“30. Sejħiet fil-Knisja,” Selezzjoni mill-Manwal Ġenerali (2023).
“30. Sejħiet fil-Knisja,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
30.
Sejħiet fil-Knisja
30.0
Introduzzjoni
is-sejħiet joffru opportunità lill-membri biex iħossu l-ferħ li jaqdu lil Alla billi jservu lill-uliedu (ara Mosija 2:17). Is-sejħiet jgħinu wkoll lill-membri jżidu l-fidi tagħhom u jersqu eqreb lejn il-Mulej.
Mhux xieraq li taspira għal sejħiet speċifiċi fil-Knisja (ara Mark 10:42–45; Duttrina u Patti 121:34–37). Lanqas li membri tal-Knisja “javvanzaw” minn sejħa għall-oħra. Li nservu s-sejħa b’fedeltà hija aktar importanti mis-sejħa nnifisha. Il-Mulej jonora d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha li jservu fil-Knisja tiegħu.
30.1
Niddeterminaw Lil min Insejħu
30.1.1
Linji gwida Ġenerali
Dawk li jservu fil-Knisja huma msejħa ta’ Alla (ara Lhud 5:4; Artikli tal-Fidi 1:5). Il-mexxejja jfittxu l-gwida tal-Ispirtu billi jiddeterminaw lil min se jsejħu (ara wkoll 4.2.6). Huma jikkunsidraw ukoll:
-
Id-denjità tal-membri (hekk kif iddeterminat f’intervista).
-
Id-doni u l-abbiltajiet li jkollhom il-membri, jew li jistgħu jiżviluppaw, biex ibierku lill-oħrajn.
-
Iċ-ċirkustanzi personali tal-membru, inkluż is-saħħa u x-xogħol tagħhom.
-
L-impatt li s-sejħa jaf ikollha fuq iż-żwieġ jew il-familja tal-membru.
Il-membri huma mberkin għas-sagrifiċċji li jagħmlu biex iservu lill-Knisja. Madanakollu, sejħa m’għandhiex toħloq piż bla bżonn fuq individwi u familji. Is-sejħiet lanqas m’għandhom joħolqu diffikultajiet għall-membri biex iwettqu r-responsabbiltajiet tal-impjieg tagħhom.
Ġeneralment, kull membru huma msejjaħ biex iservi f’sejħa waħda waħda, apparti li jkun membru li jimministra.
Meta nestendu sejħa ta’ membru miżżewweġ, il-mexxejja jaċċertaw li l-konjuġi huwa konxju u jissapportja s-sejħa. Qabel ma nestendu sejħa lil ġuvni jew tfajla, il-mexxejja jiksbu l-approvazzjoni mingħand il-ġenituri jew gwardjani.
Qabel ma sejħa tiġi estiża, l-isqof jirrevedi bir-reqqa r-reġistru tas-sħubija tal-persuna biex jivverifika li mhux tinkludi annotazzjoni jew restrizzjonijiet formali dwar is-sħubija.
30.1.2
Sejħiet għal Membri Ġodda
Opportunitajiet biex inservu jgħinu lill-membri jikbru spiritwalment.
Il-mexxejja tal-qasam jagħtu opportunitajiet lill-membri ġodda biex iservu immedjatament wara li huma jiġu mgħammdin u kkonfermati.
30.1.3
Sejħiet għal Dawk li Mhumiex Membri
Nies li mhumiex membri tal-Knisja jistgħu jkunu msejħa għal xi pożizzjonijiet, bħal organista, diretter tal-mużika, jew sejħa biex jgħinu fl-ippjanar ta’ attivitajiet. Madanakollu, m’għandhomx jiġu msejħa bħala għalliema, bħala membri tal-presidenza tal-kworum jew organizzazzjoni, jew bħala mexxejja tal-mużika fil-Primarja.
30.1.4
Kunfidenzjalità
Sejħiet u rilaxximenti huma sagri. Minħabba dan, il-mexxejja jżommu informazzjoni dwar sejħiet u rilaxximenti proponuti kunfidenzjali.
30.1.5
Rakkomandazzjonijiet u Approvazzjonijiet għal Sejħiet
It-tabella tas-Sejħiet tindika min jista’ jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet għal kull sejħa u min jagħti approvazzjoni (ara 30.8).
L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited jikkunsidraw bir-reqqa kull rakkomandazzjoni, għax jirrikonoxxu li tkun ġiet magħmulha permezz tat-talb. Il-veskovat u l-presidenza tal-wited għandha r-responsabbiltà finali biex tirċievi ispirazzjoni dwar lil min se ssejjaħ.
30.2
Nestendu Sejħa
Li jirċievi sejħa biex iservi għandha tkun esperjenza spiritwali sinifikattiva għal membru.
Meta mexxej jestendi sejħa, huwa jispjega li din ġiet mingħand il-Mulej.
Il-mexxej jista’ wkoll:
-
Jispjega l-għan, l-importanza, u r-responsabbiltajiet tas-sejħa.
-
Iħeġġeġ lill-membru jfittex l-Ispirtu tal-Mulej biex iwettaq is-sejħa.
-
Jixhed li l-Mulej se jgħin lill-membru u se jnbierku jew iberikha talli jservi b’fedeltà.
-
Jgħid lill-membru min se jipprovdilu taħriġ u sapport għas-sejħa.
-
Jinforma lill-membru dwar kwalunkwe laqgħat hu jew hi għandhom jattendu u riżorsi li huma disponibbli.
30.3
Iddistingwi Membri biex Iservu f’Sejħiet
Dawk li jissejħu għall-maġġorparti ta’ sejħiet tal-Knisja għandhom ikunu ppreżentati għas-sosteniment qabel ma jibdew iservu (ara Duttrina u Patti 28:13; 42:11).
Il-persuna li tmexxi s-sosteniment l-ewwel iħabbar min kien eżonerat mill-pożizzjoni (jekk applikabbli). Huwa jstieden lill-membri biex joffru espressjoni ta’ gratitudni għas-servizz tal-persuna (30.6).
Meta qed jippreżenta persuna għas-sosteniment, mexxej awtorizzat tas-saċerdozju jistedinha biex tqum bilwieqfa. Il-mexxej jista’ juża kliem bħal dan li ġejjin:
“[Isem] ġiet imsejħa bħala [pożizzjoni]. Dawk favur li jsostnuha jistgħu juru dan billi jerfgħu idhom. [Pawsa qasira.] Dawk li jopponu, jekk hemm min, jistgħu juru dan. [Pawsa qasira.]”
Jekk membru ta’ status tajjeb jopponi s-sejħa, il-mexxej li qed jippresedi jew xi mexxej tas-saċerdozju ieħor li jkun ġie assenjat jiltaqa’ miegħu jew magħha b’mod privat wara l-laqgħa.
30.4
Niddistingwi Membri biex Iservu f’Sejħiet
Għal iktar informazzjoni, ara 18.11.
30.6
Neżoneraw Membri minn Sejħiet
Meta xi president jew isqof jiġi eżonerat, il-konsulenti tiegħu jew tagħha huma eżonerati awtomatikament.
Hija opportunità importanti għall-mexxej meta jeżonera biex jesprimi gratitudni u biex jirrikonoxxi id Alla fis-servizz tal-membru. Il-mexxej jiltaqa’ mal-membru personalment biex jinfurmah jew jinfurmaha bl-eżonerazzjoni qabel ma titħabbar pubblikament. Huma biss dawk li huma meħtiġin li jkunu jafu li jiġu infurmati bl-eżonerazzjoni qabel ma titħabbar.
Mexxej tas-saċerdozzju, li jkun awtorizzat, iħabbar l-eżonerazzjoni fl-istess sitwazzjoni meta l-persuna kienet sostnuta. Il-mexxej jista’ juża kliem kif ġej:
“[Isem] ġiet eżonerata minn [pożizzjoni]. Dawk li jixtiequ jesprimu l-gratitudni tagħhom għas-servizz [tiegħu jew tagħha] jistgħu juru dan billi jerfgħu idhom.”
L-isqof ma jipprovidi l-ebda dettal ieħor.
30.8
Tabella għal Sejħiet
30.8.1
Sejħiet tal-Qasam
Sejħa |
Rakkomandat minn |
Approvat minn |
Sostnut minn |
Imsejjaħ u distint minn |
---|---|---|---|---|
Sejħa | Rakkomandat minn President tal-wited, juża RMI | Approvat minn L-Ewwel Presidenza u Kworum tat-Tnax | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited wara li jirċiev l-approvazzjoni mill-Ewwel Presidenza |
Sejħa | Rakkomandat minn Isqof | Approvat minn Presidenza tal-wited u kunsill għoli | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat | Approvat minn Presidenza tal-wited u kunsill għoli | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew konsulent assenjat jew kunsillier għoli |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat | Approvat minn Presidenza tal-wited u kunsill għoli | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew konsulent assenjat jew kunsillier għoli |
Sejħa | Rakkomandat minn Presidenza tal-wited (f’konsultazzjoni mal-isqof) | Approvat minn Presidenza tal-wited u kunsill għoli | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited |
Sejħa | Rakkomandat minn President tal-kworum (f’konsultazzjoni mal-isqof) | Approvat minn Presidenza tal-wited u kunsill għoli | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew konsulent assenjat jew kunsillier għoli |
Sejħa Sejħiet oħra tal-kworum tal-presbiteri | Rakkomandat minn Presidenza tal-kworum | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-kworum | Imsejjaħ u distint minn President tal-kworum jew konsulent assenjat |
Sejħa Presidenti tal-organizzazzjoni tal-qasam | Rakkomandat minn Veskovat | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof |
Sejħa Konsulenti tal-presidenzi tal-organizzazzjoni tal-qasam | Rakkomandat minn President tal-organizzazzjoni | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa Sejħiet oħra tas-Soċjetà tas-Solliev tal-qasam | Rakkomandat minn Presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn membri tas-Soċjetà tal-Għajnuna | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa Sejħiet oħra tat-Tfajliet, tal-Primarja, u tal-Iskola tal-Ħadd tal-qasam | Rakkomandat minn Presidenza tal-organizzazzjoni | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat (f’konsultazzjoni mall-presidenti tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev) | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat jew presidenti tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat (f’konsultazzjoni mall-presidenti tal-kworum tal-presbiteri u tas-Soċjetà tas-Solliev) | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Isqof (bħala l-president tal-kworum tal-qassisin) | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-kworum | Imsejjaħ u distint minn Isqof |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-kworum | Imsejjaħ u distint minn Imsejjaħ mill-isqof jew minn konsulent assenjat; distint mill-isqof |
Sejħa Konsulenti fil-presidenzi tal-għalliema u tad-djakni u segretarji tal-kworum | Rakkomandat minn President tal-kworum | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-kworum | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa | Rakkomandat minn Veskovat (f’konsultazzjoni mal-presidenza tat-Tfajliet) | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-klassi | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa Konsulenti fil-presidenzi tal-Klassi tat-Tfajliet u segretarji tal-klassi | Rakkomandat minn President tal-klassi | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-klassi | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
Sejħa Sejħiet o tal-Qasam | Rakkomandat minn Veskovat | Approvat minn Veskovat | Sostnut minn Membri tal-qasam | Imsejjaħ u distint minn Isqof jew konsulent assenjat |
30.8.2
Sejħiet tal-Fergħa
Sejħa |
Rakkomandat minn |
Approvat minn |
Sostnut minn |
Imsejjaħ u distint minn | ||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Sejħa | Rakkomandat minn Presidenzi tal-wited, tal-missjoni, jew tad-distrett | Approvat minn Presidenza tal-wited u presidenzi tal-kunsill għoli jew tal-missjoni | Sostnut minn Membri tal-fergħa | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew tal-missjoni (jew il-president tad-distrett jekk ikun assenjat) | ||||||||||||
Sejħa | Rakkomandat minn Presidenti tal-fergħa | Approvat minn Presidenza tal-wited u presidenza tal-kunsill għoli jew tal-missjoni (jew, meta awtorizzat mill-president tal-missjoni, il-presidenza tad-distrett) | Sostnut minn Membri tal-fergħa | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited, tal-missjoni, jew tad-distrett jew konsulent assenjat | ||||||||||||
Sejħa Skrivat tal-fergħa, assistent skrivan, jew segretarju eżekuttiv | Rakkomandat minn Presidenzi tal-fergħa | Approvat minn Presidenza tal-wited u presidenza tal-kunsill għoli jew tal-missjoni (jew, meta awtorizzat mill-president tal-missjoni, il-presidenza tad-distrett) | Sostnut minn Membri tal-fergħa | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew konsulent assenjat jew kunsillier għoli (għall-fergħat fil-wited); president tad-distrett jew mexxej tas-saċerdozju li jassenja hu (għall-fergħat fil-missjonijiet) | ||||||||||||
Sejħa | Rakkomandat minn Presidenza tal-wited, tad-distrett, jew tal-missjoni (f’konsultazzjoni mal-president tal-fergħa) | Approvat minn Presidenza tal-wited u presidenza tal-kunsill għoli jew tal-missjoni (jew, meta awtorizzat mill-president tal-missjoni, il-presidenza tad-distrett) | Sostnut minn Membri tal-fergħa | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew tal-missjoni (jew il-president tad-distrett jekk ikun assenjat) | ||||||||||||
Sejħa | Rakkomandat minn President tal-kworum (f’konsultazzjoni mal-president tal-fergħa) | Approvat minn Presidenza tal-wited u presidenza tal-kunsill għoli jew tal-missjoni (jew, meta awtorizzat mill-president tal-missjoni, il-presidenza tad-distrett) | Sostnut minn Membri tal-fergħa | Imsejjaħ u distint minn President tal-wited jew tal-missjoni jew konsulent assenjat jew kunsillier għoli (jew il-president tad-distrett jew mexxej tas-saċerdozju ieħor jekk assenjat) | ||||||||||||
Sejħa Sejħiet oħra tal-fergħa | Rakkomandat minn Ara 30.8.1, jissostitwixxi president tal-fergħa għal isqof u fergħa għal qasam. | Approvat minn Ara 30.8.1, jissostitwixxi president tal-fergħa għal isqof u fergħa għal qasam. | Sostnut minn Ara 30.8.1, jissostitwixxi president tal-fergħa għal isqof u fergħa għal qasam. | Imsejjaħ u distint minn Ara 30.8.1, jissostitwixxi president tal-fergħa għal isqof u fergħa għal qasam. |