“25. Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam u l-Wited,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“25. Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam u l-Wited,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali
25.
Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam u l-Wited
25.0
Introduzzjoni
Il-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja huwa l-mezz ta’ kif ngħaqqdu u nissiġillaw l-familji għall-eternità (ara Mattew 16:19). Din il-ħidma tinkludi:
-
Nagħmlu patti hekk kif nirċievu l-ordinanzi tat-tempju tagħna (ara Isaija 55:3; Duttrina u Patti 84:19–23).
-
Niskopru lil qrabatna li ħallew din id-dinja u nwettqu l-ordinanzi tat-tempju għalihom biex ikunu jistgħu jagħmlu patti ma’ Alla (ara Malakija 4:5–6; 1 Korintin 15:29; Duttrina u Patti 128:15–18).
-
Immorru t-tempju regolarment, fejn hu possibbli, biex inqimu lil Alla u nwettqu l-ordinanzi għall-uliedu (ara Luqa 24:52–53; Duttrina u Patti 109:13–14).
Aktar informazzjoni hija disponibbli f’“Tempji” u “L-Istorja tal-Familja” (Suġġetti tal-Evanġelju, topics.ChurchofJesusChrist.org).
25.1
Parteċipazzjoni tal-Membri u tal-Mexxejja fil-Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja
Il-membri tal-Knisja għandhom il-privileġġ u r-responsabbiltà li jgħinu lill-familji tagħhom jingħaqdu għall-eternità. Huma jippreparaw lilhom infushom biex jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanzi tat-tempju, u jistinkaw biex iżommu dawn il-patti.
Il-membri tal-Knisja huma mħeġġa biex jidentifikaw lil qrabathom li ħallew din id-dinja li ma jkunux irċevew l-ordinanzi tat-tempju. Il-membri mbagħad iwettqu l-ordinanzi f’isem dawk il-qraba (ara Duttrina u Patti 128:18). Fid-dinja tal-ispirti, invidiwi li ħallew din id-dinja jistgħu jagħżlu li jaċċettaw jew jirrifjutaw l-ordinanzi li jkunu mwettqa għalihom.
25.1.1
Responsabbiltà Individwali għall-Attendenza tat-Tempju
Il-membri jiddeterminaw għalihom infushom meta u kemm-il darba jqimu fit-tempju. Il-mexxejja ma jistabbilixxux kwoti jew sistemi ta’ rappurtar għall-attendenza tat-tempju.
25.2
Norganizzaw il-Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam
25.2.1
Veskovat
Il-veskovat jikkoordina mal-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev hekk kif dawn imexxu l-isforzi tat-tempju u l-isforzi tal-isorja tal-familja fil-qasam. Dawn il-mexxejja jikkonsultaw flimkien regolarment.
Il-veskovat għandu wkoll dawn ir-responsabbiltajiet għat-tempju u l-ħidma tal-Istorja tal-familja fil-qasam.
-
Jassigura li d-duttrina u l-barkiet tat-tempju u tal-ħidma tal-istorja tal-familja huma mgħallma fil-knisja.
-
Jassigura li x-xogħol tat-tempju u tal-istorja tal-familja huwa kkoordinat fil-kunsill tal-qasam u fil-laqgħat tal-kunsill taż-żgħażagħ tal-qasam.
-
Jissorvelja l-organizzazzjoni tal-korsijiet ta’ tħejjija għat-tempju (ara 25.2.8).
-
Jpħroġ rakkomandazzjonijiet tat-tempju (ara kapitlu 26).
25.2.2
Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev
Il-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev imexxu l-isforzi ta’ kuljum tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam (ara 8.2.4 u 9.2.4). Huma jaħdmu flimkien biex imexxu dawn l-isforzi mal-kunsill tal-qasam, taħt il-koordinazzjoni tal-isqof.
Dawn il-mexxejja għandhom dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Jgħinu lill-membri jippreparaw biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju u jagħmlu patti tat-tempju.
-
Iħeġġu lill-membri biex iqimu fit-tempju kemm jippermettulhom iċ-ċirkustanzi tagħhom.
-
Iħeġġu lill-membri biex jitgħallmu dwar il-qraba tagħhom u jwettqu l-ordinanzi tat-tempju f’isimhom.
-
Imexxu x-xogħol tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam. Jekk dan il-mexxej ma jkunx imsejjaħ, membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri jieħu dan l-irwol (ara 25.2.3).
Il-presidenti tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev it-tnejn jassenjaw membru ta’ presidenza biex jgħinu fit-tmexxija tal-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam. Dawn iż-żewġ membri ta’ presidenza jaħdmu flimkien. Huma jattendu l-laqgħat tal-koordinazzjoni tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam (ara 25.2.7).
25.2.3
Mexxej tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam
Il-veskovat jikkonsulta mal-president tal-wited biex jiddetermina jekk isejjaħx mexxej tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam. Din il-persuna trid tkun tħaddan is-saċerdozju ta’ Melkisedek.
Il-mexxej tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam jissapportja lill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u lill-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev fit-tempju tagħhom u fir-responsabbiltajiet tal-istorja tal-familja. Hu jkollu wkoll dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Imexxi l-laqgħat tal-koordinazzjoni dwar it-tempju u l-istorja tal-familja fil-qasam (ara 25.2.7).
-
Jagħti struzzjonijiet lill-konsulenti tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam. Jikkoordina l-isforzi tiegħu biex jgħin lill-membri bil-ħidma tal-istorja tal-familja.
-
Jaħdem mal-mexxej tal-missjoni tal-qasam u mal-missjunarji biex jgħinu lil dawk li qed jitgħallmu l-evanġelju, lill-membri ġodda, u membri li ġew lura jinvolvu ruħhom fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja.
25.2.4
Konsulenti tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja fil-Qasam
Il-konsulenti tat-tempju u l-istorja tal-familja fil-qasam iservu taħt id-direzzjoni tal-mexxej tat-tempju u tal-istorja tal-familja fil-qasam jew tal-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jieħu dan l-irwol. Il-veskovat isejjaħ lil dawn il-membri bex iservu. L-adulti u ż-żgħażagħ jistgħu jiġu msejħa.
Il-konsulenti għandhom dawn ir-responsabbiltajiet:
-
Jgħinu lill-membri jesperjenzaw il-barkiet tal-iskoperta tal-antenati tagħhom u tat-twettiq tal-ordinanzi tat-tempju f’isimhom.
-
Jgħinu lill-membri jippreparaw biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju u jagħmlu patti tat-tempju.
-
Jipparteċipaw f’laqgħat ta’ koordinazzjoni dwar it-tempju u l-istorja tal-familja fil-qasam (ara 25.2.7).
25.2.7
Laqgħat ta’ Koordinazzjoni dwar it-Tempju u l-Istorja tal-Familja fil-Qasam
Laqgħat ta’ koordinazzjoni, informali u qosra dwar it-tempju u l-istorja tal-familja fil-qasam isiru b’mod regolari. Jekk mexxej tal-qasam għat-tempju u l-istorja tal-familja jiġi msejjaħ, hu jmexxi l-laqgħa. Inkella, il-membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jieħu dan l-irwol imexxi hu.
Oħrajn li jiġu mistiedna jinkludu:
-
Membri assenjati tas-Soċjetà tas-Solliev u presidenzi tal-kworum tal-presbiteri.
-
Assistent tal-kworum tal-qassisin.
-
Membru tal-presidenza tal-aktar klassi kbira fl-età tat-Tfajliet.
-
Konsulenti tat-tempju u l-istorja tal-familja.
L-għan ta’ dawn il-laqgħat huwa li:
-
L-għan hu li huma jikkoordinaw u jħejju sabiex jgħinu lill-membri tal-qasam fil-ħidma tagħhom tat-tempju u l-istorja tal-familja.
Dawn il-laqgħat jistgħu jsiru kemm b’mod fiżiku u kemm virtwalment. Il-koordinazzjoni tista’ ssir ukoll b’modi oħrajn, inkluż permezz tat-telefonati, messaġġi, u imejls.
25.2.8
Kors ta’ Tħejjija għat-Tempju
Taħt id-direzzjoni tal-isqof, jista’ jiġi organizzat kors ta’ tħejjija għat-tempju biex jgħin lill-membri jippreparaw biex jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanzi tat-tempju. Dawn il-korsijiet jiġu organizzati apparti l-laqgħat regolari tal-Ħadd, f’ħin li jkun konvenjenti għall-membri. Jistgħu jsiru fid-dar tal-laqgħat jew fid-dar ta’ xi ħadd.
Lezzjonijiet u istruzzjonijiet biex norganizzaw il-kors qegħdin f’Dotat mis-Smewwiet: Manwal tal-Għalliema għas-Seminar ta’ Tħejjija għat-Tempju. Il-parteċipanti jingħataw kopji ta’ Nippreparaw biex Nidħlu fit-Tempju Mqaddes. Għal studju personali u riżorsi għal-lezzjoni, ara .
25.4
Riżorsi tal-Istorja tal-Familja
25.4.1
Il-Familja Tiegħi: Stejjer li Jressquna Lejn Xulxin
Il-Familja Tiegħi: Stejjer li Jressquna Lejn Xulxin jgħin lin-nies jiskopru l-antenati u l-qraba u jiġbru l-istejjer tagħhom. Dan il-ktejjeb jista’ wkoll jgħin lill-membri jibdew jippreparaw l-ismijiet ral-familja għall-ordinanzi tat-tempju.
Il-ktejjeb jista’ jiġi ddawnlowdjat minn ChurchofJesusChrist.org. Kopji fiżiċi jistgħu jiġu ordnati minn stejjer.ChurchofJesusChrist.org.
25.4.2
FamilySearch.org u FamilySearch Apps
FamilySearch.org hi l-websajt tal-Knisja għall-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja. Tista’ tgħin lill-users:
-
Jibnu konnessjonijiet u relazzjonijiet tar-razza tal-familja.
-
Jiskopru antenati u l-istejjer tagħhom.
-
Jaqsmu u jippreservaw stejjer tal-familja, ritratti, u l-istorja.
-
Iħejju l-ismijiet għall-ordinanzi tat-tempju.
L-FamilySearch app u FamilySearch Memories app jgħinu lin-nies jipparteċipaw fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja mill-mowbajls.
25.5
Nirrakkomandaw u Nsejħu Ħaddiema tat-Tempju
25.5.1
Nirrakkomandaw Ħaddiema tat-Tempju
Ħaddiema tat-tempju potenzjali huma identifikati f’dawn il-modi i li ġejjin:
-
Membri identifikati mill-isqof jew mill-mexxej ta’ qasam ieħor
-
Membri li javviċinaw lill-isqof dwar is-servizz
-
Membri rrakkomandati mill-president tat-tempju, il-matrona, jew mexxej tat-tempju ieħor.
-
Membri li qed jingħaqdu par għal servizz missjunarju jew li qegħdin jirriotornaw minnu (ara kapitlu 24).
L-ismijiet ta’ ħaddiema tat-tempju potenzjali jiġu sottomessi bl-użu ta għodda tar-Rakkomandazzjoni ta’ Ħaddiema tat-Tempju. L-għodda hija disponibbli lill-isqfijiet, presidenti tal-wited, jew presidenzi tat-tempju.