Manwali u Sejħiet
26. Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju


“26. Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“26. Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

Isqof jintervista raġel

26.

Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju

26.0

Introduzzjoni

Li tidħol fit-tempju huwa privileġġ sagru. Il-mexxejja tal-qasam u tal-wited iħeġġu lill-membri kollha biex ikunu denji u jkollhom rakkomandazzjoni tat-tempju kurrenti anke jekk dawn ma joqogħdux viċin tempju.

Il-mexxejja tal-knisja jagħmlu kull sforz biex jaraw li dawk kollha li jidħlu t-tempju huma denji biex jagħmlu dan (ara Salm 24:3–5).

Il-membri jrid ikollhom rakkomandazzjoni tat-tempju kurrenti biex jidħlu f’tempju.

Isqof jikkonsulta mal-president tal-wited jekk hu jkollu mistoqsijiet dwar rakkomandazzjoni tat-tempju li mhux imwieġba f’dan il-kapitlu. Il-president tal-wited jista’ jikkuntattja lilll-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza bil-mistoqsijiet.

26.1

Tipi ta’ Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju

Hemm tliet tipi ta’ rakkomandazzjonijiet:

  1. Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għal membri mhux dotati. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma għal membri mhux dotati li jkunu qed jiġu ssiġillati mal-ġenituri tagħhom jew ikunu qed iwettqu magħmudiji u konfermi bi prokura. Dawn jiġu maħruġa f’Riżorsi għall-Mexxej u l-Iskrivan (RMI). Għal aktar informazzjoni, ara 26.4.

  2. Rakkomandazzjoni tat-tempju għal ordinanzi ħajjin. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma għall-membri li qed jirċievu d-dota tagħhom stess jew li qed jiġu ssiġillati ma’ xi ħadd fi żwieġ. Ir-rakkomandazzjoni għal ordinanzi ħajjin hija mehmuża ma’ rakkomandazzjoni tat-tempju regolari għall-membri dotati (deskritta isfel).

  3. Rakkomandazzjoni tat-tempju għal membri mhux dotati. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma għal membri li qabel kienu dotati. Huma jinħarġu permezz tal-RMI. Huma jawtorizzaw membru biex jipparteċipa fl-ordinanzi kollha tat-tempju għall-mejtin. Huma jintużaw ukoll meta membru dotat jiġi siġillat ma’ ġenituri jew ulied ħajjin jew mejtin. Għal iktar informazzjoni, ara 26.3.

26.2

Nissalvagwardjaw Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju

26.2.1

Mexxejja tas-Saċerdozju li Jissalvagwardjaw ir-Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju

Mexxejja tas-saċerdozju li huma awtorizzati li jkollhom kotba tar-rakkomandazzjoni tat-tempju għandhom jissalvagwardjawhom bir-reqqa kollha.

Il-mexxejja tas-saċerdozju jiżguraw ukoll li indiviwi mhux awtorizzati ma jkollhomx aċċess għall-informazzjoni dwar rakkomandazzjoni fl-RMI.

26.2.3

Rakkomandazzjonijiet Mitlufin jew Misruqa

L-isqof jistaqsi lill-membri biex jinnotifikawh minnufih jekk ir-rakkomandazzjoni tagħhom tintilef jew xtinsteraq. Hu jew konsulent assenjat jew skrivan assenjat jużaw il-RMI bbiex jikkanċellaw ir-rakkomandazzjoni kemm jistaż jkun malajr. Jekk din is-sistema mhix disponibbli, l-isqof jikkuntattja l-uffiċċju tat-tempju biex ir-rakkomandazzjoni tiġi kkanċellata.

26.2.4

Dawk li Jħaddnu Rakkomandazzjoni Li Mhumiex Jgħixu l-Istandards tad-Denjità

Jekk l-isqof jiddetermina li membru li għandu rakkomandazzjoni kurrenti mhuwiex jgħix l-istandards tad-denjità (ara 26.3), huwa jitlob ir-rakkomandazzjoni mingħand il-membru. Huwa jużaw r-RMI biex jikkanċella r-rakkomandazzjoni. Jekk din is-sistema mhix disponibbli, l-isqof jikkuntattja l-uffiċċju tat-tempju biex ir-rakkomandazzjoni tiġi kkanċellata.

26.3

Linji Gwidi Ġenerali biex Noħorġu Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju

Dawk li jħaddnu s-saċerdozju għandhom joħorġu rakkomandazzjoni biss jekk il-membru jwieġeb b’mod xieraq il-mistoqsijiet għar-rakkomandazzjoni tat-tempju.

L-intervisti għar-rakkomandazzjoni tat-tempju m’għandhomx isiru bil-għaġġla. Għandhom ikunu privati. Madankollu, il-persuna li qed tiġi intervistata tista’ tistieden adult ieħor biex ikun preżenti.

Il-mexxejja tas-saċerdozju m’għabdhomx iżidu xi rekwiżiti oħra ma’ dawk li huma msemmija fil-ktieb tar-rakkomandazzjoni tat-tempju. Lanqas m’għandhom jeleminaw xi rekwiżiti.

Fl-utied, membru tal-presidenza tal-wited jew skrivan tal-wited jattiva rakkomandazzjoni tat-tempju fir-RMI wara li tinħareġ. Fid-distretti, membru tal-presidenza tal-missjoni jew skrivan tal-missjoni jattiva r-rakkomandazzjoni. Rakkomandazzjonijiet għal-magħmudiji u konfermi bi prokura huma attivati meta jiġu stampati minn membru tal-veskovat jew minn president tal-fergħa.

26.3.1

Intervisti tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għall-Membri fl-Oqsma u Fergħat

F’qasam, l-isqof jew konsulent assenjat imexxi intervisti għar-rakkomandazzjoni tat-tempju u joħroġ rakkomandazzjonijiet lil dawk li huma denji. F’fergħa, il-president tal-fergħa biss imexxi intervisti għar-rakkomandazzjoni tat-tempju u joħroġ rakkomandazzjonijiet.

F’qasam, l-isqof personalment jintervista membri li:

  • Qed jirċievu d-dota tagħhom stess (ara 27.1 u 27.2).

  • Qed jiġu ssiġillati ma’ xi ħadd fiż-żwieġ (ara 27.3).

F’każi urġenti meta l-isqof ma jkunx disponibbli, huwa jista’ jawtorizza wieħed mill-konsulenti tiegħu biex imexxi dawn l-intervisti.

Qabel ma joħroġ rakkomandazzjoni f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq, l-isqof jirrevedi r-rekord tal-membru biex jivverifika li dan ma jinkludix notazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-isħubija fil-Knisja. Għal membri li qed jirċievu d-dota tagħhom stess jew qed jiġu ssiġillati fi żwieġ ma’ xi ħadd, huwa jassigura wkoll li:

  • Il-magħmudija u l-konferma tal-persuna huma rreġistrati fir-rekord tal-isħubija tagħhom.

  • L-aħwa rċevew is-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

Wara intervista minn membru tal-veskovat jew il-president tal-fergħa, membru tal-presidenza tal-wited jintervista l-membri li jgħixu f’wited. Membru mill-presidenza tal-missjoni jmexxi t-tieni intervista għal membri li jgħixu f’distrett. President tad-distrett ma jmexxix intervisti għar-rakkomandazzjoni tat-tempju sakemm mhux awtorizzat mill-Ewwel Presidenza.

26.3.2

Intervisti tar-Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għall-Membri f’Żoni Isolati

Xi membri jgħixu f’żoni li jkun jeħtieġ spiża kbira fl-ivvjaġġar jew diffikultà oħra biex jiltaqgħu ma’ membru tal-presidenza tal-wited jew tal-missjoni. F’sitwazzjonijiet bħal dawn president tat-tempju jista’ jintervista lill-persuna u jiffirma r-rakkomandazzjoni. Qabel ma jagħmel l-intervista, huwa jikkonferixxi mal-president tal-wited jew tal-missjoni. L-isqof, konsulent awtorizzat, jew il-president tal-fergħa jeħtieġlu li jkun diġà intervista lill-membru u ffirma r-rakkomandazzjoni.

26.4

Noħorġu Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għal Membri Mhux Dotati

26.4.1

Linji Gwida Ġenerali

Rakkomandazzjoni tat-tempju jinħarġu lill-membri mhux dotati kif ġej:

  • Għal membri ta’ 11-il sena jew ikbar biex jiġu mgħammdin u kkonfermati għall-mejtin. (Tfajliet u ġuvintur ordnati huma eliġibbli għal rakkomandazzjoni tat-tempju minn Jannar tas-sena li fiha jagħlqu 12-il sena.)

  • Għal membri minn età ta’ 8 snin sa dik ta’ 20, biex jiġu ssiġillati mal-ġenituri tagħhom. Tfal taħt it-8 snin m’għandhomx bżonn rakkomandazzjoni biex ikunu issiġillati mal-ġenituri tagħhom (ara 26.4.4).

  • Għal membri minn età ta’ 8 snin sa dik ta’ 20, biex josservaw is-siġilli ta’ ħuthom ħajjin, ħuthom addottati, jew ħuthom minn ġenitur wieħed, mal-ġenituri tagħhom.

Membri li kienu ġew dotati qabel ma tinħarġilhom l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet spjagati f’din is-sezzjoni.

Membru tal-Knisja raġel li għandu età biżżejjed biex iħaddan saċerdozju għandu jkun ordnat f’uffiċċju tas-saċerdozju qabel ma huwa jkun jista’ jirċievi rakkomandazzjoni tat-tempju.

26.4.2

Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għall-Membri li Għadhom kif Jitgħammdu

L-isqof jintervista membri ġodda li għandhom l-età xierqa biex jirċievu rakkomandazzjoni tat-tempju għall-magħmudiji u konfermi bi prokura biss. Hu jmexxi din l-intervista ftit wara li tkun saret il-konferma tal-membru, normalment fi żmien ġimgħa (ara 26.4.1). Għall-aħwa, din l-intervista tista’ tinżamm bħala parti mill-intervista biex wieħed jirċievi s-Saċerdozju ta’ Aron.

26.4.3

Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju għall-Magħmudiji u Konfermi bi Prokura Biss

Rakkomandazzjoni tat-tempju li jinħarġu għal magħmudiji u konfermi bi prokura jistgħu jintużaw biss għal dan il-għan.

26.4.4

Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju biex Nissiġillaw Tfal Ħajjin mal-Ġenituri

Membri li għandhom 21 sena jew iktar jistgħu jiġu ssiġillati mal-ġenituri tagħhom jew josservaw ċerimonja ta’ siġilll bil-kundizzjoni li huma (1) dotati u (2) għandhom rakkomandazzjoni tat-tempju kurrenti.

26.5

Noħorġu Rakkomandazzjonijiet tat-Tempju f’Ċirkustanzi Speċjali

26.5.1

Membri Jirċievu d-Dota Tagħhom

Membri denji li jixtiequ jirċievu d-dota tagħhom jistgħu jagħmlu dan meta jilħqu dawn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

  • Għandhom tal-anqas 18-il sena.

  • Temmew, jew m’għadhomx jattendu, l-iskola sekondarja jew ekwivalenti.

  • Sena sħiħa għaddiet mill-konferma tagħhom.

  • Iħossu x-xewqa li jirċievu u jonoraw patti tat-tempju matul ħajjithom kollha.

Barra minn hekk, raġel irid ikun iħaddan i-Saċerdozju ta’ Melkisedek qabel ma jirċievi d-dota tiegħu. Għal informazzjoni dwar membri li qed jitħejjew biex jirċievu d-dotazzjoni tagħhom, ara 25.2.8. Għal infomazzjoni dwar min jista’ jirċievi d-dotazzjoni, ara 27.2.1.

26.5.3

Missjunarji Żgħażagħ Jirritornaw minn Servizz il-Bogħod mid-Dar

Il-president tal-missjoni jiddata u jattiva r-rakkomandazzjoni sabiex tiskadi tliet xhur mid-data meta l-missjunarju jirritorna d-dar.

L-isqof jintervista l-missjunarji li jirritornaw biex joħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju ġdida lejn l-aħħar tal-perjodu tat-tliet xhur tal-iskandenza.

26.5.4

Membri Li M’Għexux fl-Istess Qasam minn tal-Inqas Sena

L-isqof jew konsulent assenjat jikkuntattja l-isqof ta’ qabel qabel ma jagħel intervista għal rakkomandazzjoni tat-tempju.

26.5.7

Membri li Identifikaw Ruħhom bħala Transġeneru

Il-president tal-wited għandu jikkonsulta lill-Presidenza tar-Reġjun biex jindirizzaw sitwazzjonijiet individwali b’sensittività u mħabba Kristjana (ara 38.6.23).

26.5.8

Membri li Wettqu Dnub Serju

Membru li kkommetta dnub serju jista’ ma jirċevix rakkomandazzjoni tat-tempju sakemm hu jew hi ma jindimx (ara 32.6).

26.5.9

Membri Li Ġew Ammessi mill-Ġdid wara Irtirar jew Riżenji mis-Sħubija tal-Knisja

26.5.9.1

Membri Li Qabel Ma Kenux Dotati

Dawn il-membri ma jistgħux jinħarġulhomx rakkomandazzjonijiet biex jirċievu d-dotazzjoni tagħhom sakemm tgħaddi sena sħiħa mid-data tal-ammissjoni mill-ġdid tagħhom fil-Knijsa permezz ta’ magħmudija u konferma.

26.5.9.2

Membri Li Qabel Kienu Dotati

Membri li kienu dotati qabel ma jistgħu jirċievu l-ebda tip ta’ rakkomandazzjoni tat-tempju sakemm il-barkiet tagħhom tat-tempju ma jiġux irrestawrati permezz tal-ordinanza tar-restawrazzjoni tal-barkiet.