-president tal-missjoni jew konsulent assenjat jirrilaxxa lill-missjunarji.
Il-linji gwida li ġejjin għal din l-intervista jistgħu jkunu ta’ għajnuna.
-
Inkoraġġihom biex ikomplu bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu tul il-ħajja.
-
Agħtihom parir biex jibnu fuq id-drawwiet tajbin li jkunu żviluppaw bħala missjunarji.
-
Inkoraġġihom biex jikkunsidraw u jippreparaw għall-futur, inkluż l-edukazzjoni u l-impjieg għall-missjunarji żgħażagħ.
-
Inkoraġġihom biex dejjem jgħixu ħajja denja tar-rakkomandazzjoni tat-tempju.
24.8.4
Sejħiet
Il-mexxejja fil-pront jagħtu essajnments ministerjali u sejħiet lilll-missjunarji li ġew rilaxxati riċentiment. Dan jinkludi li jiġu kkunsidrati bħala ħaddiema tal-ordinanzi tat-tempju kif xieraq (ara 25.5).
24.9
Riżorsi għal Rakkomandazzjonijiet u Servizz Missjunarju
24.9.2
Websajts
-
(disponibbli għall-mexxejja lokali u għall-kandidati tal-missjoni biss)