“29. Laqgħat fil-Knisja,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali (2023).
“29. Laqgħat fil-Knisja,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali
29.
Laqgħat fil-Knisja
29.0
Introduzzjoni
Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jiltaqgħu flimkien biex iqimu, jedifikaw lil xulxin, u biex jgħallmu u jitgħallmu l-evanġelju (ara Alma 6:6; Moroni 6:5–6). Is-Salvatur wiegħed, “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom” (Mattew 18:20). Li niltaqgħu flimkien huwa mod wieħed kif qlubna “meħjuta flimkien f’għaqda u fi mħabba lejn xulxin” (Mosija 18:21).
Madanakollu, li nagħmlu laqgħa flimkien m’għandu qatt jieħu post li nservu u nimministraw kif għamel Ġesù.
29.1
Nippjanaw u Mmexxu Laqgħat
Il-mexxejja jippjanaw u jmexxu laqgħat “hekk kif huma mmexxija mill-Ispirtu s-Santu, skont il-kmandamenti u r-rivelazzjonijiet ta’ Alla” (Duttrina u Patti 20:45; ara wkoll Moroni 6:9; Duttrina u Patti 46:2). Huma jfittxu modi kif jistiednu l-influwenza tal-Ispirtu fil-laqgħat tagħhom.
Il-mexxejja jiżguraw li l-għadd u t-tul tal-laqgħat ma joħolqux piż fuq il-membri u l-familji tagħhom.
29.2
Laqgħat tal-Qasam
29.2.1
Laqgħa tas-Sagrament
29.2.1.1
Nippjanaw Laqgħa tas-Sagrament
Il-veskovat jippjana u jmexxi laqgħa tas-sagrament. Huma jiżguraw li l-fokus tal-laqgħa jkun fuq is-sagrament u l-bini tal-fidi f’Ġesù Kristu.
Il-laqgħa tas-sagrament iddum siegħa. Tista’ tinkludi dan li ġej:
-
Mużika tal-ftuħ (ara 19.3.2 għal linji gwida).
-
Diskors ta’ merħba.
-
Rikonoxximent tal-awtoritajiet li jippresedu u mexxejja oħrajn li qed iżuruna.
-
Annunzji. Dawn għandhom fil-qosor kemm jista’ jkun.
-
Ħidma tal-qasam u tal-wited, bħal dan li ġej:
-
Insemmu u nbierku lit-tfal (ara 18.6). Dan normalment isir waqt laqgħa ta’ sawm u testimonjanza (ara 29.2.2).
-
Nikkonfermaw konvertiti ġodda (ara 18.8).
-
Innu tas-sagrament u l-amministrazzjoni tas-sagrament. Is-sagrament huwa l-fokus ewlieni tal-laqgħa. Din l-ordinanza hija opportunità għall-memmbri biex jidderieġu ħsibijiethom lejn is-Salvatur u s-sagrifiċċju Tiegħu għalihom.
Għal iktar dwar tħejjija, barka, u tqassim tas-sagrament, ara 18.9.
-
Messaġġi tal-evanġelju u kant tal-kongregazzjoni u mużika oħra.
-
Innu u talb tal-għeluq.
-
Mużika tal-għeluq.
29.2.1.4
Nagħżlu l-Kelliema
Il-veskovat jagħżel il-kelliema għal-laqgħa tas-sagrament. Ħafna drabi jistiednu lill-membri tal-qasam, inkluż iż-żgħażagħ.
Il-kelliema jagħtu t-testimonjanza ta’ Ġesù Kristu u jgħallmu l-evanġelju tiegħu bl-użu tal-iskrittura (ara Duttrina u Patti 42:12; 52:9).
29.2.2
Laqgħa ta’ Sawm u Testimonjanza
F’laqgħa ta’ sawm u testimonjanza, ma jkunx hemm kelliema assenjati jew selezzjonijiet ta’ mużika speċjali. Minflok, il-persuna li tkun qed tmexxi tagħti testimonjanza qasira. Imbagħad tistieden lill-membri tal-kongregazzjoni biex jagħtu t-testimonjanza tagħhom. Li tagħti testimonjanza tfisser li tiddikjara l-veritajiet tal-evanġelju hekk kif ispirat mill-Ispirtu s-Santu.
29.2.3
Konferenza tal-Qasam
29.2.4
Laqgħa tal-Veskovat
Suġġetti li jiġu kkunsidrati jistgħu jinkludu:
-
Nikkoordinaw il-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni fil-qasam.
-
Inqawwu individwi u familji fil-qasam—speċjalment żgħażagħ u tfal.
-
Nidentifikaw membri li jistgħu jitħejjew biex jirċievu l-ordinanzi, inkluż ordinazzjonijiet tas-saċerdozju.
-
Nidentifikaw membri għas-sejħa ta’ pożizzjonijiet fil-qasam.
29.2.5
Laqgħa tal-Kunsill tal-Qasam
L-isqof jippjana, jippresedi, u jmexxi laqgħat tal-kunsill tal-qasam. Il-kunsill ma jiħux deċiżjonijiet maġġuri mingħajr l-isqof.
Mexxejja tal-organizzazzjoni tal-qasam jattendu laqgħat tal-kunsill tal-qasam f’żewġ ċirkustanzi:
-
Bħala membri tal-kunsill tal-qasam li jgħinu jbierku lill-membri kollha tal-qasam.
-
Bħala rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tagħhom.
Meta jiltaqgħu flimkien, membri tal-kunsill tal-qasam jiddiskutu suġġetti li jibbenifikaw mill-isforzi uniti tal-kunsill kollu. Kull membru tal-kunsill huwa mħeġġeġ biex jaqsam ma’ ħaddieħor il-ħsibijiet u l-ispirazzjonijiet tiegħu fuq dawn is-suġġetti.
Laqgħat tal-kunsill tal-qasam ġeneralment ma jdumux aktar minn siegħa. Jibdew b’talba u rapporti qosra dwar essajnments mil-laqgħat ta’ qabel. L-isqof jagħti prijorità lil suġġetti li huma l-aktar bżonnjużi għall-individwi u familji biex ikunu mbierka.
-
Ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Ngħinu lill-membri kollha jibnu fidi, jirċievu ordinanzi tas-salvazzjoni, u jżommu l-patti tagħhom.
-
Nieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn. Naqsmu r-riżorsi u l-ħiliet ma’ ħaddieħor biex inbierku lill-individwi, lill-familji, u lill-komunità. Ngħinu lill-membri tal-qasam isiru awto-dipendenti. (Ara kapitlu 22.)
-
Nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju. Nirrevedu l-progress ta’ dawk li qed jitgħallmu dwar l-evanġelju, kif ukoll ta’ membri ġodda u membri li ġew lura. Niddiskutu modi ta’ kif membri jistgħu jaqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor. (Ara kapitlu 23.)
-
Ngħaqqdu lill-familji għall-eternità. Nirrevedu l-proċess tal-membri li qed jitħejjew biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju. Nippjanaw modi biex ngħinu aktar membri jikkwalifikaw għar-rakkomandazzjoni tat-tempju. Niddiskutu modi kif il-membri jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja. (Ara kapitlu 25.)
Membri tal-kunsill iridu jżommu b’mod kunfidenzjali kull informazzjoni privata u sensittiva (ara 4.4.6).
29.2.6
Laqgħa tal-Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam
Qabel kull laqgħa, l-isqof u l-persuna li jmexxi jirrevedu l-affarijiet li se jiġu diskussi.
-
Ix-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni.
-
Il-ħtiiġijiet taż-żgħażagħ fil-qasam u modi kif nindirizzawhom.
-
L-isforzi biex nilħqu liż-żgħażagħ li huma inqas attivi jew membri ġodda.
-
Attivitajiet Ħafna mill-ippjanar jiġi magħmul fil-laqgħat tal-presidenzi tal-kworum jew tal-klassi (ara kapitlu 20).
-
Nimministraw (ara kapitlu 21).
-
Norjentaw presidenzi tal-kworum u tal-klassi li għadhom kemm issejħu.
29.2.8
Skedi tal-Laqgħat tal-Ħadd
L-oqsma jużaw waħda mill-iskedi ta’ sagħtejn li ġejjin tal-laqgħat tal-Ħadd.
Pjan 1
60 minuta |
Laqgħa tas-sagrament |
---|---|
10 minuti |
Transizzjoni għall-klassijiet u l-laqgħat |
50 minuta |
Il-Ħdud kollha: Primarja, inkluż il-klassi tat-tfal iż-żgħar L-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar: Skola tal-Ħadd It-tieni u r-raba’ Ħadd: laqgħat tal-kworum tas-saċerdozju, laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev, u laqgħat tat-Tfajliet. Il-ħames Ħadd: laqgħat għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Il-veskovat jiddetermina s-suġġett u jassenja lill-għalliema. |
Pjan 2
50 minuta |
Il-Ħdud kollha: Primarja, inkluż il-klassi tat-tfal iż-żgħar L-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar: Skola tal-Ħadd It-tieni u r-raba’ Ħadd: laqgħat tal-kworum tas-saċerdozju, laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev, u laqgħat tat-Tfajliet. Il-ħames Ħadd: laqgħat għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Il-veskovat jiddetermina s-suġġett u jassenja lill-għalliema. |
---|---|
10 minuti |
Transizzjoni għal-laqgħa tas-sagrament |
60 minuta |
Laqgħa tas-sagrament |
29.3
Laqgħat tal-Wited
29.3.1
Konferenza tal-Wited
29.3.2
Laqgħa Ġenerali tas-Saċerdozju tal-Wited
29.3.3
Laqgħa tal-Tmexxija tas-Saċerdozju tal-Wited
29.3.4
Laqgħat tat-Tmexxija tal-Wited
29.3.5
Laqgħa tal-Kworum tal-Qassisin il-Kbar tal-Wited
29.3.6
Laqgħa tal-Presidenza tal-Wited
29.3.7
Laqgħa tal-Kunsill Għoli
29.3.8
Laqgħa tal-Kunsill tall-Wited
29.3.9
Laqgħa ta’ Kumitat tal-Mexxejja tal-Adulti tal-Wited
29.3.10
Laqgħa ta’ Kumitat tal-Mexxejja taż-Żgħażagħ tal-Wited
29.3.11
Laaqgħa tal-Kunsill tal-Isqfijiet tal-Wited
29.5
Funerali u Servizzi Oħra għal Dawk li Ħallew id-Dinja
29.5.1
Prinċipji Ġenerali
Għan importanti tas-servizzi tal-Knisja għal dawk li ħallew id-dinja huwa li nixhdu l-pjan tas-salvazzjoni, partikolarment l-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-imwiet tas-Salvatur. Dawn is-servizzi għandhom ikunu esperjenzi dinjitużi u spiritwali.
Mexxejja tal-Knisja m’għandhomx jinkludu ritwali ta’ reliġjonijiet oħra jew gruppi f’servizzi tal-Knisja għal dawk li ħallew din il-ħajja.
29.5.2
Noffru Assistenza lill-Familja
Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, il-mexxejja tal-Knisja u l-membri “tibku ma’ dawk li jibku … u tfarrġu lil dawk li jeħtieġu l‑faraġ” (Mosija 18:9). Meta membru jmut, l-isqof iżur lill-familja biex ifarraġha.
L-isqof joffri assistenza mill-membri tal-qasam, inkluż il-kworum tal-presbiteri u s-Soċjetà tas-Solliev.
29.5.4
Servizzi tal-Funerali (Fejn Tradizzjonali)
Funeral li jsir mill-isqof, jekk hux fil-bini tal-Knisja jew x’imkien ieħor, huwa laqgħa tal-Knisja u servizz reliġjuż. Għandha tkun okkażjoni spiritwali.
Il-funerali għandhom jibdew fil-ħin. Ġeneralment, m’għandhomx idumu aktar minn siegħa u nofs, bħala korteżija għal dawk li jattendu.
Servizzi tal-funerali normalment ma jkunux organizzati nhar ta’ Ħadd.
29.6
Talb fil-Laqgħat tal-Knisja
Talb fil-laqgħat tal-Knisja għandhom ikunu qosra, sempliċi, u ggwidati mill-Ispirtu. Kull membru tal-Knisja mgħammed jista’ joffri talba tal-ftuħ jew tal-għeluq. Tfal li mhumiex mgħammda jistgħu jitolbu fil-Primarja.
29.7
Nistrimjaw Laqgħat u Nagħmlu Laqgħat Virtwali
L-isqof jista’, bħala eċċezzjoni, jawtorizza strim dirett tal-laqgħat tas-sagrament u ta’ funerali u żwiġijiet li jsiru fid-dar tal-laqgħat.
Strim dirett tal-laqgħa tas-sagrament m’għandux jinkludu l-amministrazzjoni tas-sagrament.
Għal xi laqgħat, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jawtorizza membri li ma jistgħux jattendu fil-persuna biex jipparteċipaw virtwalment. Dawn il-laqgħat jistgħu jinkludu:
-
Laqgħat tat-tmexxija, bħal laqgħat tal-presidenza jew tal-kunsill.
-
Laqgħat tal-Kworum, tas-Soċjetà tas-Solliev, u tat-Tfajliet.
-
Klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd.
-
Klassijiet tal-Primarja u ħin il-kant.