Manwali u Sejħiet
31. Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri


“31. Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“31. Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

irġiel jieħdu b’idejn xulxin

31.

Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri

31.0

Introduzzjoni

Ġesù Kristu spiss imministra lil oħrajn individwalment (ara, per eżempju, Ġwanni 4:5–26; 3 Nefi 17:21). Huwa jħobb lill-ulied kollha ta’ Alla. Huwa jgħinhom individwalment.

Dan il-kapitlu jista’ jgħin lill-mexxejja kollha li għandhom l-opportunitajiet li jiltaqgħu ma’ membri individwali.

31.1

Prinċipji ta’ Gwida

31.1.1

Ħejji Lilek Innifsek Spiritwalment

Ħejji lilek innifsek spiritwalment permezz tat-talb, l-istudju tal-iskrittura, u ħajja tajba. Issemma’ għas-sefsif tal-Ispirtu s-Santu.

31.1.2

Għin lill-Membru Jħoss l-Imħabba ta’ Alla

Meta l-membri jiġu għandek għal intervista jew għall-għajnuna minħabba sfida personali, dak li jkunu jeħtieġu ta’ sikwit hu li jkunu jafu li l-Missier fis-Smewwiet iħobbhom.

L-iskrittura u l-kliem ta’ profeti tal-aħħar żmien jistiednu lill-Ispirtu u jgħallmu duttrina pura. Użahom biex tispira u tinkoraġġixxi, mhux biex tikkundanna, tisforza, jew toħloq il-biża’ (ara Luqa 9:56).

31.1.3

Għin lill-Membru Jikseb il-Qawwa tas-Salvatur

Ħeġġeġ lill-membri biex iduru Lejh. Għinhom biex ifittux l-qawwa Tiegħu biex isaħħu, ifarrġu, u jifdu.

31.1.4

Għin lill-Membru Jħossu Komdu u Sikur

Dejjem offri l-għażla lill-membru li jkollu lil xi ħadd ieħor preżenti matul l-intervista jew il-laqgħa. Meta qed tiltaqa’ ma’ membru tas-sess l-ieħor, ma’ tfel jew tifla, jew ma żagħżugħ jew żagħżugħa, kun żgur li jkun preżenti ġenitur jew xi adult ieħor. Huma jistgħu jattendu għal-laqgħa jew jistennew barra mill-kamra, jiddependi mill-preferenzi tal-membru li miegħu qed tiltaqa’.

Taqsamx informazzjoni kunfidenzjali ma’ ħadd—inkluż il-konjuġi jew mexxejja oħra tal-Knisja—sakemm il-membru ma jagħtix permess.

31.1.5

Staqsi Mistoqsijiet Ispirati u Isma’ b’Reqqa

Meta tiltaqa’ ma’ membru, staqsi mistoqsijiet li jgħinuk tifhem is-sitwazzjoni tiegħu jew tagħha.

Meta l-membru jkun qed jitkellem, isma’ bir-reqqa u b’attenzjoni.

31.1.6

Inkoraġġixxi Awto-Dipendenza

Minħabba l-imħabba tiegħek lejn il-membri, jista’ jkun li tkun trid toffri soluzzjonijiet immedjati għall-problemi tagħhom. Madanakollu, tberikhom aktar billi tgħinhom isibu soluzzjoni għalihom infushom u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom huma Duttrina u Patti 9:8).

31.1.7

Issapportja Sforzi għall-Indiema

L-isqof jew il-president tal-wited biss jista’ jgħin persuna tirrisolvi dnubiet serji. Xi wħud minn dawn huma mniżżla f’32.6. Jekk membru jkun ikkommetta wieħed minn dawn id-dnubiet, irid jiltaqa’ mal-isqof ew mal-president tal-wited mal-ewwel.

31.1.8

Irrispondi b’Mod Xieraq għall-Abbuż

L-ebda tip ta’ abbuż m’għandu jkun tollerat. Rapporti ta’ abbuż ħudhom bis-serjetà. Jekk ssir taf li xi ħadd ġie abbużat, irrapporta l-abbuż lill-awtoritajiet ċivili u kkonsulta mal-isqof. Linji gwida biex tirrapporta u tirrispondi għall-abbuż huma provduti f’38.6.2.

31.2

Intervisti

31.2.1

L-Għanijiet tal-Intervisti

B’mod ġenerali, il-mexxejja tal-Knisja jintervistaw membri biex jiddeterminaw jekk dawn:

  • Humhiex preparati biex jirċievu jew jipparteċipaw f’ordinanza.

  • Għandhomx ikunu msejħa għal pożizzjoni fil-Knisja.

31.2.2

Tipi ta’ Intervisti

Min jista’ jmexxi l-intervista

L-għan tal-intervista

Min jista’ jmexxi l-intervista

Isqof biss

L-għan tal-intervista

  • Oħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju lil membru li jkun qed jirċievi d-dota jew ikun qed jiġi ssiġillat mal-konjuġi tagħhom (ara 26.3.1).

  • Oħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju lil membru ġdid (ara 26.4.2).

  • Ordna raġel ġdid li kkonverta għal uffiċċju fis-Saċerdozju ta’ Aaron.

  • Ordna żagħżugħ jew raġel adult għall-uffiċċju ta’ saċerdot (ara 18.10.2).

  • Irrakomanda raġel biex jiġi ordnat bħala presbiteru jew saċerdot għoli (ara31.2.6). L-approvazzjoni tal-presidenza tal-wited hija mitluba biex issir din l-intervista.

  • Irrakkomanda mebru biex iservi bħala missjunarju full-time (24.4.2).

  • Sejjaħ membru biex iservi bħala president tal-organizzazzjoni fil-qasam.

  • Sejjaħ qassis biex iservi bħala assistent fil-kworum tal-qassisin.

  • Għin membru biex jindem minn dnub serju (ara kapitlu 32).

  • Approva membru biex jirċievi self għall-Fondi għall-Edukazzjoni Perpetwa, fejn disponibbli.

  • Ħalli membru jiddikjara l-istat tiegħu bħala wieħed li jħallas id-dieċmi (34.3.1.2).

  • Awtorizza l-użu ta’ fondi tal-offerta tas-sawm (ara 22.6.1).

Min jista’ jmexxi l-intervista

Isqof jew konsulent li jassenja hu

L-għan tal-intervista

  • Ġedded rakkomandazzjoni tat-tempju (ara 26.3.1).

  • Oħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju biex tipparteċipa f’magħmudiji u konfermi bi prokura (ara 26.4.3).

  • Oħroġ rakkomandazzjoni tat-tempju biex tkun issiġillata mal-ġenituri jew biex tkun xhieda tas-siġill tal-aħwa mal-ġenituri (ara 26.4.4).

  • Sejjaħ membru biex iservi f’qasam kif indikat f’30.8.

  • Awtorizza l-magħmudija u l-konferma ta’ tifel (jew tifla) ta’ 8 snin li jew ikun membru ta’ reġistru jew għandu ġenitur jew gwardjan li hu membru tal-Knisja (ara 31.2.3.1).

  • Awtorizza ordinazzjoni ta’ ġuvintur għall-uffiċċju ta’ djaknu u għalliem (ara 18.10.2).

  • Oħroġ Rakkomandazzjoni ta’ Barkiet Patrijarkali (ara 18.17).

  • Awtorizza lil dawk li jħaddnu s-saċerdozju biex iwettqu ordinanza tas-saċerdozju f’qasam ieħor, jekk ma jkollhomx rakkomandazzjoni tat-tempju. (Ara Formola ta’ Rakkomandazzjoni biex Inwettqu Ordinanza).

31.2.3

Intervisti ta’ Magħmudija u Konferma

31.2.3.1

It-Tfal Li Hima Membri tar-Reġistru

L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed membri tar-reġistru ta’ 8 snin fil-qasam tiegħu. Għal din ir-raġuni, hu jew konsulent assenjat jintervista lil dawn in-nies li ġejjin għall-magħmudija:

  • Tfal ta’ 8 snin li huma membri tar-reġistru.

  • Tfal ta’ 8 snin li mhumiex membri tar-reġistru imma li għandhom ġenitur jew gwardjan li hum membru.

  • Membri tar-reġistru ta’ 9 snin jew iktar li l-magħmudija tagħhom kienet ittardjata minħabba diżabbiltajiet intelletwali.

Fl-intervista, membru tal-veskovat jiżgura li t-tifel jifhem l-għanijet tal-magħmudija (ara 2 Nefi 31:5–20). Jiżgura wkoll li t-tifel jifhem il-patt tal-magħmudija u huwa kommess li jgħixu (ara Mosija 18:8–10). M’għandux bżonn li juża lista speċifika ta’ mistoqsijiet. Din mhijiex intervista biex tiġi determinata id-denjità, peress li “tfal żgħar ma jeħtiġux indiema” (Moroni 8:11).

31.2.3.2

Ikkonvertiti

Il-president tal-missjoni iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed lill-ikkonvertiti. Għal din ir-raġuni, missjunarju full-time jintervista:

  • Persuni li għandhom 9 snin jew iktar li qatt ma ġew mgħammdin u kkonfermati. Ara 31.2.3.1 għal eċċezzjoni waħda fil-każ ta’ dawk b’diżabbiltajiet intelletwali.

  • Tfal li għandhom 8 snin u iktar li l-ġenituri tagħhom mhumiex membri tal-Knisja.

  • Tfal li għandhom 8 snin u iktar li għandhom ġenitur li qed jiġi wkoll mgħammed u kkonfermat.

31.2.4

Intervisti ta’ Ordinazzjoni għal Uffiċċju fis-Saċerdozju Aroniku

Għal iktar informazzjoni, ara 18.10.2.

31.2.5

Intervisti għar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju

It-tempju huwa d-dar tal-Mulej. Li tidħol fit-tempju u tipparteċipa f’ordinanzi hemmhekk huwa privileġġ sagru. Dan il-privileġġ huwa riservat għal dawk li huma spiritwalment imħejjijin u li qed ifittxu li jgħixu skont l-istandards tal-Mulej, kif iddeterminat minn mexxejja tas-saċerdozju awtorizzati.

Biex jagħmlu din id-determinazzjoni, il-mexxejja tas-saċerdozju jintervistaw lill-membru billi jużaw il-mistoqsijiet fir-RMI (ara wkoll il-linji gwida f’26.3).

31.2.6

Intervisti għall-Ordinazzjoni għal Uffiċċju fis-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

Il-president tal-wited iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jikkonferixxi s-saċerdozju ta’ Melkisedek. Hu jħaddan l-imfietaħ ukoll biex jordna għall-uffiċċji tal-presbiteri u tal-qassis għoli.

Bl-approvazzjoni tal-presidenza tal-qasam, l-isqof jintervista l-membru billi juża l-mistoqsijiet pprovduti fuq ir-Reġistru tal-Ordinazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.

31.3

Opportunitajiet Oħra għal Mexxejja biex Jiltaqgħu mal-Membri

  • Il-membri jistgħu jistaqsu biex jiltaqgħu ma’ mexxej tal-Knisja meta jkollhom bżonn gwida spiritwali jew meta jkollhom problemi personali ta’ natura diffikultuża.

  • L-isqof jew il-president tal-wited jaf jagħmel restrizzjonijiet informali fuq il-membru (ara 22.6).

  • Membru tal-veskovat irid jiltaqa’ ma’ kull tifel (jew tifla) ta’ ħdax-il sena hekk kif dan jimxi mill-Primarja għall-kworum tad-djakni jew għall-klassijiet tat-Tfajliet.

31.3.1

Niltaqgħu maż-Żgħażagħ

L-isqof jew wieħed mill-konsulenti tiegħu jiltaqa’ ma’ kull żagħżugħ darbtejn fis-sena. Minn tal-inqas waħda minn dawn il-laqggħat kull sena għandhom ikunu mal-isqof. Mis-sena li fiha ż-żagħżugħ jagħlaq 16-il sena, iż-żewġ laqgħat ta’ matul is-sena għandhom ikunu mal-isqof jekk possibbli.

Il-president tat-Tfajliet ukoll għandha r-responsabbiltà biex timministra lill-individwi tan-nisa żgħażagħ. Hi tista’ tagħmel dan billi tiltaqa’ mat-tfajliet waħda waħda (jew ma’ adult ieħor preżenti).

31.3.1.2

Suġġetti biex Niddiskutu

L-għan ewlieni tal-laqgħat maż-żgħażagħ huwa biex nibnu fidi fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu Il-laqgħat għandhom ikunu esperjenzi spiritwali edifikanti.

31.3.2

Niltaqgħu ma’ Adulti Żgħażagħ Single

L-isqof iqiegħed prijorità għolja fil-progress spiritwali tal-adulti żgħażagħ single fil-qasam. tiegħu. Hu jew konsulent assenjat jiltaqa’ ma’ kull żagħżugħ single minn tal-inqas darba f’sena.

31.3.3

Niltaqgħu mal-Membri biex Niddiskutu s-Sejħiet u r-Responsabbiltajiet Tagħhom

Il-presidenzi tal-Wited, veskovati, u mexxejja oħra jiltaqgħu individwalment mal-membri li jirrapportaw lejhom għas-sejħiet.

Il-mexxej juri gratitudni għas-servizz tal-membru u joffri inkuraġġiment.

31.3.6

Counseling u Terapija Professjonali

Il-mexxejja tal-Knisja mhumiex imsejħin biex ikunu counselors professjonali jew biex jipprovdu t-terapija. L-assistenza li jagħtu hija spiritwali, u huma jiffukaw fuq il-qawwa li ssaħħaħ, tfarraġ, u tifdi ta’ Ġesù Kristu. Barra minn din l-għajnuna importanti u li tispira, xi membri jistgħu jibbenefikaw minn counseling professjonali meta dan huwa disponibbli.

31.4

Niltaqgħu mal-Membri b’Mod Virtwali

Normanlment, il-mexxejja jiltaqgħu ma’ membri b’mod fiżiku biex jagħmlu intervisti u biex jipprovdu għajnuna spiritwali u biex jimministraw. Madanakollu, bħala eċċezzjoni, huma jistgħu jiltaqgħu virtwalment meta mhux prattiku li jiltaqgħu mal-persuna b’mod fiżiku.