Manwali u Sejħiet
27. Ordinanzi tat-Tempju għall-Ħajjin


“27. Ordinanzi tat-Tempju għall-Ħajjin,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“27. Ordinanzi tat-Tempju għall-Ħajjin,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

għarus u għarusa

27.

Ordinanzi tat-Tempju għall-Ħajjin

27.0

Introduzzjoni

It-tempju huwa d-dar tal-Mulej. Dan jidderiġina lejn is-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. Fit-tempji, aħna nipparteċipaw f’ordinanzi sagri u nagħmlu patti mal-Missier fis-Smewwiet li jorbtuna miegħu u mas-Salvatur tagħna. Dawn il-patti u l-ordinanzi jippreparawna biex nirritornaw lejn il-preżenza tal-Missier fis-Smewwiet u biex inkunu ssiġillati flimkien bħala familji għall-eternità.

Fil-patti u l-ordinanzi tat-tempju, “il-qawwa tad-divinità tista’ tidher” (Duttrina u Patti 84:20).

Il-patti u l-ordinanzi tat-tempju huma sagri. Is-simboli assoċjati mal-patti tat-tempju m’għandhomx ikunu diskussi barra mit-tempju. Lanqas m’għandna niddiskutu informazzjoni sagra li nwiegħdu fit-tempju li mhux se niżvelaw. Madanakollu, nistgħu niddiskutu l-għanijiet bażiċi u d-duttrina tal-patti tat-tempju u ordinanzi u l-emozzjonijiet spiritwali li għandna fit-tempju.

Il-mexxejja tal-qasam u tal-wited jiddiskutu l-informazzjoni f’dan il-kapitlu mal-membri li qed jippreparaw biex jirċievu d-dota jew l-ordinanzi tas-siġill.

27.1

Nirċievu Ordinanzi tat-Tempju

27.1.1

Nippreparaw biex Nirċievu Ordinanzi tat-Tempju

Il-membri għandhom jippreparaw ruħhom spiritwalment biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju u biex jagħmlu u jonoraw il-patti tat-tempju.

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija biex jgħinu lil uliedhom jippreparaw biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju. Il-mexxejja tal-wited u tal-qasam, aħwa li jimministraw, u membri tal-familja estiża jissapportjaw lill-ġenituri f’dan l-irwol.

Riżorsi biex jigħinu lill-membri jħejju ruħhom biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju huma disponibbli fi .

Membri li qed jippreparaw biex jirċievu d-dotazzjoni tagħhom jew biex ikunu ssiġillati ma’ żewġhom huma mħeġġa biex jipparteċipaw f’kors ta’ preparazzjoni tat-tempju (ara 25.2.8).

27.1.3

Membri li Għandhom Diżabbiltà Fiżika

Membri denji li għandhom diżabbiltà fiżika jistgħu jirċievu l-ordinanzi kollha tat-tempju. Dawn il-membri huma mħeġġa li jattendu t-tempju ma’ qraba li huma dotati jew ħbieb tal-istess sess li jistgħu jassistuhom. Jekk il-membri ma jistgħux jattendu ma’ membru tal-familja jew ħabib, jistgħu jċemplu t-tempju minn qabel biex jaraw x’arranġamenti jistgħu jsiru.

27.1.4

Assistenza tat-Traduzzjoni jew Interpretazzjoni

Jekk il-membri jkollhom bżonn assistenza tat-traduzzjoni jew tal-interpretazzjoni, għandhom jikkuntattjaw lit-tempju minn qabel biex jaraw hux disponibbli.

27.1.5

Ilbies li Għandu Jintlibes għat-Tempju

Meta jmorru t-tempju, il-membri għandhom jilbsu t-tip ta’ lbies li jilbsu tipikament f’laqgħa tas-sagrament.

Ara 27.3.2.6 għal informazzjoni dawar ilbies li għandu jintlibes għaż-żwieġ fit-tempju jew siġill.

Ara 38.5 għal informazzjoni dwar:

  • Ilbies li għandna nilbsu waqt id-dota u l-ordinanzi tas-siġill.

  • Niksbu, nilbsu, u nieħdu ħsieb l-ilbies u l-garments taċ-ċerimonji tat-tempju.

27.1.6

Kura tat-Tfal

It-tfal għandhom ikollhom is-superviżjoni ta’ adult meta jinsabu fl-art tat-tempju. Il-ħidma tat-tempju huma disponibbli biex jissorveljaw li-tfal f’dan iċ-ċirkostanzi biss:

  • Jekk huma qed jiġu ssiġillati mal-ġenituri

  • Jekk huma qed josservaw l-issiġillar ta’ ħuthom ħajjin, ħuthom tar-rispett (ħajjin), ħuthom (ħajjin) minn ġenitur ieħor, mal-ġenituri tagħhom.

27.1.7

Niltaqgħu mal-Membri wara li Jirċievu Ordinanzi tat-Tempju

Il-membri spiss ikollhom mistoqsijiet wara li jirċievu l-ordinazi tat-tempju. Membri tal-familja li huma dotati, l-isqof, mexxejja oħra tal-qasam, u aħwa li qed jimministraw jistgħu jiltaqgħu ma’ membri biex jiddiskutu l-esperjenza tagħhom tat-tempju.

Riżorsi biex jgħinnu nwieġbu mistoqsijiet huma disponibbli fi .

27.2

Id-Dotazzjoni

Il-kelma dota tfisser “rigal.” Id-dota tat-tempju hija litteralment rigal mingħand Alla li permezz tiegħu hu jbierek lil uliedu. Xi ftit mir-rigali li l-membri jirċievu permezz tad-dota tat-tempju jinkludu:

  • Għarfien akbar tal-għanijiet u t-tagħlim tal-Mulej.

  • Qawwa biex tagħmel dak kollu li l-Missier fis-Smewwiet irid lil uliedu jagħmlu.

  • Direzzjoni divina meta sservi lill-Mulej, lil tal-familja, jew lil oħrajn.

  • Żieda fil-fidi, faraġ, u paċi.

Is-sodisfazzjoni ta’ dawn il-barkiet tiddependi mill-fedeltà lejn l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Il-dota hi rċevuta f’żewġ partijiet. Fl-ewwel parti, persuna tirċievi ordinanza preliminari msejħa l-inizjarja. L-inizjaraja hija magħrufa wkoll bħala l-ħasil u d-dlik (ara Eżodu 29:4-9). Tinkludi barkiet speċjali relatati mal-wirt u l-potenzjal divin tal-persuna.

Matul l-inizjatorja, il-persuna hija awtorizzata li tilbes il-garment tat-tempju. Il-garment jirrappreżenta ir-relazzjoni personali tal-persuna ma’ Alla u l-impenn li tobdi lil patti magħmulin fit-tempju. Meta l-membri huma leali għall-patti tagħhom u jilbsu l-garment kif għandu jkun matul ħajjithom kollha, dan iservihom ukoll bħala protezzjoni. Għal informazzjoni dwar kif tilbes u tieħsu ħsieb il-garment, are 38.5.5.

Fit-tieni parti tad-dota, jiġi mgħallem il-pjan ta’ salvazzjoni, inkluż il-Ħolqien, il-Waqgħa ta’ Adam u Eva, l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, l-Apostasija, u r-Restawrazzjoni. Il-membri jirċievu wkoll istruzzjoni dwar kif jirritornaw fil-preżenza tal-Mulej.

Fid-dota, il-membri huma mistednin jagħmlu patti sagru kif ġej:

  • Jgħixu l-liġi tal-ubbidjenza u jfittxu li jħarsu l-kamdandamenti tal-Missier fis-Smewwiet.

  • Jobdu l-liġi tas-sagrifiċċju, li jfisser li jagħmlu s-sagrifiċċju biex jissapportjaw il-ħidma tal-Mulej u jindmu b’qalb maqsuma u spirtu niedem.

  • Jobdu l-liġi tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, li hija l-liġi ogħla li Hu għalliem meta kien fid-dinja.

  • Iħarsu l-liġi tal-kastità, li jfisser li l-membru jkollu relazzjonijiet sesswali biss ma’ persuna li magħha hu legalment u skont il-liġi miżżewweġ skont il-liġi t’Alla.

  • Iħarsu l-liġi tal-konsagrazzjoni, li jfisser li l-membri jiddedikaw ħinhom, it-talenti tagħhom, u dak kollu li bihom Alla berikhom biex jibnu l-Knisja ta’ Ġesù Kristu fid-dinja.

Ta’ dan kollu, il-Missier fis-Smewwiet iwiegħed li dawk li jibqgħu leali għall-patti tat-tempju li jkunu għamlu jkunu dotati “b’qawwa mill-għoli” (Duttrina u Patti 38:32, 38; ara wkoll Luqa 24:49; Duttrina u Patti 43:16).

27.2.1

Min Jista’ Jirċievi d-Dota

Il-membri tal-Knisja kollha li huma kontabbli u adulti huma mistednin jitħejjew għad-dita tagħhom u biex jirċevuha. L-ordinanzi prerekwiżiti kollha jridu jiġu mwettqin u rreġistrati qabel ma l-membri jistgħu jirċievu d-dota (ara 26.3.1).

27.2.1.1

Membri li Għadhom Kemm Jitgħammdu

Membri adulti ġodda u denji jistgħu jirċievu d-dora tagħhom mill-inqas sena sħiħa mid-data tal-konferma tagħhom.

27.2.1.2

Membri li Għandhom Konjuġi Mhux Dotata

Membru denn li l-konjuġi tiegħu mhux dotata jista’ jirċievi d-dota tiegħu (jew tagħha) meta jintleħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • Il-konjuġi mhux dotata tagħti l-kunsens tagħha.

  • Il-membru, l-isqof, jew il-president tal-wited huma kunfidenti li r-responsabbiltà meħuda mal-patti tat-tempju ma tkunx ta’ dannu għaż-żwieġ.

Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw kemm jekk il-konjuġi hija membru tal-Knisja u kemm jekk le.

27.2.1.3

Membri li Għandhom Diżabbiltà intelletwali

Il-membri li għandhom diżabbiltà intelletwali jistgħu jirċievu d-dota tagħhom jekk:

  • Huma rċevew l-ordinazi prerekwiżiti kollha (ara 26.3.1).

  • Għandhom il-kapaċità intelletwali biex jifhmu, jagħmlu, u jżommu l-patti assoċjati.

L-isqof jiddiskuti mal-membru u, fejn applikabbli, mal-ġenituri tiegħu jew tagħha. Huwa jfittex ukoll id-direzzjoni tal-Ispirtu. Huwa jista’ jieħu l-parir tal-president tal-wited.

27.2.2

Niddeċiedu Meta Nirċievu d-Dota

Id-deċiżjoni li tirċievi d-dota hija personali u għandha ssir bl-għajnuna tat-talb. Id-dota hija barka ta’ qawwa u rivelazzjoni għal dawk kollha li jitħejjew li jirċevuha. Il-membri jafu jagħżlu li jirċievu d-dota tagħhom meta jilħqu dawn il-kundizzjonijiet kollha:

  • Għandhom tal-anqas 18-il sena.

  • Huma temmew l-iskola sekondarja, jew ekwivalenti, jew m’għadhomx jattenduha.

  • Sena sħiħa għaddiet mill-konferma tagħhom.

  • Iħossu x-xewqa li jirċievu l-patti sagri tat-tempju u li jonorawhom tul ħajjithom kollha.

Il-membri li rċebvew sejħa għall-missjoni jew li qed jitħejjew biex jiġu ssiġillati fit-tempju għandhom jirċievu d-dota.

Qabel ma joħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju għal xi membru biex jirċievi d-dota, l-isqof u l-president tal-wited għandu jħoss li l-persuna hija mħejjija biex tifhem u żżomm il-patti qaddisa tat-tempju. Din l-eliġibbiltà hija determinata individwalment għal kull persuna.

27.2.3

Nippjanaw u Niskedaw id-Dota

27.2.3.1

Nirċievu Rakkomandazzjoni għal Ordinanzi għall-Ħajjin

Membru jeħtieġlu jirċievi rakkomandazzjoni għall-ordinanzi tal-ħajjin biex jidħol f’tempju u jirċievi d-dota. Għal informazzjoni dwar dan ir-rakkomandazzjonijiet, ara 26.5.1.

27.2.3.2

Nikkuntattjaw it-Tempju

Il-membri li qed jippjanaw li jirċievu d-dota għandhom jikkuntattjaw it-tempju minn qabel biex jiskedaw l-ordinanza.

27.2.3.3

Skorti għal Membri li qed Jirċievu d-Dota

Membri li qed jirċievu d-dota tagħhom jistgħu jistiednu lil membru dotat tal-istess ġeneru biex ikun l-iskorta u jassistih matul is-sessjoni tad-dota. Skorta jeħtieġlu jkollu rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju. It-tempju jista’ jipprovdi skorta jekk meħtieġ.

27.3

Nissiġillaw Raġel u Mara Miżżewġin

Siġillar tat-tempju jgħaqqad raġel u mara miżżewġin flimkien għaż-żmien u l-eternità kollha. Huma jirċievu dawn il-barkiet jekk ikunu fidili għall-patti li huma jagħmlu fit-tempju. Permezz ta’ din l-ordinanza, uliedhom jistgħu jkunu wkoll parti mill-familja eterna tagħhom.

Il-mexxejja tal-Knisja jħeġġu lill-membri biex jitħejjew ħalli jiżżewġu u jiġu ssiġillati fit-tempju. Fejn iż-żwiġijiet tat-tempju mhumiex rikonoxxuti legalment, mexxejja tal-Knisja awtorizzati jew oħrajn jistgħu jwettqu żwiġijiet ċivili li jkunu segwiti b’siġillar tat-tempju (ara 38.3). Dan il-mudell jista’ jkun segwit ukoll meta żwieġ tat-tempju jista’ jikkawża biex ġenituri jew nies tal-familja ta’ ġewwa jħossuhom esklużi għaliex ma jistgħux jattendu ċ-ċerimonja fit-tempju.

27.3.1

Min Jista’ Jkun Issiġillat f’Tempju

Il-membri kollha tal-Knisja li huma kontabbli u mhux miżżewġin huma mistiedna biex jitħejjew għal siġillar fit-tempju. Dawk li huma miżżewġin biċ-ċivil huma mħeġġin biex ikunu ssiġillati għaż-żmien u għall-eternità fit-tempju malli jkunu mħejjijin. Il-membri jridu jkunu dotati qabel ma jkunu jistgħu jiġu ssiġillati (ara 27.2).

Koppji li qed jiġu ssiġillati fit-tempju jridu jkunu jew (1) miżżewġin biċ-ċivil qabel ma jkunu ssiġillati jew (2) miżżewġin u ssiġillati fl-istess ċerimonja tat-tempju. Ara 27.3.2.

27.3.1.2

Membri li Għandhom Diżabbiltà intelletwali

Membri li għandhom diżabbilitajiet intelletwali jistgħu jiġu ssiġillati mal-konjuġi, mal-għarus, jew mal-għarusa tagħhom jekk:

  • Huma rċevew l-ordinanzi prerekwiżit, inkluż id-dota (ara 27.2.1.3).

  • Għandhom il-kapaċità intelletwali biex jifhmu, jagħmlu, u jżommu l-patti assoċjati.

L-isqof jiddiskuti mal-membru u mal-konjuġi, l-għarus, jew l-għarusa tal-persuna. Huwa jfittex ukoll id-direzzjoni tal-Ispirtu. Huwa jista’ jieħu l-parir tal-president tal-wited.

27.3.2

Nippjanaw u Niskedaw Żwieġ jew Siġillar fit-Tempju

27.3.2.1

Nirċievu Rakkomandazzjoni għal Ordinanzi għall-Ħajjin

Membru jrid jirċievi rakkomandazzjoni għal ordinanzi tal-ħajjin biex jiġi ssiġillat mal-konjuġi tiegħu (jew tagħha). Għal informazzjoni dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet, ara 26.3.

27.3.2.2

Nikkuntattjaw it-Tempju

Membri li qed jippjanaw li jiżżewġu jew jiġu ssiġillati mal-konjunġi għandhom jikkuntattjaw it-tempju minn qabel biex jiskadaw l-ordinanza.

27.3.2.3

Niksbu Liċenzja taż-Żwieġ

Qabel ma jiżżewġu, il-koppja jeħtiġilha tikseb liċenzja taż-żwieġ legali li hija valida fejn ħa jsir iż-żwieġ. Jekk il-koppja qed tippjana li kemm tiżżewweġ u anki tiġi ssiġillata matul l-istess ċerimonja, huma jridu jġibu magħhom fit-tempju liċenzja taż-żwieġ valida.

Il-koppji li se jkunu ssiġillati wara żwieġ ċivili m’għandhomx bżonn jġibu fit-tempju liċenzja taż-żwieġ. Minflok, huma jipprovdu d-data u l-post taż-żwieġ ċivili tagħhom bħala parti mill-proċess tal-verifika tar-reġistru.

27.3.2.4

Skorti għall-Għarus u l-Għarusa

Oħt dotata tista’ takkumpanja l-għarusa biex tassistiha fil-kamra tat-tħejjija. Membru dotat jista’ jagħmel l-istess għall-għarus. Skorta jeħtieġlu jkollu rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju. It-tempju jista’ jipprovdi skorta jekk meħtieġ.

27.3.2.5

Min Iwettaq Żwieġ jew Siġillar fit-Tempju

Żwieġ jew siġillar fit-tempju normalment jitwettaq minn wieħed jissiġilla li huwa assenjat fit-tempju fejn il-koppja se tiżżewweġ u tiġi ssiġillata. Jekk xi membru tal-familja jew xi ħadd jafuh iħaddan l-awtorità tas-siġill u huwa assenjat fit-tempju fejn il-koppja se tiżżewweġ u tiġi ssiġillata, huma jistgħu jistednuh biex iwettaq iż-żwieġ jew l-issiġillar.

27.3.2.6

Ilbies Xieraq għal Żwieġ jew Siġillar fit-Tempju

Ilbies l-Għarusa. Il-libsa li tilbes l-għarusa fit-tempju għandha tkun bajda, modesta fid-disinn u fid-drapp, u mingħajr tiżjin eseġerat. Għandha wkoll tgħatti l-garment tat-tempju. Drapp bl-antinjoli għandu jkun mgħotti.

Biex tkun konsistenti ma’ lbies ieħor li jintlibes fit-tempju, il-libsa tal-għarusa għandu jkollha kmiem twal jew kmiem ta’ tliet kwarti. Il-libsa m’għandux ikollha mant sakemm dan jista’ jinġabar jew jitneħħa għaċ-ċerimonja tas-siġill.

It-tempju jista’ jipprovdi libsa jekk ikun meħtieġ jew mixtieq.

L-ilbies tal-Għarus. L-għarus jilbes ilbies normali matul iċ-ċerimonja taż-żwieġ jew tal-issiġillar (ara 38.5.1 u 38.5.2).

L-Ilbies tal-Mistednin Dawk li jattendu ċerimonja taż-żwieġ jew tal-issiġillar għandhom jilbsu bl-istess mod kif jattendu laqgħa tas-sagrament. Membru li jiġu għall-issiġillar direttament minn sessjoni tad-dota jistgħu jilbsu lbes ċerimonjali tat-tempju.

Fjuri. Il-koppja u l-mistednin m’għandhomx jilbsu fjuri matul iċ-ċerimonja taż-żwieġ jew l-issiġillar.

27.3.2.7

L-Għoti taċ-Ċrieket wara Żwieġ jew Siġillar fit-Tempju

L-għoti taċ-ċrieket mhuwiex parti miċ-ċerimonja tal-issiġillar fit-tempju. Madanakollu, il-koppji jistgħu jagħtu ċrieket lil xulxin wara ċ-ċerimonja fil-kamra tas-siġill. Il-koppji m’għandhom jagħtu ċrieket fl-ebda ħin jew post ieħor fit-tempju jew fl-art tat-tempju.

Il-koppji li żżewġu u ġew issiġillati fl-istess ċerimonja jistgħu jagħtu ċ-ċrieket lil xulxin f’xi żmien wara biex jakkomodaw lill-membri tal-familja li ma jistgħux jattendu ż-żwieġ fit-tempju. L-għoti taċ-ċrieket m’għandu jirreplika l-ebda parti miċ-ċerimonja taż-żwieġ jew issiġillar fit-tempju. Il-koppja m’għandhomx jagħmlu wegħdiet lil xulxin wara li jkunu żżewġu jew ġew issiġillati fit-tempju.

Il-koppjli li jkunu żżewġu biċ-ċivil qabel ġew issiġillati fit-tempju jistgħu jagħtu ċ-ċrieket lil xulxin waqt ic-cerimonja ċivili tagħhom, waqt l-issiġillar fit-tempju, jew waqt iż-żewġ ċerimonji.

27.3.4

Min Jista’ Jattendi Żwieġ jew Siġill fit-Tempju

Il-koppji għandhom jistiednu biss lill-membri tal-famillja u ħbieb ta’ ġewwa għal ċerimonja ta’ żwieġ jew siġill fit-tempju. Membri kontabbli jridu jkunu dotati u għandhom rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju.

Il-president tal-wited jista’ jawtorizza persuna li mhijiex mgħammda jew dotata minħabba diżabbiltajiet intelletwali biex tosserva ż-żwieġ jew is-siġill fit-tempju ta’ ħutha ħajjin. Il-persuna trid tkun:

  • Tal-anqas ta’ 18-il sena.

  • Tkun kapaċi tibqa’ turi ċerta qima matul iċ-ċerimonja.

Il-president tal-wited jikteb ittra li tiddikjara li l-persuna hija awtorizzata li tosserva l-issiġillar. Din l-ittra hija ppreżentata fit-tempju.

27.4

Nissiġġillaw Ulied Ħajjin mal-Ġenituri

It-tfal li jitwieldu wara li ommhom ġiet issiġillata maż żewġha f’tempju huma mwelldin fil-patt ta’ dak is-siġill. Ma jeħtiġux li jirċievu l-ordinanza tal-issiġillar mal-ġenituri.

Tfal li ma jitwildux fil-patt jistgħu jsiru ġarti mill-familja eterna billi jiġu ssiġillati mal-ġenituri li wellduhom jew ma’ dawk li jaddatawhom. Dawn it-tfal huma intitolati għall-istess barkiet bħal dawk li twieldu fil-patt.

27.4.2

Nikkuntattjaw it-Tempju

Koppja li trid lil uliedhom jiġu ssiġillati magħhom, jew tfal li jixtiequ li jiġu ssiġillati mal-ġenituri mejtin tagħhom, għandhom jikkuntattjaw lit-tempju minn qabel sabiex jiskedaw l-ordinanza.