“31. Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“31. Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
31.
Intervisti u Laqgħat Oħra mal-Membri
31.0
Introduzzjoni
Ġesù Kristu spiss imministra lil oħrajn individwalment (ara, per eżempju, Ġwanni 4:5–26; 3 Nefi 17:21). Huwa jħobb lill-ulied kollha ta’ Alla. Huwa jgħinhom individwalment.
Dan il-kapitlu jista’ jgħin lill-mexxejja kollha li għandhom l-opportunitajiet li jiltaqgħu ma’ membri individwali.
31.1
Prinċipji ta’ Gwida
31.1.1
Ħejji Lilek Innifsek Spiritwalment
Ħejji lilek innifsek spiritwalment permezz tat-talb, l-istudju tal-iskrittura, u ħajja tajba. Issemma’ għas-sefsif tal-Ispirtu s-Santu.
31.1.2
Għin lill-Membru Jħoss l-Imħabba ta’ Alla
Meta l-membri jiġu għandek għal intervista jew għall-għajnuna minħabba sfida personali, dak li jkunu jeħtieġu ta’ sikwit hu li jkunu jafu li l-Missier fis-Smewwiet iħobbhom.
L-iskrittura u l-kliem ta’ profeti tal-aħħar żmien jistiednu lill-Ispirtu u jgħallmu duttrina pura. Użahom biex tispira u tinkoraġġixxi, mhux biex tikkundanna, tisforza, jew toħloq il-biża’ (ara Luqa 9:56).
31.1.3
Għin lill-Membru Jikseb il-Qawwa tas-Salvatur
Ħeġġeġ lill-membri biex iduru Lejh. Għinhom biex ifittux l-qawwa Tiegħu biex isaħħu, ifarrġu, u jifdu.
31.1.4
Għin lill-Membru Jħossu Komdu u Sikur
Dejjem offri l-għażla lill-membru li jkollu lil xi ħadd ieħor preżenti matul l-intervista jew il-laqgħa. Meta qed tiltaqa’ ma’ membru tas-sess l-ieħor, ma’ tfel jew tifla, jew ma żagħżugħ jew żagħżugħa, kun żgur li jkun preżenti ġenitur jew xi adult ieħor. Huma jistgħu jattendu għal-laqgħa jew jistennew barra mill-kamra, jiddependi mill-preferenzi tal-membru li miegħu qed tiltaqa’.
Taqsamx informazzjoni kunfidenzjali ma’ ħadd—inkluż il-konjuġi jew mexxejja oħra tal-Knisja—sakemm il-membru ma jagħtix permess.
31.1.5
Staqsi Mistoqsijiet Ispirati u Isma’ b’Reqqa
Meta tiltaqa’ ma’ membru, staqsi mistoqsijiet li jgħinuk tifhem is-sitwazzjoni tiegħu jew tagħha.
Meta l-membru jkun qed jitkellem, isma’ bir-reqqa u b’attenzjoni.
31.1.6
Inkoraġġixxi Awto-Dipendenza
Minħabba l-imħabba tiegħek lejn il-membri, jista’ jkun li tkun trid toffri soluzzjonijiet immedjati għall-problemi tagħhom. Madanakollu, tberikhom aktar billi tgħinhom isibu soluzzjoni għalihom infushom u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom huma Duttrina u Patti 9:8).
31.1.7
Issapportja Sforzi għall-Indiema
L-isqof jew il-president tal-wited biss jista’ jgħin persuna tirrisolvi dnubiet serji. Xi wħud minn dawn huma mniżżla f’32.6. Jekk membru jkun ikkommetta wieħed minn dawn id-dnubiet, irid jiltaqa’ mal-isqof ew mal-president tal-wited mal-ewwel.
31.1.8
Irrispondi b’Mod Xieraq għall-Abbuż
L-ebda tip ta’ abbuż m’għandu jkun tollerat. Rapporti ta’ abbuż ħudhom bis-serjetà. Jekk ssir taf li xi ħadd ġie abbużat, irrapporta l-abbuż lill-awtoritajiet ċivili u kkonsulta mal-isqof. Linji gwida biex tirrapporta u tirrispondi għall-abbuż huma provduti f’38.6.2.
31.2
Intervisti
31.2.1
L-Għanijiet tal-Intervisti
B’mod ġenerali, il-mexxejja tal-Knisja jintervistaw membri biex jiddeterminaw jekk dawn:
-
Humhiex preparati biex jirċievu jew jipparteċipaw f’ordinanza.
-
Għandhomx ikunu msejħa għal pożizzjoni fil-Knisja.
31.2.2
Tipi ta’ Intervisti
Min jista’ jmexxi l-intervista |
L-għan tal-intervista |
---|---|
Min jista’ jmexxi l-intervista Isqof biss | L-għan tal-intervista
|
Min jista’ jmexxi l-intervista Isqof jew konsulent li jassenja hu | L-għan tal-intervista
|
31.2.3
Intervisti ta’ Magħmudija u Konferma
31.2.3.1
It-Tfal Li Hima Membri tar-Reġistru
L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed membri tar-reġistru ta’ 8 snin fil-qasam tiegħu. Għal din ir-raġuni, hu jew konsulent assenjat jintervista lil dawn in-nies li ġejjin għall-magħmudija:
-
Tfal ta’ 8 snin li huma membri tar-reġistru.
-
Tfal ta’ 8 snin li mhumiex membri tar-reġistru imma li għandhom ġenitur jew gwardjan li hum membru.
-
Membri tar-reġistru ta’ 9 snin jew iktar li l-magħmudija tagħhom kienet ittardjata minħabba diżabbiltajiet intelletwali.
Fl-intervista, membru tal-veskovat jiżgura li t-tifel jifhem l-għanijet tal-magħmudija (ara 2 Nefi 31:5–20). Jiżgura wkoll li t-tifel jifhem il-patt tal-magħmudija u huwa kommess li jgħixu (ara Mosija 18:8–10). M’għandux bżonn li juża lista speċifika ta’ mistoqsijiet. Din mhijiex intervista biex tiġi determinata id-denjità, peress li “tfal żgħar ma jeħtiġux indiema” (Moroni 8:11).
31.2.3.2
Ikkonvertiti
Il-president tal-missjoni iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jgħammed lill-ikkonvertiti. Għal din ir-raġuni, missjunarju full-time jintervista:
-
Persuni li għandhom 9 snin jew iktar li qatt ma ġew mgħammdin u kkonfermati. Ara 31.2.3.1 għal eċċezzjoni waħda fil-każ ta’ dawk b’diżabbiltajiet intelletwali.
-
Tfal li għandhom 8 snin u iktar li l-ġenituri tagħhom mhumiex membri tal-Knisja.
-
Tfal li għandhom 8 snin u iktar li għandhom ġenitur li qed jiġi wkoll mgħammed u kkonfermat.
31.2.4
Intervisti ta’ Ordinazzjoni għal Uffiċċju fis-Saċerdozju Aroniku
Għal iktar informazzjoni, ara 18.10.2.
31.2.5
Intervisti għar-Rakkomandazzjoni tat-Tempju
It-tempju huwa d-dar tal-Mulej. Li tidħol fit-tempju u tipparteċipa f’ordinanzi hemmhekk huwa privileġġ sagru. Dan il-privileġġ huwa riservat għal dawk li huma spiritwalment imħejjijin u li qed ifittxu li jgħixu skont l-istandards tal-Mulej, kif iddeterminat minn mexxejja tas-saċerdozju awtorizzati.
Biex jagħmlu din id-determinazzjoni, il-mexxejja tas-saċerdozju jintervistaw lill-membru billi jużaw il-mistoqsijiet fir-RMI (ara wkoll il-linji gwida f’26.3).
31.2.6
Intervisti għall-Ordinazzjoni għal Uffiċċju fis-Saċerdozju ta’ Melkisedek.
Il-president tal-wited iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jikkonferixxi s-saċerdozju ta’ Melkisedek. Hu jħaddan l-imfietaħ ukoll biex jordna għall-uffiċċji tal-presbiteri u tal-qassis għoli.
Bl-approvazzjoni tal-presidenza tal-qasam, l-isqof jintervista l-membru billi juża l-mistoqsijiet pprovduti fuq ir-Reġistru tal-Ordinazzjoni tas-Saċerdozju ta’ Melkisedek.
31.3
Opportunitajiet Oħra għal Mexxejja biex Jiltaqgħu mal-Membri
-
Il-membri jistgħu jistaqsu biex jiltaqgħu ma’ mexxej tal-Knisja meta jkollhom bżonn gwida spiritwali jew meta jkollhom problemi personali ta’ natura diffikultuża.
-
L-isqof jew il-president tal-wited jaf jagħmel restrizzjonijiet informali fuq il-membru (ara 22.6).
-
Membru tal-veskovat irid jiltaqa’ ma’ kull tifel (jew tifla) ta’ ħdax-il sena hekk kif dan jimxi mill-Primarja għall-kworum tad-djakni jew għall-klassijiet tat-Tfajliet.
31.3.1
Niltaqgħu maż-Żgħażagħ
L-isqof jew wieħed mill-konsulenti tiegħu jiltaqa’ ma’ kull żagħżugħ darbtejn fis-sena. Minn tal-inqas waħda minn dawn il-laqggħat kull sena għandhom ikunu mal-isqof. Mis-sena li fiha ż-żagħżugħ jagħlaq 16-il sena, iż-żewġ laqgħat ta’ matul is-sena għandhom ikunu mal-isqof jekk possibbli.
Il-president tat-Tfajliet ukoll għandha r-responsabbiltà biex timministra lill-individwi tan-nisa żgħażagħ. Hi tista’ tagħmel dan billi tiltaqa’ mat-tfajliet waħda waħda (jew ma’ adult ieħor preżenti).
31.3.1.2
Suġġetti biex Niddiskutu
L-għan ewlieni tal-laqgħat maż-żgħażagħ huwa biex nibnu fidi fil-Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu Il-laqgħat għandhom ikunu esperjenzi spiritwali edifikanti.
31.3.2
Niltaqgħu ma’ Adulti Żgħażagħ Single
L-isqof iqiegħed prijorità għolja fil-progress spiritwali tal-adulti żgħażagħ single fil-qasam. tiegħu. Hu jew konsulent assenjat jiltaqa’ ma’ kull żagħżugħ single minn tal-inqas darba f’sena.
31.3.3
Niltaqgħu mal-Membri biex Niddiskutu s-Sejħiet u r-Responsabbiltajiet Tagħhom
Il-presidenzi tal-Wited, veskovati, u mexxejja oħra jiltaqgħu individwalment mal-membri li jirrapportaw lejhom għas-sejħiet.
Il-mexxej juri gratitudni għas-servizz tal-membru u joffri inkuraġġiment.
31.3.6
Counseling u Terapija Professjonali
Il-mexxejja tal-Knisja mhumiex imsejħin biex ikunu counselors professjonali jew biex jipprovdu t-terapija. L-assistenza li jagħtu hija spiritwali, u huma jiffukaw fuq il-qawwa li ssaħħaħ, tfarraġ, u tifdi ta’ Ġesù Kristu. Barra minn din l-għajnuna importanti u li tispira, xi membri jistgħu jibbenefikaw minn counseling professjonali meta dan huwa disponibbli.
31.4
Niltaqgħu mal-Membri b’Mod Virtwali
Normanlment, il-mexxejja jiltaqgħu ma’ membri b’mod fiżiku biex jagħmlu intervisti u biex jipprovdu għajnuna spiritwali u biex jimministraw. Madanakollu, bħala eċċezzjoni, huma jistgħu jiltaqgħu virtwalment meta mhux prattiku li jiltaqgħu mal-persuna b’mod fiżiku.