Manwali u Sejħiet
29. Laqgħat fil-Knisja


“29. Laqgħat fil-Knisja,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali (2023).

“29. Laqgħat fil-Knisja,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali

omm u bintha f’l-laqgħa tas-sagrament

29.

Laqgħat fil-Knisja

29.0

Introduzzjoni

Il-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jiltaqgħu flimkien biex iqimu, jedifikaw lil xulxin, u biex jgħallmu u jitgħallmu l-evanġelju (ara Alma 6:6; Moroni 6:5–6). Is-Salvatur wiegħed, “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom” (Mattew 18:20). Li niltaqgħu flimkien huwa mod wieħed kif qlubna “meħjuta flimkien f’għaqda u fi mħabba lejn xulxin” (Mosija 18:21).

Madanakollu, li nagħmlu laqgħa flimkien m’għandu qatt jieħu post li nservu u nimministraw kif għamel Ġesù.

29.1

Nippjanaw u Mmexxu Laqgħat

Il-mexxejja jippjanaw u jmexxu laqgħat “hekk kif huma mmexxija mill-Ispirtu s-Santu, skont il-kmandamenti u r-rivelazzjonijiet ta’ Alla” (Duttrina u Patti 20:45; ara wkoll Moroni 6:9; Duttrina u Patti 46:2). Huma jfittxu modi kif jistiednu l-influwenza tal-Ispirtu fil-laqgħat tagħhom.

Il-mexxejja jiżguraw li l-għadd u t-tul tal-laqgħat ma joħolqux piż fuq il-membri u l-familji tagħhom.

29.2

Laqgħat tal-Qasam

29.2.1

Laqgħa tas-Sagrament

29.2.1.1

Nippjanaw Laqgħa tas-Sagrament

Il-veskovat jippjana u jmexxi laqgħa tas-sagrament. Huma jiżguraw li l-fokus tal-laqgħa jkun fuq is-sagrament u l-bini tal-fidi f’Ġesù Kristu.

Il-laqgħa tas-sagrament iddum siegħa. Tista’ tinkludi dan li ġej:

  1. Mużika tal-ftuħ (ara 19.3.2 għal linji gwida).

  2. Diskors ta’ merħba.

  3. Rikonoxximent tal-awtoritajiet li jippresedu u mexxejja oħrajn li qed iżuruna.

  4. Annunzji. Dawn għandhom fil-qosor kemm jista’ jkun.

  5. Innu u talba tal-ftuħ. Ara 19.3.2 u 29.6.

  6. Ħidma tal-qasam u tal-wited, bħal dan li ġej:

    • Insostnu u neżoneraw uffiċjali u għalliema (ara 30.3 u 30.6).

    • Nippreżentaw ismijiet ta’ aħwa li ħa jiġu ordnati f’uffiċċju tas-Saċerdozju ta’ Aron (ara 18.10.3).

    • Nirrikonoxxu membri ġodda tal-qasam, inkluż konvertiti riċenti.

  7. Insemmu u nbierku lit-tfal (ara 18.6). Dan normalment isir waqt laqgħa ta’ sawm u testimonjanza (ara 29.2.2).

  8. Nikkonfermaw konvertiti ġodda (ara 18.8).

  9. Innu tas-sagrament u l-amministrazzjoni tas-sagrament. Is-sagrament huwa l-fokus ewlieni tal-laqgħa. Din l-ordinanza hija opportunità għall-memmbri biex jidderieġu ħsibijiethom lejn is-Salvatur u s-sagrifiċċju Tiegħu għalihom.

    Għal iktar dwar tħejjija, barka, u tqassim tas-sagrament, ara 18.9.

  10. Messaġġi tal-evanġelju u kant tal-kongregazzjoni u mużika oħra.

  11. Innu u talb tal-għeluq.

  12. Mużika tal-għeluq.

29.2.1.4

Nagħżlu l-Kelliema

Il-veskovat jagħżel il-kelliema għal-laqgħa tas-sagrament. Ħafna drabi jistiednu lill-membri tal-qasam, inkluż iż-żgħażagħ.

Il-kelliema jagħtu t-testimonjanza ta’ Ġesù Kristu u jgħallmu l-evanġelju tiegħu bl-użu tal-iskrittura (ara Duttrina u Patti 42:12; 52:9).

29.2.2

Laqgħa ta’ Sawm u Testimonjanza

F’laqgħa ta’ sawm u testimonjanza, ma jkunx hemm kelliema assenjati jew selezzjonijiet ta’ mużika speċjali. Minflok, il-persuna li tkun qed tmexxi tagħti testimonjanza qasira. Imbagħad tistieden lill-membri tal-kongregazzjoni biex jagħtu t-testimonjanza tagħhom. Li tagħti testimonjanza tfisser li tiddikjara l-veritajiet tal-evanġelju hekk kif ispirat mill-Ispirtu s-Santu.

29.2.3

Konferenza tal-Qasam

29.2.4

Laqgħa tal-Veskovat

Suġġetti li jiġu kkunsidrati jistgħu jinkludu:

  • Nikkoordinaw il-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni fil-qasam.

  • Inqawwu individwi u familji fil-qasam—speċjalment żgħażagħ u tfal.

  • Nidentifikaw membri li jistgħu jitħejjew biex jirċievu l-ordinanzi, inkluż ordinazzjonijiet tas-saċerdozju.

  • Nidentifikaw membri għas-sejħa ta’ pożizzjonijiet fil-qasam.

29.2.5

Laqgħa tal-Kunsill tal-Qasam

L-isqof jippjana, jippresedi, u jmexxi laqgħat tal-kunsill tal-qasam. Il-kunsill ma jiħux deċiżjonijiet maġġuri mingħajr l-isqof.

Mexxejja tal-organizzazzjoni tal-qasam jattendu laqgħat tal-kunsill tal-qasam f’żewġ ċirkustanzi:

  1. Bħala membri tal-kunsill tal-qasam li jgħinu jbierku lill-membri kollha tal-qasam.

  2. Bħala rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tagħhom.

Meta jiltaqgħu flimkien, membri tal-kunsill tal-qasam jiddiskutu suġġetti li jibbenifikaw mill-isforzi uniti tal-kunsill kollu. Kull membru tal-kunsill huwa mħeġġeġ biex jaqsam ma’ ħaddieħor il-ħsibijiet u l-ispirazzjonijiet tiegħu fuq dawn is-suġġetti.

Laqgħat tal-kunsill tal-qasam ġeneralment ma jdumux aktar minn siegħa. Jibdew b’talba u rapporti qosra dwar essajnments mil-laqgħat ta’ qabel. L-isqof jagħti prijorità lil suġġetti li huma l-aktar bżonnjużi għall-individwi u familji biex ikunu mbierka.

  • Ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Ngħinu lill-membri kollha jibnu fidi, jirċievu ordinanzi tas-salvazzjoni, u jżommu l-patti tagħhom.

  • Nieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn. Naqsmu r-riżorsi u l-ħiliet ma’ ħaddieħor biex inbierku lill-individwi, lill-familji, u lill-komunità. Ngħinu lill-membri tal-qasam isiru awto-dipendenti. (Ara kapitlu 22.)

  • Nistiednu lil kulħadd biex jirċievi l-evanġelju. Nirrevedu l-progress ta’ dawk li qed jitgħallmu dwar l-evanġelju, kif ukoll ta’ membri ġodda u membri li ġew lura. Niddiskutu modi ta’ kif membri jistgħu jaqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor. (Ara kapitlu 23.)

  • Ngħaqqdu lill-familji għall-eternità. Nirrevedu l-proċess tal-membri li qed jitħejjew biex jirċievu l-ordinanzi tat-tempju. Nippjanaw modi biex ngħinu aktar membri jikkwalifikaw għar-rakkomandazzjoni tat-tempju. Niddiskutu modi kif il-membri jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja. (Ara kapitlu 25.)

Membri tal-kunsill iridu jżommu b’mod kunfidenzjali kull informazzjoni privata u sensittiva (ara 4.4.6).

4:37

29.2.6

Laqgħa tal-Kunsill taż-Żgħażagħ tal-Qasam

Qabel kull laqgħa, l-isqof u l-persuna li jmexxi jirrevedu l-affarijiet li se jiġu diskussi.

  • Ix-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni.

  • Il-ħtiiġijiet taż-żgħażagħ fil-qasam u modi kif nindirizzawhom.

  • L-isforzi biex nilħqu liż-żgħażagħ li huma inqas attivi jew membri ġodda.

  • Attivitajiet Ħafna mill-ippjanar jiġi magħmul fil-laqgħat tal-presidenzi tal-kworum jew tal-klassi (ara kapitlu 20).

  • Nimministraw (ara kapitlu 21).

  • Norjentaw presidenzi tal-kworum u tal-klassi li għadhom kemm issejħu.

29.2.8

Skedi tal-Laqgħat tal-Ħadd

L-oqsma jużaw waħda mill-iskedi ta’ sagħtejn li ġejjin tal-laqgħat tal-Ħadd.

Pjan 1

60 minuta

Laqgħa tas-sagrament

10 minuti

Transizzjoni għall-klassijiet u l-laqgħat

50 minuta

Il-Ħdud kollha: Primarja, inkluż il-klassi tat-tfal iż-żgħar

L-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar: Skola tal-Ħadd

It-tieni u r-raba’ Ħadd: laqgħat tal-kworum tas-saċerdozju, laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev, u laqgħat tat-Tfajliet.

Il-ħames Ħadd: laqgħat għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Il-veskovat jiddetermina s-suġġett u jassenja lill-għalliema.

Pjan 2

50 minuta

Il-Ħdud kollha: Primarja, inkluż il-klassi tat-tfal iż-żgħar

L-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar: Skola tal-Ħadd

It-tieni u r-raba’ Ħadd: laqgħat tal-kworum tas-saċerdozju, laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev, u laqgħat tat-Tfajliet.

Il-ħames Ħadd: laqgħat għaż-żgħażagħ u għall-adulti. Il-veskovat jiddetermina s-suġġett u jassenja lill-għalliema.

10 minuti

Transizzjoni għal-laqgħa tas-sagrament

60 minuta

Laqgħa tas-sagrament

29.3

Laqgħat tal-Wited

29.3.1

Konferenza tal-Wited

29.3.2

Laqgħa Ġenerali tas-Saċerdozju tal-Wited

29.3.3

Laqgħa tal-Tmexxija tas-Saċerdozju tal-Wited

29.3.4

Laqgħat tat-Tmexxija tal-Wited

29.3.5

Laqgħa tal-Kworum tal-Qassisin il-Kbar tal-Wited

29.3.6

Laqgħa tal-Presidenza tal-Wited

29.3.7

Laqgħa tal-Kunsill Għoli

29.3.8

Laqgħa tal-Kunsill tall-Wited

29.3.9

Laqgħa ta’ Kumitat tal-Mexxejja tal-Adulti tal-Wited

29.3.10

Laqgħa ta’ Kumitat tal-Mexxejja taż-Żgħażagħ tal-Wited

29.3.11

Laaqgħa tal-Kunsill tal-Isqfijiet tal-Wited

29.5

Funerali u Servizzi Oħra għal Dawk li Ħallew id-Dinja

29.5.1

Prinċipji Ġenerali

Għan importanti tas-servizzi tal-Knisja għal dawk li ħallew id-dinja huwa li nixhdu l-pjan tas-salvazzjoni, partikolarment l-Espjazzjoni u l-Qawmien mill-imwiet tas-Salvatur. Dawn is-servizzi għandhom ikunu esperjenzi dinjitużi u spiritwali.

Mexxejja tal-Knisja m’għandhomx jinkludu ritwali ta’ reliġjonijiet oħra jew gruppi f’servizzi tal-Knisja għal dawk li ħallew din il-ħajja.

29.5.2

Noffru Assistenza lill-Familja

Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, il-mexxejja tal-Knisja u l-membri “tibku ma’ dawk li jibku … u tfarrġu lil dawk li jeħtieġu l‑faraġ” (Mosija 18:9). Meta membru jmut, l-isqof iżur lill-familja biex ifarraġha.

L-isqof joffri assistenza mill-membri tal-qasam, inkluż il-kworum tal-presbiteri u s-Soċjetà tas-Solliev.

29.5.4

Servizzi tal-Funerali (Fejn Tradizzjonali)

Funeral li jsir mill-isqof, jekk hux fil-bini tal-Knisja jew x’imkien ieħor, huwa laqgħa tal-Knisja u servizz reliġjuż. Għandha tkun okkażjoni spiritwali.

Il-funerali għandhom jibdew fil-ħin. Ġeneralment, m’għandhomx idumu aktar minn siegħa u nofs, bħala korteżija għal dawk li jattendu.

Servizzi tal-funerali normalment ma jkunux organizzati nhar ta’ Ħadd.

29.6

Talb fil-Laqgħat tal-Knisja

Talb fil-laqgħat tal-Knisja għandhom ikunu qosra, sempliċi, u ggwidati mill-Ispirtu. Kull membru tal-Knisja mgħammed jista’ joffri talba tal-ftuħ jew tal-għeluq. Tfal li mhumiex mgħammda jistgħu jitolbu fil-Primarja.

29.7

Nistrimjaw Laqgħat u Nagħmlu Laqgħat Virtwali

L-isqof jista’, bħala eċċezzjoni, jawtorizza strim dirett tal-laqgħat tas-sagrament u ta’ funerali u żwiġijiet li jsiru fid-dar tal-laqgħat.

Strim dirett tal-laqgħa tas-sagrament m’għandux jinkludu l-amministrazzjoni tas-sagrament.

Għal xi laqgħat, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jawtorizza membri li ma jistgħux jattendu fil-persuna biex jipparteċipaw virtwalment. Dawn il-laqgħat jistgħu jinkludu:

  • Laqgħat tat-tmexxija, bħal laqgħat tal-presidenza jew tal-kunsill.

  • Laqgħat tal-Kworum, tas-Soċjetà tas-Solliev, u tat-Tfajliet.

  • Klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd.

  • Klassijiet tal-Primarja u ħin il-kant.