“28. Ordinanzi tat-Tempju għal Dawk li Ħallew id-Dinja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“28. Ordinanzi tat-Tempju għal Dawk li Ħallew id-Dinja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
28.
Ordinanzi tat-Tempju għal Dawk li Ħallew id-Dinja
28.0
Introduzzjoni
Ordinanzi mwettqin fit-tempju jippermettu lill-familji biex ikunu flimkien għall-eternità u jesperjenzaw il-milja ta’ hena fil-preżenza ta’ Alla.
Biex l-ulied tal-Missier fis-Smewwiet jirritornaw għandu, huma lkoll jridu jindmu, isiru denji li jirċievu l-ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni, u jonoraw il-patti assoċjati ma’ kull ordinanza.
Il-Missier fis-Smewwiet kien jaf li ħafna minn uliedu ma kenux se jirċievu dawn l-ordinanzi matul il-ħajja mortali tagħhom. Permezz għalhekk Hu pprovda mod ieħor kif jistgħu jirċievu nirċievu l-ordinanzi u nagħmlu l-patti miegħu. Fit-tempji, l-ordinanzi jistgħu jsiru bi prokura. Dan ifiisser li persuna ħajja tirċievi ordinanzi f’isem xi ħadd li jkun mejjet. Fid-dinja tal-ispirti, persuni mejtin jistgħu jagħżlu li jaċċettaw jew li jiċħdu ordinanzi li twettqu għalihom (ara Duttrina u Patti 138:19, 32–34, 58–59).
Il-membri tal-Knisja huma mħeġġin jidentifikaw qraba mejtin li ma rċevewx l-ordinanzi tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni. Il-membri mbagħad iwettqu l-ordinanzi f’isem dawk il-qraba.
Jekk il-membri ma ħejjewx l-ismijiet tal-familja għal ħidma tat-tempju (ara 28.1.1), l-ismijiet tal-persuni mejtin li jeħtieġu l-ordinanzi jkunu pprovduti fit-tempju.
28.1
Gwidi Ġenerali biex Inwettqu Ordinanzi bi Prokura
Dawk il-persuni mejtinli kellhom 8 snin jew iktar meta mietu jistgħu jitwettqulhom ordinanzi bi prokura f’isimhom. Apparti kif innotat fi 28.3, ordinanzi bi prokura jistgħu jitwettqu għall-persuni mejtin kollha malli jkunu għaddew 30 jum minn dakinhar li jkunu mietu jekk waħda minn dawn li ġejjin tapplika:
-
Qarib ta’ ġewwa tal-mejjet (konjuġi mhux divorzjat, tifel adult, ġenitur, xi ħadd mill-aħwa) jissottometti l-isem għall-ordinanzi fit-tempju.
-
Il-permess biex jitwettqu l-ordinanzi jasal minn qarib ta’ ġewwa tal-mejjet (onjuġi mhux divorzjat, tifel adult, ġenitur, xi ħadd mill-aħwa).
Jekk l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tapplika, ordinanzi tat-tempju bi prokura jistgħu jitwettqu 110 sena minn meta l-persuna mejta tkun twieldet.
28.1.1
Nippreparaw l-Ismijiet ta’ Persuni li Ħallew d-Dinja għal Ordinanzi tat-Tempju
Fejn hu possibbli, informazzjoni dwar membri tal-familja mejtin għandha tiddaħħal FamilySearch.org qabel ma jitwettqu ordinanzi tat-tempju (ara 25.4.2).
28.1.1.1
Nissottomettu Ismijiet ta’ Membri tal-Familja
Meta jissottomettu ismijiet għal ordinanzi tat-tempju bi prokura, il-membri għandhom ġeneralment jissottomettu biss l-ismijiet ta’ persuni li jiġu minnhom.
28.1.2
Min Jista’ Jipparteċipa f’Ordinanzi għal Dawk li Ħallew id-Dinja
Il-membri kollha li għandhom rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jistgħu jipparteċipaw f’magħmudijiet u konfermi tal-mejtin. Membri dotati b’rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jistgħu jipparteċipaw fl-ordinanzi kollha għal dawk li ħallew id-dinja. Ara 26.3.
28.1.4
Niskedaw
Il-membri jafu jkun jeħtiġilhom li jagħmlu appuntament qabel ma jwettqu ordinanzi għal dawk li ħallew id-dinja. Ara temples.ChurchofJesusChrist.org Għal informazzjoni dwar kuntatt u ħtiġijiet dwar skedar ta’ kull tempju.
28.2
Inwettqu Ordinanzi bi Prokura għal Dawk li Ħallew id-Dinja
Meta jwettaq ordinanzi bi prokura, membru jista’ jaġixxi bħala prokura jekk il-persuna mejta tkun twieldet bl-istess sess tal-membru.
28.2.1
Magħmudijiet u Konfermi tal-Mejtin
Kull membru li għandu rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jista’ jiġi mistieden biex iservi f’essajnments fil-battisterju. Xi wħud minn dawn l-essajnments jafu jkunu:
-
Jaġixxi bħala prokura għal magħmudijiet u konfermi
-
Jaġixxi bħala xhud għal magħmudijiet bi prokura.
-
Jassisti lil patruni.
Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek u saċerdoti tas-Saċerdozju ta’ Aron jistgħu jiġu mistednin biex iwettqu magħmudijiet għall-mejtin. Dawk li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek jistgħu wkoll jiġu mistednin biex imexxu ċerimonji tal-konferma tal-mejtin.
Huma irġiel dotati biss li jistgħu jiġu mistednin li:
-
Jservu bħala reġistratur tal-fonti.
-
Jservu ta’ reġistratur tal-konferma.
28.2.2
Dota (Inkluż Inizjatorja)
Meta jkunu qed jitwettqu doti bi prokura għall-mejtin, il-parti inizjatorja tad-dota titwettaq u tiġi rreġistrata separatament (ara 27.2). Kull membru dotat b’rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jista’ jaġixxi bħala prokura biex jirċievi dawn l-ordinanzi.
28.2.3
Nissiġġillaw ma’ Konjuġi u Nissiġġillaw l-Ulied mal-Ġenituri
Fit-tempju, persuni mejtin jistgħu jiġu ssiġillati ma’ min huma kienu miżżewġin fil-ħajja. Persuni mejtin jistgħu wkoll ikollhom l-uliedhom ħajjin jew mejtin ssiġillati magħhom. Membru dotat b’rakkomandazzjoni kurrenti tat-tempju jista’ jaġixxi bħala prokura għall-ordinanzi tas-siġill.
28.3
Ċirkustanzi Speċjali
Din is-sezzjoni tispjega ċirkustanzi li fihom xi wħud mil-linji gwida fi 28.1 jistgħu ma japplikawx.
28.3.1
Tfal li Mietu qabel it-Twelid (Imwielda Mejta u Tfal Mitlufa f’Korrimenti)
L-ordinanzi tat-tempju mhumiex meħtiġin jew imwettqin għal tfal li jmutu qabel it-twelid. Għal aktar informazzjoni, ara 38.7.3.
28.3.2
Tfal Li Mietu qabel l-Età ta’ Tmien Snin
Tfal żgħar huma mifdijin permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u “salvati fis-saltna ċelestjali tas-smewwiet” (Duttrina u Patti 137:10). Għal din ir-raġuni, il-magħmudija jew id-dota mhix imwettqa għal tfal li mietu qabel l-età ta’ 8 snin. Madanakollu, l-issiġillar mal-ġenituri jista’ jitwettaq għal tfal li ma twildux fil-patt jew li ma rċevewx dik l-ordinanza fil-ħajja (ara 18.1).