Manwali u Sejħiet
32. Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja


“32. Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja,” Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien (2020).

“32. Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja” Manwal Ġenerali.

irġiel jitkellmu

32.

Indiema u Kunsilli dwar Sħubija fil-Knisja

32.0

Introduzzjoni

L-indiema fil-maġġorparti sseħħ bejn individwu, Alla, u dawk li sfaw affetwati minn dnubiet ta’ xi persuna. Madanakollu, xi drabi isqof jew president tal-wited jeħtieġlu jgħin membri tal-Knisja fl-isforzi tagħhom li jindmu.

Meta qed jassistu lil membri fl-indiema, l-isqfijiet u l-presidenti tal-wited għandhom juru mħabba u mogħdrija. Huma jimxu wara l-eżempju tas-Salvatur, li eleva l-individwi u għenhom jitbiegħdu mid-dnub u jduru lejn Alla (ara Mattew 9:10–13; Ġwanni 8:3–11).

Kif imfisser isfel, dan il-kapitlu huwa organizzat biex jiggwida lill-mexxejja fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet importanti li huma neċessarji biex xi ħadd jiġi mgħejjun jindem minn dnub serju u biex jiġu protetti oħrajn.

  • L-irwol tal-Knisja biex Tgħin Persuna Tindem. Sezzjonijiet 32.1–32.4 jispjegaw id-duttrina tal-Mulej rigward indiema u maħfra. Dawn is-sezzjonijiet jispjegaw ukoll it-tliet għanijiet tar-restrizzjonijiet jew tal-irtirar tas-sħubija fil-Knisja. Barra minn hekk, huma jispjegaw l-irwol tal-isqfijiet u l-presidenti tal-wited biex dawn jgħinu fl-indiema.

  • Nagħżlu l-Ambjent biex Ngħinu Persuna Tindem. Sezzjonijiet 32.5–32.7 jipprovdu linji gwida biex niddeċiedu jekk kunsill dwar sħubija jew kunsill personali huwa l-ambjent xieraq biex ngħinu lil xi ħadd jindem.

  • Namministraw Kunsill Personali. Sezzjoni 32.8 tipprovdi linji gwida għal kunsill personali mill-isqof jew il-president tal-wited. Tispjega wkoll dwar restrizzjonijiet informali dwar sħubija fil-Knisja.

  • Namministraw Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja. Sezzjonijiet 32.9–32.14 jispjegaw min għandu responsabbiltà fuq kunsilli dwar sħubija, kif għandhom jitmexxew, u d-deċiżjonijiet possibbli. Ir-riżultati ta’ dawk id-deċiżjonijiet huma wkoll spjegati.

  • Privileġġi ta’ Min Qed Jerġa’ Jissieħeb fil-Knisja. Sezzjonijiet32.15–32.17 tispjega kif persuna tista’ jkollha l-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja rrestawrati permezz tal-indiema.

Sakemm mhux innotifikati mod ieħor, referenzi għal presidenti tal-wited japplikaw ukoll għal presidenti tal-missjoni. Referenzi għal isqfijiet japplikaw ukoll għal presidenti tal-fergħa.

L-Ewwel Presidenza tiddefinixxi l-polisis u proċessi għal indiema ta’ dnub serju. L-Ewwel Presidenza hija ssapportjata mill-Uffiċċju ta’ Reġistri Kunfidenzjali tal-Knisja. Il-president tal-wited, jew l-isqof, jista’ jikkuntattja dak l-uffiċċju b’mistoqsijiet dwar amministrazzjoni jew polisi. L-uffiċċju jista’ jipprovdi wkoll struzzjonijiet dwar kif wieħed jissottometti talba lill-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza. Informazzjoni dwar kuntatt jinstab hawn taħt:

Telefown: 1-801-240-2053 jew 1-800-453-3860, estensjoni 2-2053

Mingħajr pedaġġ (telefon GSD): 855-537-4357

Imejl: ConfidentialRecords@ChurchofJesusChrist.org


IR-RWOL TAL-KNISJA BIEX TGĦIN PERSUNA TINDEM


32.1

Indiema u Maħfra

Il-Mulej qali li “l‑ebda ħaġa mniġġsa ma tista’ tiret is‑saltna tas‑smewwiet” (Alma 11:37; ara wkoll 3 Nefi 27:19). Id-dnubiet tagħna jagħmluna mniġġsin—mhux denji li ngħixu fil-preżenza ta’ Missierna fis-Smewwiet. Huma jġibulna wkoll in-niket f’din il-ħajja.

Il-liġi tal-ġustizzja ta’ Alla ġġib magħha konsegwenza meta aħna nagħmlu dnub (ara Alma 42:14, 17–18). Madanakollu, il-pjan kbir tiegħu tal-ħniena “jista’ jissodisfa t-talbiet għall-ġustizzja, u jdawwar [lilna] f’dirgħajn is-sigurtà” (Alma 34:16; ara wkoll Mosija 15:9).

Biex iwettaq il-pjan tiegħu tal-ħniena, il-Missier fis-Smewwiet bagħat lil Ibnu l-Waħdieni, Ġesù Kristu, biex ipatti għal dnubietna (ara Alma 42:15). Ġesù sofra l-kastig li l-liġi tal-ġustizzja kienet titlob għal dnubietna (ara Duttrina u Patti 19:15–19; ara wkoll Alma 42:24–25). Peremezz ta’ dan is-sagrifiċċju, kemm il-Missier u kemm l-Iben urew l-imħabba infinita Tagħhom għalina (ara Ġwanni 3:16).

Meta aħna neżerċitaw “il-fidi sa ma nindmu,” il-Missier fis-Smewwiet jaħfrilna, filwaqt li jagħti l-ħniena permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu (Alma 34:15; ara wkoll Alma 42:13). Meta aħna nissaffew u ninħafru, fl-aħħar nistgħu nirtu s-saltna ta’ Alla (ara Isaija 1:18; Duttrina u Patti 58:42).

L-indiema hija iktar minn bidla fl-imġieba. Tfisser li ddur ’il bogħod mid-dnub u tersaq lejn il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Twassal lejn bidla fil-qalb u fil-moħħ (ara Mosija 5:2; Alma 5:12–14; Ħelaman 15:7). Permezz tal-indiema, aħna nsiru persuni ġodda, irrikonċiljati ma’ Alla (ara 2 Korintin 5:17–18; Mosija 27:25–26).

L-opportunità li nindmu hija waħda mill-ikbar barkiet li l-Missier fis-Smewwiet tana permezz tal-għotja ta’ Ibnu.

32.2

Għanijiet għar-Restrizzjonijiet Dwar Sħubija fil-Knisja jew tal-Irtirar

Meta persuna tiġi mgħammda, hi ssir parti mid- “dar ta’ Alla”(Efesin 2:19). Il-patt tal-magħmudija jinkludi wegħda li nistinkaw ħalli ngħixu skont it-tagħlim u l-kmandamenti ta’ Kristu. Meta persuna tiżbalja, hi teżerċizza l-fidi f’Ġesù Kristu biex tindem, waqt li tiddependi fuq il-ħniena Tiegħu li ssaħħaħ u taħfer.

Jekk xi membru jikkommetti dnub serju, l-isqof jew il-president tal-wited jgħinu biex jindem. Bħala parti minn dan il-proċess, huwa jista’ jkollu bżonn jirrestrinġi l-privileġġi tal-isħubija fil-Knisja għal xi żmien. F’xi sitwazzjonijiet, huwa jista’ jkollu bżonn jirtira l-isħubija tal-persuna għal xi żmien.

Li tirrestrinġi jew li tirtira l-isħubija ta’ persuna mhix intiża li tikkastiga. Bil-maqlub, dawn l-azzjonijiet huma kultant meħtieġa biex jgħinu lil persuna tindem u tesperjenza bidla fil-qalb. Barra minn hekk huma jagħtu ċans lil persuna li titħejja spiritwalment biex iġġedded l-patti tagħha mill-ġdid.

L-isqof, jew il-president tal-wited, jissorvelja r-restrizzjonijiet fuq sħubija jew l-irtirar tagħha kif spjegat fi 32.5–32.14. Dawn l-azzjonijiet huma akkumpanjati minn kundizzjonijiet ta’ ndiema. Hekk kif persuna tindem b’mod sinċier, jista’ jkollha l-privileġġi ta’ sħubija tal-Knisja rrestawrata.

Meta r-restrizzjonijiet ta’ sħubija jew l-irtirar tagħha huma meħtieġa, l-isqof jew il-president tal-wited jimxi fuq il-gwida tal-Ispirtu s-Santu u l-istruzzjonijiet f’dan il-kapitlu. Huwa jaġixxi fl-ispirtu tal-imħabba (ara 32.3).

Ir-restrizzjonijiet tal-Knisja huma ekkleżjastiċi,mhux ċivili jew kriminali. Huma jaffettwaw biss l-istat tal-persuna fil-Knisja. (Ara Duttrina u Patti 134:10.)

It-tliet għanijiet għar-restrizzjonijiet tas-sħubija jew għall-irtirar tagħha huma dawn li ġejjin:

32.2.1.

Għin Biex Jiġu Protetti Oħrajn

L-ewwel għan huwa li tgħin biex jiġu protetti oħrajn. Kultant persuna tista’ tkun ta’ theddida, fiżika jew spiritwali. Imġiba predatorja, ħsara fiżika, abbuż sesswali, abbuż ta’ sustanzi, frodi, u apostasija huma xi modi fejn jista’ jiġri dan. Permezz ta’ ispirazzjoni, isqof jew president tal-wited jaġixxi biex jipproteġi lil ħaddieħor meta xi ħadd joħloq theddida b’dawn il-modi serji u b’oħrajn (ara Alma 5:59–60).

32.2.2

Għin Persuna Taċċessa l-Qawwa Feddejja ta’ Ġesù Kristu permezz tal-Indiema

It-tieni għan huwa li tgħin persuna taċċessa l-qawwa feddejja ta’ Ġesù Kristu permezz tal-indiema. Permezz ta’ dan il-proċess, il-persuna tista’ mill-ġdid issir nadifa u denja biex tirċievi l-barkeit ta’ Alla.

Il-Salvatur għallem li “qalb niedma u spirtu sogħbien” huma s-sagrifiċċju li Hu jitlob għall-maħfra tad-dnubiet (3 Nefi 9:20). Dan jinkludi rimors għad-dnubiet u l-konsegwenza tagħhom (ara 2 Korintin 7:9–10).

Meta persuna tikkommetti dnub serju, ir-restrizzjonijiet fuq is-sħubija jew l-irtirar tagħha jistgħu jrawmu qalb niedma u spirtu sogħbien, meħtieġa biex hi tindem, tabbanduna d-dnub, u tifhem x’inhuma l-konsegwenzi tad-dnub. Dan l-għarfien jista’ jgħin lin-nies japprezzaw il-patti tagħhom ma’ Alla b’mod iktar profond, u jixtiequ li jżommu dawk il-patti fil-futur.

32.2.3

Ipproteġi l-Integrità tal-Knisja

It-tielet għan huwa li nipproteġu l-integrità tal-Knisja. Ir-restrizzjoni jew l-irtirar tal-isħubija fil-Knisja ta’ persuna jistgħu jkunu meħtieġa jekk l-imġiba tagħha tagħmel ħsara lill-Knisja b’mod sinifikattiv (ara Alma 39:11). L-integrità tal-Knisja ma tkunx protetta billi dnubiet serji jiġu mistura jew minimizzati—iżda billi jiġu indirizzati.

32.3

L-Irwol tal-Imħallfin f’Iżrael

isqof jitkellem ma’ raġel

L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited huma msejħin u magħżulin biex ikunu imħallfin f’Iżrael (ara Duttrina u Patti 107:72–74). Huma għandhom l-imfietaħ tas-saċerdozju biex jirrappreżentaw lill-Mulej billi jgħinu lil membri tal-Knisja jindmu (ara Duttrina u Patti 13:1; 107:16–18).

Ta’ spiss l-isqfijiet u l-presidenti tal-wited jassistu fl-indiema permezz tal-kunsill personali. Din l-assistenza tista’ tinkludi r-restrizzjoni informali ta’ xi privileġġi tal-isħubija tal-Knisja għal xi żmien. (Ara 32.8.)

Għal xi dnubiet serji, il-mexxejja jassistu fl-indiema billi jagħmlu kunsill dwar isħubija (ara 32.6 u 32.9–32.14). Din l-assistenza tista’ tinkludi r-restrizzjoni formali ta’ wħud mill-privileġġi tal-isħubija fil-Knisja jew l-irtirar minnha għal żmien stipulat (ara 32.11.3 u 32.11.4).

L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited jgħinu lill-membri tal-Knisja jagħrfu li Alla jħobb lil uliedu. Minħabba li Hu jridhom ikunu kuntenti u jirċievu l-barkiet, Hu jimpurtah immens dwar l-ubbidjenza u l-indiema tagħhom.

L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited ikunu ġentili u sensittivi hekk kif jgħinu lil membri jindmu. L-interazzjoni tas-Salvatur mal-mara maqbuda fl-adulterju hija gwida (ara Ġwanni 8:3–11). Għalkemm hu ma qalx li d-dnubiet tagħha kienu maħfura, hu ma kkundannahiex. Minflok, hu qalilha “tidnibx iżjed”—biex tindem u tibdel ħajjitha.

Dawn il-mexxejja jgħallmu li fis-smewwiet “ikun hemm … ferħ għal midneb wieħed li jindem” (Luqa 15:7). Huma nies ta’ sabar, jafu jissapportjaw, u pożittivi. Huma jispiraw it-tama. Huma jgħallmu u jixhdu li permezz tas-sagrifiċċju espjatorju tas-Salvatur, kulħadd jista’ jindem u jitnaddaf.

L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited ifittxu l-gwida mill-Ispirtu biex ikunu jafu kif għandhom jgħinu kull persuna tindem. Huwa biss fil-każ tal-iktar dnubiet serji li l-Knisja għandha standards stabbilit ta’ liema azzjonijiet għandhom jittieħdu mill-mexxejja (ara 32.6 u 32.11). L-ebda żewġ sitwazzjonijiet ma huma l-istess. Il-kunsill li l-mexxejja jagħtu u l-proċess ta’ ndiema li huma jiffaċilitaw għandu jkun ispirat u jista’ jkun differenti għal kull persuna.

Il-Mulej jaf ċ-ċirkostanzi, il-kapaċità, u l-maturità spiritwali ta’ kull persuna. L-Ispirtu s-Santu jgħin lill-mexxejja jagħrfu kif għandhom jgħinu lill-membri jagħmlu t-tibdil meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jitfejqu u jirreżistu t-tentazzjoni biex jirrepetu d-dnub.

Li tgħin lil xi ħadd jindem, idur lura lejn Alla, u jfieq permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu hija waħda mill-iktar esperjenzi ta’ ferħ li xi ħadd jista’ jkollu. Duttrina u Patti 18:10–13 tispjega:

“Ftakru li l-valur tal-erwieħ huwa kbir f’ħarset Alla;

“Għax, araw, il-Mulej u l-Feddej tagħkom bata l-mewt fil-ġisem; għaldaqstant huwa bata l-uġigħ tal-bnedmin kollha, sabiex il-bnedmin kollha jistgħu jindmu u jersqu lejh.

“U huwa kien qam mill-ġdid mill-imwiet, sabiex huwa jkun jista’ jġib il-bnedmin kollha lejh, b’kondizzjoni ta’ ndiema.

“U kemm hu kbir il-ferħ tiegħu fir-ruħ li tindem!”

6:18

32.4

Stqarrija, Kunfidenzjalità, u Rappurtar lil Awtoritajiet Governattivi

32.4.1

Stqarrija

L-istqarrija teħtieġ li aħna nistqarru d-dnubiet lil Missierna fis-Smewwiet. Ġesù Kristu qal, “B’dan tista’ tkun taf li bniedem nidem minn dnubietu—araw, huwa jistqarrhom u jabbandunahom” (Duttrina u Patti 58:43; ara wkoll Mosija 26:29).

Meta membri tal-Knisja jwettqu dnubiet serji, l-indiema tagħhom tinkludi wkoll stqarrija lill-isqof tagħhom jew lill-president tal-wited tagħhom. Huwa mbagħad ikun jista’ jeżerċizza l-imfietaħ tal-evanġelju tal-indiema f’isimhom (ara Duttrina u Patti 13:1; 84:26–27; 107:18, 20). Dan jgħinhom ifiqu u jirritornaw fit-triq tal-evanġelju permezz tal-qawwa Espjatorja tas-Salvatur.

L-għan tal-istqarrija huwa biex iħeġġeġ lilll-membri jinħallu mit-toqol sabiex ikun jistgħu jfittxu bis-sħiħ l-għajnuna tal-Mulej fil-bidla u l-fejqan tagħhom. L-iżvilupp ta’ “qalb niedma u spirtu sogħbien” huwa mgħejjun bi stqarrija (2 Nefi 2:7). Stqarrija voluntarja turi li persuna tixtieq li tindem.

Meta membru jistqarr dnubu, l-isqof jew il-president tal-wited jimxi fuq il-linji gwida dwar kunsill fi 32.8. Bl-għajnuna tat-talb huwa jfittex l-gwida dwar l-ambjent addattat biex jgħin lill-membru jindem (ara 32.5). Huwa jikkonsidra jekk kunsill dwar sħubija jkunx ta’ għajnuna. Jekk il-polisi tal-Knisja titlob kunsill dwar sħubija, huwa jispjega dan (ara 32.6 u 32.10).

Kultant membru jkun naqas lill-konjuġi jew xi adult ieħor. Bħala parti mill-indiema, huwa għandu normalment jistqarr ma’ dik il-persuna u jfittex il-maħfra. Xi ħadd żagħżugħ li jwettaq dnub serju huwa normalment imħeġġeġ biex jieħu parir mingħand il-ġenituri.

32.4.2.

Dnubiet Serji Li Ma Jiġux Mistqarra jew Li Huma Miċħuda

Isqof jew president tal-wited tipikament jkun jaf dwar dnub serju permezz tal-istqarrija jew minn xi persuna oħra. Huwa jista’ wkoll jirċievi suġġerimenti mingħand l-Ispirtu s-Santu dwar xi dnub potenzjalment serju. Jekk hu jħossu ispirat mill-Ispirtu li xi ħadd jista’ jkun qed jitqabad ma’ dnub, huwa jista’ jorganizza laqgħa mal-persuna. Matul din il-laqgħa, huwa jitkellem dwar il-preokkupazzjoni tiegħu b’mod ġentili u b’rispett. Huwa jevita kull ton ta’ akkuża.

Jekk membru jiċħad li għamel dnub serju li dwaru l-isqof, jew il-president tal-wited, għandu informazzjoni ta’ evidenza, xorta waħda jista’ jsir kunsill dwar sħubija. Madanakollu, impressjoni spiritwali waħedha mhix suffiċjenti biex isir kunsill (ara Duttrina u Patti 10:37). Il-mexxej jista’ jiġbor informazzjoni addizzjonali jekk ikun meħtieġ. Huwa jimxi fuq il-linji gwida fi 32.4.3 u 32.10.2.

32.4.3

Il-Ġbir ta’ Informazzjoni

Qabel ma jsir kunsill dwar sħubija, l-isqof, jew il-president tal-wited, jiġbor l-informazzjoni kollha li jkollu bżonn. L-informazzjoni mill-qrara tal-membru ta’ spiss tkun suffiċjenti. L-informazzjoni tista’ tasal ukoll minn membru tal-familja, xi mexxej ieħor tal-Knisja, xi vittma, jew xi parteċipi fid-dnub.

Meta tinġabar l-informazzjoni, l-isqof, jew il-president tal-wited, għandu juża biss dawk il-metodi li huma xierqa għal mexxejj tas-saċerdozju. M’għandux jagħmel sorveljanza fuq id-dar ta’ persuna jew jirrekordjaha mingħajr il-kunsens tagħha. Lanqas m’għandu juża xi prattika li tmur kontra l-liġi.

Akkużi foloz huma rari imma jistgħu jseħħu. Il-mexxejja tas-saċerdozju għandhom ikunu kawti meta hemm informazzjoni limitata minbarra l-kelma ta’ persuna waħda. Per eżempju, membru li huwa akkużat b’adulterju jista’ jiċħad l-akkuża. L-iskrittura tispjega li “kull kelma se tkun stabbilita kontrih jew kontriha minn żewġ xhieda tal-knisja” (Duttrina u Patti 42:80). “Żewġ xhieda” tfisser żewġ sorsi separati ta’ informazzjoni. Dan jista’ jinkludi l-għarfien ta’ parteċipant u xi sors ieħor affidabbli. Kultant mexxej tas-saċerdozju jista’ jkollu bżonn jistenna qabel ma jaġixxi sakemm iktar informazzjoni tkun disponibbli.

Meta mexxej tal-Knisja jkun qed jiġbor l-informazzjoni għal kunsill dwar sħubija, huwa għandu jieqaf immedjatament jekk isir jaf li l-infurzar tal-liġi qiegħed attivament jinvestiga lill-membru. Dan isir biex ikunu evitati akkużi possibbli li l-mexxej seta’ jostakola l-ġustizzja. Għall parir legali dwar dawn is-sitwazzjonijiet fl-Istat Uniti u l-Kanada, il-president tal-wited jikkuntattja l-Uffiċċju tal-Konsulenza Ġenerali tal-Knisja.

1-800-453-3860, estensjoni 2-6301

1-801-240-6301

Lil hinn mill-Istat Uniti u l-Kanada, il-president tal-wited jikkuntattja liill-konsulent legali tar-reġjun fl-uffiċċju tar-reġjun.

Normalment kunsill dwar sħubija ma jsirx biex jikkonsidra mġiba li tkun qed tiġi eżaminata quddiem qorti ċivili jew kriminali sakemm il-qorti ma jkunx wasal għall-ġudizzju finali. F’xi każi jaf ukoll ikun propizju li wieħed jittardja l-kunsill dwar sħubija sakemm l-perjodu tal-appell legali ikun skada jew l-appell ikun ġie miċħud.

32.4.4.

Kunfidenzjalità

L-Isqfijiet, presidenti tal-wited, u l-kunsillieri tagħhom għandhom dmir sagru li jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali kollha li tkun ingħatatilhom. Din l-informazzjoni tista’ tasal waqt intervisti, laqgħat ta’ kunsill, u qrar. L-istess dmir ta’ kunfidenzjalità japplika għal dawk kollha li jieħdu sehem fil-kunsilli dwar sħubija. Il-kunfidenzjalità hija essenzjali għaliex il-membri jistgħu ma jistqarrux id-dnubiet jew ma jfittxux gwida jekk dak li jgħidu ma jinżammx kunfidenzjali. Il-ksur ta’ kunfidenzjalità jittradixxi l-fiduċja tal-membri u jġegħilhom jitilfu l-kunfidenza fil-mexxejja tagħhom.

B’konsistenza mad-dmir tagħhom tal-kunfidenzjalità, l-isqof, il-president tal-wited, jew il-kunsillieri tagħhom jistgħu jaqsmu ma’ ħaddieħor din l-informazzjoni bil-modi li ġejjin biss:

  • Jenħtieġ li jikkonsultaw mal-president tal-wited tal-membru, mal-president tal-missjoni, jew mal-isqof dwar jekk għandhomx jagħmlu kunsill dwar sħubija u kwistjonijiet relatati. Il-president tal-wited jista’ wkoll jikkonsulta mas-Sebgħin Reġjonali assenjat lilu. Jekk hu meħtieġ, is-Sebgħin Reġjonali jirreferi l-president tal-wited lill-Presidenza Reġjonali. Huwa biss il-president tal-wited li jiddeċiedi jekk il-kunsill għandux jsir u r-riżultat tiegħu.

  • Il-persuna timxi f’qasam ġdid (jew il-mexxej tas-saċerdozju huwa rilaxxat) sakemm l-azzjoni dwar sħubija jew tħassib ieħor serju huma pendenti. F’dawn il-każi, il-mexxej jinnotifika lill-isqof il-ġdid jew l-president tal-wited dwar it-tħassib jew azzjoni pendenti (ara 32.14.7). Huwa jinforma wkoll lill-mexxej jekk il-membru jista’ jkun ta’ theddida lil oħrajn.

  • Isqof jew president tal-wited isir jaf li membru tal-Knisja li jgħix barra mill-qasam jew il-wited seta’ kien involut fi dnub serju. F’dak il-każ, huwa jikkuntattja b’kunfidenzjalità l-isqof tal-membru.

  • Huwa neċessarju li tikxef informazzjoni matul il-kunsill dwar sħubija. Kull informazzjoni miġbura u mogħtija bħala parti mill-kunsill dwar sħubija hija kunfidenzjali.

  • Membru jagħżel li jagħti permess lill-mexxej biex jaqsam l-informazzjoni ma’ persuni speċifiċi. Dawn jistgħu jinkludu ġenituri, mexxejja tal-Knisja, jew oħrajn li jistgħu joffru sapport. Il-mexxej ma jagħtix informazzjoni iktar mill-permess li l-membru jkun ta.

  • Jista’ jkun meħtieġ li tingħata informazzjoni limitata dwar id-deċiżjoni ta’ kunsill dwar sħubija (ara 32.12.2).

F’kull sitwazzjoni oħra, il-mexxej għandu jirreferi għal 32.4.5. Dawn il-każijiet jinkludu meta l-liġi tista’ titlob li xi reat, bħal per eżempju abbuż tat-tfal, għandu jkun rapportat lill-awtoritajiet tal-gvern.

Sabiex tassisti lil mexxejja fil-protezzjoni tagħhom ta’ oħrajn u biex jikkonformaw mal-liġi, il-Knisja tipprovdi għajnuna minn professjonisti mħarrġa. Sabiex jirċievu din il-gwida, il-mexxejja minnufih iċemplu lill-help line tal-Knisja dwar abbuż fejn huwa disponibbli (ara 32.4.5 u 38.6.2.1). Fejn dan mhux disponibbli, il-president tal-wited jikkuntattja l-konsulent legali tar-reġjun fl-uffiċċju tar-reġjun tiegħu.

Huwa biss f’sitwazzjoni waħda li l-isqof, jew il-president tal-wited, għandu jiżvela informazzjoni kunfidenzjali mingħajr ma l-ewwel ifittex gwida. Dan jiġri meta l-iżvelar huwa neċessarju biex jipprevjeni ħsara li tqiegħed ħajja fil-periklu jew korriment serju u m’hemmx żmien biex wieħed ifittex gwida. F’każi bħal dawn, id-dmir li tipproteġi lil oħrajn huwa iktar importanti mid-dmir tal-kunfidenzjalità. Il-mexxejja għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet ċivili immedjatament.

Jekk il-mexxejja jżommu noti jew jikkomunikaw ma’ xulxin eletronikament, għandhom jissalvagwardjaw l-aċċess għal din l-informazzjoni. Huma jħassru jew jiddistruġġu l-informazzjoni meta ma jeħtiġuhiex iktar. Ma jxerrdux informazzjoni personali bla ħtieġa.

L-awtoritajiet ċivili jistgħu jisfidaw il-kunfidenzjalità meħtieġa minn mexxej tas-saċerdozju. Jekk dan iseħħ fl-Istat Uniti u l-Kanada, il-president tal-wited jieħu parir legali mill-Uffiiċċju tal-Konsulent Ġenerali tal-Knisja:

1-800-453-3860, estensjoni 2-6301

1-801-240-6301

Lil hinn mill-Istat Uniti u l-Kanada, il-president tal-wited jikkuntattja l-konsulent legali tar-reġjun fl-uffiċċju reġjonali.

32.4.5

Nirrapportaw lil Awtoritajiet Governattivi

Xi nies li qed jindmu jkunu kisru liġijiet ċivili jew kriminali. F’xi każi, l-awtoritajiet ġenerali mhumiex konxji ta’ dan. L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited jinkuraġġixxu lil membri biex jimxu fuq il-liġi u jirrapportaw affarijiet bħal dawn meta meħtieġ. Il-mexxejja jagħtu wkoll parir lill-membri biex huma jiksbu parir legali kompetenti meta jkunu qed jirrapportaw. Il-polisi tal-Knisja hija li tobdi l-liġi.

F’ħafna postijiet, il-mexxejja tas-saċerdozju huma meħtieġa bil-liġi biex jirrapportaw xi mġiba illegali li tagħha jkollhom għarfien. Per eżempju, xi stati u pajjiżi jitolbu li abbuż ta’ tfal ikun irrapportat lill-awtoritajiet fuq l-infurzar tal-liġi.

F’xi pajjiżi, il-Knisja stabbiliet help line kunfidenzjali dwar abbuż biex jassisti lill-isqfijiet u lill-presidenti tal-wited. Dawn il-mexxejja għandhom minnufih iċemplu fuq il-help line dwar kull sitwazzjoni li fiha persuna setgħet ġiet abbużata—jew hija f’riskju li tiġi abbużata (ara 38.6.2.1). Dan hu disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

F’pajjiżi li m’għandhomx help line, isqof li jsir jaf b’abbuż għandu jikkuntattja lill-president tal-wited tiegħu, li għandu jistaqsi għal direzzjoni mill-konsulent legali tar-reġjun fl-uffiċċju reġjonali.

Għal iktar informazzjoni dwar rappurtar ta’ abbuż, ara 38.6.2.1 u 38.6.2.7.


NIDDETERMINAW L-AMBJENT BIEX NGĦINU PERSUNA TINDEM


32.5

Ambjenti biex Ngħinu Persuna Tindem

Wara li jsir konxju li membru wettaq dnub serju, isqof, jew president tal-wited, jieħu passi biex jipproteġi lil oħrajn. Huwa jistaqsi wkoll għall-gwida tal-Ispirtu s-Santu biex jidditermina l-ambjent biex jgħin lill-persuna tindem u tersaq eqreb lejn is-Salvatur.

32.5.1.

Ħarsa Ġenerali tal-Ambjenti

It-tabella li ġejja tagħti lista ta’ tliet ambjenti biex tgħin persuna tindem. Tagħti wkoll taqsira ta’ wħud mill-konsiderazzjonijiet għal mexxejja meta qed jiddeċiedu liema ambjent jużaw.

Ambjenti biex Tgħin Persuna Tindem

Ambjent

Xi Konsiderazzjonijiet (ara wkoll 32.7)

Ambjent

Kunsill tal-Wited dwar Sħubija

Xi Konsiderazzjonijiet (ara wkoll 32.7)

  • Għal membri li rċevew id-dota tat-tempju.

  • Huwa meħtieġ jekk raġel jew mara li huma dotati aktarx ħa jkollhom l-isħubija tiegħu jew tagħha fil-Knisja irtirata għal kwalunkwe dnub serju meqjusin fi 32.6.1, 32.6.2, jew 32.6.3.

Ambjent

Kunsill tal-Qasam dwar Sħubija

Xi Konsiderazzjonijiet (ara wkoll 32.7)

  • Għal kwalunkwe membru.

  • Huwa meħtieġ għal dnubiet serji meqjusin fi 32.6.1.

  • Jista’ jkun meħtieġ għad-dnubiet u azzjonijiet serji meqjusin fi 32.6.2 u 32.6.3.

  • Mhuwiex suffiċjenti jekk raġel jew mara li ġew dotati aktarx ħa jkollhom l-isħubija tiegħu jew tagħha fil-Knisja irtirati għad dnubiet jew azzjonijiet serji kollha meqjusin fi 32.6.1, 32.6.2, jew 32.6.3.

Ambjent

Kunsill Personali (ara 32.8)

Xi Konsiderazzjonijiet (ara wkoll 32.7)

  • Għal kull membru.

  • Jista’ jinkludi restrizzjonijiet informali fuq sħubija fil-Knisja.

  • Jista’ ma jkunx suffiċjenti għal dnubiet jew azzjonijiet serji li għalihom kunsill dwar sħubija ħa jkun ta’ għajnuna fil-proċess ta’ ndiema (ara 32.6.2 u 32.6.3).

  • Mhuwiex suffiċjenti għal dnubiet serji li jeħtieġu kunsill dwar sħubija (ara 32.6.1).

  • Mhuwiex suffiċjenti jekk raġel jew mara li ġew dotati aktarx ħa jkollhom l-isħubija tiegħu jew tagħha fil-Knisja irtirati għad dnubiet jew azzjonijiet serji kollha meqjusin fi 32.6.1, 32.6.2, jew 32.6.3.

Kunsill personali u restrizzjonijiet informali mill-isqof jew il-president tal-wited huma xi drabi insuffiċjenti biex jgħinu persuna tindem minn dnubiet serji. Il-Mulej ipprovda kunsilli dwar sħubija biex jassistu mħallef f’Iżrael f’dawn is-sitwazzjonijiet. (Ara Eżodu18:12–27; Mosija 26:29–36; Duttrina u Patti 42:80–83102.) Għal xi dnubiet serji, kunsill huwa meħtieġ bil-polisi tal-Knisja (ara 32.6.1). Il-ksur tal-patti tat-tempji jżid il-probabbiltà ta’ ħtieġa ta’ kunsill dwar sħubija (ara 32.7.4).

F’qasam, il-kunsillieri tal-isqof jassistu f’kunsilli dwar sħubija. F’wited, ikunu l-kunsilliera tal-president tal-wited li jassistu. F’xi kunsilli tal-wited dwar sħubija, il-kunsill għoli jipparteċipa wkoll (ara 32.9.2). F’kunsill dwar sħubija, il-veskovat jew il-presidenza tal-wited jiltaqa’ mal-persuna fi spirtu ta’ mħabba.

32.5.2

Determinazzjoni tal-Ambjent u ż-Żmien

Meta tkun qed tiddeċiedi liema minn dawn l-ambjenti se jgħin l-iktar persuna biex tindem, il-mexxejja jistaqsu għall-gwida tal-Ispirtu s-Santu. Huma jikkunsidraw ukoll il-fatturi li ġejjin:

  • Is-severità tad-dnub u l-polisi tal-Knisja dwar jekk kunsill huwa meħtieġ (ara 32.6)

  • Iċ-ċirkostanzi tal-persuna (ara 32.7)

Isqof jiddiskuti mal-president tal-wited dwar sitwazzjonijiet speċifiċi. Jenħtieġ li huwa jirċievi approvazzjoni mill-president tal-wited qabel ma jagħmel kunsill dwar sħubija.

Fil-każ ta’ kwistjonijiet diffiċli, il-president tal-wited jista’ jitlob il-parir mis-Sebgħin Reġjonali assenjat lilu. Jenħtieġ li l-president tal-wited jiddiskuti mal-Presidenza Reġjonali dwar kwistjonijiet imsemmija fi 32.6.3. Madanakollu, huwa biss il-president tal-wited li jiddeċiedi jekk għandux isir kunsill biex jindirizza l-imġiba. Jekk isir kunsill, il-president tal-wited jew l-isqof jiddeċiedi dwar l-eżitu.

Jekk isqof jew president tal-wited jiddetermina li kunsill personali huwa suffiċjenti, huwa jimxi fuq il-linji gwida fi 32.8. Jekk huwa jiddetermina li kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ, jew jekk il-polisi tal-Knisja tirrikjedi kunsill, dak li jmexxih jimxi fuq il-proċeduri fi 32.9–32.14.

Qabel ma jagħmel kunsilll, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jiddetermina li restrizzjonijiet informali fuq sħubija huma l-aqwa ħaġa għal xi żmien. Huwa jagħmel kunsill meta dan ikun l-aqwa ħaġa biex iħeġġeġ ndiema sinċiera mill-membru. Madanakollu, m’għandux jittardja kunsill jekk huwa meħtieġ biex jiġu protetti oħrajn.

32.6

Is-Severità tad-Dnub u l-Polisi tal-Knisja

Is-severità tad-dnub hija konsiderazzjoni importanti fid-determinazzjoni tal-ambjent li se (1) jgħin biex jiġu protetti oħrajn u (2) jgħin biex persuna tindem. Il-Mulej qal li Hu “ma jistax iħares lejn id-dnub bl-inqas grad ta’ konċessjoni” (Duttrina u Patti1:31; ara wkoll Mosija 26:29). Il-qaddejja tiegħu m’għandhomx jinjoraw evidenza ta’ dnub serju.

Dnubiet serji huma offiża deliberata u maġġuri kontra l-liġijiet ta’ Alla. Kategoriji ta’ dnubiet serji jissemmew hawn taħt.

  • Atti u abbuż vjolenti (ara 32.6.1.1 u 32.6.2.1)

  • Immoralità sesswali (ara 32.6.1.2 u 32.6.2.2)

  • Atti ta’ frodi (ara 32.6.1.3 u 32.6.2.3)

  • Ksur ta’ fiduċja (ara 32.6.1.4 u 32.6.2.4)

  • Xi għemejjel oħra (ara 32.6.1.5 u 32.6.2.5)

Is-sezzjonijiet li ġejjin jiddiskrivu meta kunsill dwar sħubija huwa rikjest, meta jista’ jkun meħtieġ, u meta mhuwiex meħtieġ.

32.6.1.

Meta Jenħtieġ Kunsill Dwar Sħubija

L-isqof, jew il-president tal-wited, għandu jagħmel kunsill dwar sħubija meta informazzjoni tindika li xi membru seta’ wettaq wieħed mid-dnubiet deskritti f’din is-sezzjoni. Għal dawn id-dnubiet, kunsill huwa rikjest irrispettivament tal-livell ta’ maturità spiritwali u għarfien tal-evanġelju li jkollu l-membru.

Ara 32.11 għal eżiti potenzjali ta’ kunsilli li huma msejħin għad-dnubiet imniżżlin f’din is-sezzjoni. Restrizzjonijiet informali dwar sħubija mhumiex għażla għal dawn il-kunsilli.

32.6.1.1

Atti u Abbużi Vjolenti

Qtil. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk membru joqtol lil xi ħadd. Kif użata hawnhekk, qtil huwa t-teħid deliberat, mhux ġustifikat, tal-ħajja umana. L-irtirar tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna huwa meħtieġ.

Qtil ma jinkludix atti ta’ pulizija jew militari waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. L-abort mhuwiex definit bħala qtil f’dan il-kuntest. Jekk il-mewt ġiet ikkawżata b’aċċident jew b’difiża tal-persuna stess jew ta’ oħrajn, it-teħid ta’ ħajja umana jista’ ma jiġix definit bħala qtil. Dan jista’ jkun minnu wkoll f’sitwazzjonijiet oħrajn, bħal meta persuna għandha kapiċità mentali limitata.

Stupru. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ f’każ ta’ stupru. Kif użata hawnhekk, stupru huwa att sesswali sfurzat jew att sesswali ma’ xi ħadd li legalment ma jistax jagħti kunses minħabba kapaċità imnaqqsa, mentali jew fiżika. Kif użata hawnhekk, stupru ma jinkludix att sesswali kunsenswali bejn żewġ minorenni li huma qrib xulxin fl-età.

Kundanna ta’ Vjolenza Sesswali. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk membru jiġi kkundannat bi vjolenza sesswali.

Abbuż ta’ Tfal jew Żgħażagħ Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk persuna tabbuża minn tfal jew żgħażagħ kif spjegat fi 38.6.2.3.

Abbuż ta’ Konjuġi jew Adult Ieħor. Jeżisti spektrum ta’ severità f’imġiba abbużiva. Ara 38.6.2.4 għal meta kunsill dwar sħubija huwa rikjest fuq abbuż ta’ konjuġi jew adult ieħor.

Mġiba Vjolenti Predatorja. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk adult ripetutament iweġġa’ nies fiżikament permezz ta’ mġiba vjolenti u huwa ta’ theddida għal oħrajn.

32.6.1.2

Immoralità Sesswali

Inċest. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ fil-każ ta’ inċest kif definit fi 38.6.10. L-irtirar tas-sħubija ta’ persuna mill-Knisja huwa rikjest kważi dejjem.

Pornografija tat-Tfal. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk persuna hija involuta f’pornografija tat-tfal kif spjegat fi 38.6.6.

Żwieġ Plurali. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk persuna b’mod konxju jidħol fi żwieġ plurali. Xi żwiġijiet plurali jistgħu jseħħu b’mod sigriet, meta konjuġi ma jkunx jaf b’konjuġi oħrajn, wieħed jew iżjed. L-irtirar tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna hija meħtieġa jekk persuna b’mod konxju tidħol fi żwieġ plurali.

Mġiba Vjolenti Predatorja. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk adult ripetutament iweġġa’ lil nies sesswalment u huwa ta’ theddida għal oħrajn.

32.6.1.3

Atti ta’ Reat

Mġiba Finanzjarja Predatorja. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk xi ħadd adult deliberatament u ripetutament għamel ħsara finanzjarja lin-nies u hu ta’ theddida għal oħrajn (ara 38.6.2.4). Dan jinkludi frodi ta’ investiment u attivitajiet simili. Telf finanzjarju mhux intenzjonat b’riżultat ta’ kundizzjonijiet ekonomiċi mhuwiex meqjus frawdolenti. Jekk hemm involuta xi litigazzjoni, il-mexxejja tas-saċerdozju jistgħu jiddeċiedu li jistennew sakemm l-eżitu jkun finali. Ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’serq ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja.

32.6.1.4

Vjolazzjonijiet ta’ Fiduċja

Dnub Serju Waqt li Jkollok Pożizzjoni Prominenti fil-Knisja. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ jekk xi membru jwettaq dnub serju waqt li jkollu pożizzjoni serja. Dawn jinkludu Awtorità Ġenerali, Uffiċjali Ġenerali tal-Knisja, Sebgħin Reġjonali, president jew matrona tat-tempju, president tal-missjoni jew kumpann tiegħu, president tal-wited, patrijarka, jew isqof. Dan ma japplikax għall-presidenti tal-fergħa. Madanakollu, il-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja ta’ president tal-fergħa jistgħu jiġu ristretti jew irtirati bl-istess mod bħal fil-każ ta’ membri oħrajn.

32.6.1.5

Xi Għemejjel Oħrajn

Kundanna fuq Reati. Kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ fil-maġġorparti tal-każi meta persuna hija kkundannata fuq xi reat.

32.6.2

Meta Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ

Kunsill ta’ sħubija jista’ jkun meħtieġ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin.

32.6.2.1

Atti u Abbużi Vjolenti

Il-Mulej ikkmanda, “La … toqtolx, u la tagħmel xejn li jixbhu” (Duttrina u Patti 59:6; korsiv miżjud). Atti u abbużi vjolenti li għalihom kunsill dwar sħubija jaf ikun meħtieġ jinkludu (iżda mhumiex limitati għal) dawk imniżżlin hawn taħt.

Attentat ta’ Qtil. Deliberatament tipprova toqtol lil xi ħadd.

Abbuż sesswali, inkluż Assalt u Fastidju. L-abbuż sesswali jkopri firxa wiegħsa ta’ għemejjel (ara 38.6.18). Kunsill dwar sħubija jista’ jkun meħtieġ għal persuna li assalta jew abbuża lil xi ħadd sesswalment. Kunsill jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv. Ara 38.6.18.3 għal meta kunsill huwa meħtieġ.

Abbuż ta’ Konjuġi jew Adult Ieħor. Jeżisti spektrum ta’ severità ta’ mġiba abbużiva (ara 38.6.2.4). Kunsill dwar sħubija jista’ jkun meħtieġ għal persuna li abbużat konjuġi jew adult ieħor. Kunsill jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv. Ara 38.6.2.4 dwar meta kunsill huwa rikjest.

32.6.2.2

Immoralità sesswali

Il-liġi tal-Mulej dwar il-kastità hija astinenza minn relazzjonijiet sesswali barra miż-żwieġ legali bejn raġel u mara (ara Eżodu 20:14; Duttrina u Patti 63:16). Kunsill dwar sħubija jaf ikun meħtieġ fil-każ ta’ immoralità sesswali kif deskritt fi 38.6.5. F’dawn is-sitwazzjonijiet, jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv. Ara 32.6.1.2 għal meta kunsill huwa rikjest.

32.6.2.3

Għemejjel ta’ Reat

L-Għaxar Kmandamenti jgħallmu, “La tisraqx” jew “La tagħtix xhieda qarrieqa kontra għajrek” (Eżodu 20:15–16). Kunsill dwar sħubija jaf ikun meħtieġ fil-każ ta’ serq, serq domestiku, approprjazzjoni ta’ fondi, sperġur, u frodi. Ara 38.8.2 għal frodi ta’ affinità. F’dawn is-sitwazzjonijiet, jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv.

Ara 38.8.2 għal frodi ta’ affinità. Ara 32.6.1.3 għal meta kunsill huwa rikjest għal atti ta’ frodi. Ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja.

32.6.2.4

Ksur ta’ Fiduċja

Kunsill dwar sħubija jaf ikun meħtieġ jekk membru:

  • Jikkommetti dnub serju waqt li jkollu pożizzjoni ta’ awtorità jew fiduċja fil-Knisja jew fil-komunità.

  • Jikkommetti dnub serju li jkun magħruf minn bosta.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv.

Ara 32.6.1.4 għal meta kunsill huwa rikjest. Ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja.

32.6.2.5

Xi Għemejjel Oħra

Is-Sultan Benjamin għallem, “Jien ma nistax ngħidilkom kull ħaġa li permezz tagħha tistgħu taqgħu fid-dnub; għaliex hemm diversi modi li saħansitra lanqas jiena ma nista’ nsemmihom kollha.” (Mosija 4:29). Kunsill jaf ikun meħtieġ jekk persuna:

  • Turi xejra ta’ xi ħadd li jikkommetti dnubiet serji (ara Duttrina u Patti 82:7).

  • Deliberatament tabbanduna responsabbiltajiet tal-familja, inkluż nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment u alimenti tat-tfal.

  • Thedded vjolenza fiżika, sew in persuna, sew onlajn (ara 32.2.1).

  • Tbigħ drogi illegali.

  • Tikkommetti atti kriminali oħrajn.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, jaf ikun iktar meħtieġ sabiex jgħin membru jindem jekk hu jew hi kiser jew kisret patti tat-tempju jew jekk id-dnub huwa ripetittiv.

Kunsill dwar sħubija jaf ikun meħtieġ jekk membru jikkommetti, iwettaq, jirranġa, iħallas, jew iħeġġeġ abort. Ara 38.6.1 għal linji gwida.

Meta Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest jew Jista’ Jkun Meħtieġ

Tip ta’ Dnub

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

Tip ta’ Dnub

Atti u Abbużi Vjolenti

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

  • Qtil

  • Stupru

  • Kundanna ta’ vjolenza sesswali

  • Abbuż ta’ tfal jew żgħażagħ

  • Mġiba vjolenti predatorja

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

  • Attentat ta’ qtil

  • Abbuż sesswali, inkluż vjolenza u fastidju (ara 38.6.18 għal meta kunsill huwa rikjest)

  • Abbuż ta’ konjuġi jew adult ieħor (ara 38.6.2.4 għal meta kunsill huwa rikjest)

Tip ta’ Dnub

Immoralità sesswali

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

  • Inċest

  • Pornografija tat-tfal

  • Żwieġ plurali

  • Mġiba vjolenti predatorja

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

  • Adulterju, fornikazzjoni, relazzjonijiet tal-istess sess, u relazzjonijiet sesswali oħra barra żwieġ legali bejn raġel u mara, inkluż inkontri sesswali onlajn jew permezz tat-telefon

  • Il-koabitazzjoni, l-unjonijiet u sħubija ċivili, u żwieġ bejn nies tal-istess sess

  • Użu intensiv u kompulsiv ta’ pornografija li kkawżat ħsara sinifikanti liż-żwieġ jew lill-familja ta’ xi membru

Tip ta’ Dnub

Għemejjel ta’ Reat

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

  • Mġieba predatorja finanzjarja, bħal frodi jew attivitajiet simili (ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja)

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

  • Serq, serq domestiku, jew approprjazzjoni ta’ fondi (ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja)

  • Sperġur

Tip ta’ Dnub

Ksur ta’ Fiduċja

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

  • Dnub serju meta tkun f’pożizzjoni prominenti fil-Knisja

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

  • Dnub serju waqt li jkollu pożizzjoni ta’ awtorità jew fiduċja fil-Knisja jew fil-komunità (ara 32.6.3.3 jekk membru kien involut f’approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja)

  • Dnub serju li hu magħruf minn bosta

Tip ta’ Dnub

Xi Għemejjel Oħra

Kunsill Dwar Sħubija Huwa Rikjest (ara 32.6.1)

  • Il-biċċa l-kbira ta’ kundanni fuq reati

Kunsill Dwar Sħubija Jista’ Jkun Meħtieġ (ara 32.6.2)

  • Abort (ħlief meta tapplika eċċezzjoni fi 38.6.1)

  • Xejra ta’ dnubiet serji

  • Negliġenza deliberata ta’ responsabbiltajiet tal-familja, inkluż nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment u alimenti tat-tfal

  • Bejgħ ta’ drogi illegali

  • Atti serji kriminali oħrajn

32.6.3

Meta l-President tal-Wited Jiddiskuti mal-Presidenza tar-Reġjun dwar Jekk Kunsill Dwar Sħubija jew Azzjoni Oħra Hija Meħtieġa

Xi sitwazzjonijiet jeħtieġu iktar sensittività u gwida. Sabiex ikun jaf kif l-aħjar li jgħin, jenħtieġ li l-president tal-wited jiddiskuti mal-Presidenza Reġjonali dwar kwistjonijiet imsemmija f’din is-sezzjoni. Madanakollu, huwa biss il-president tal-wited li jiddeċiedi jekk għandhux isir kunsill biex jindirizza l-imġiba. Jekk isir kunsill, il-president tal-wited, jew l-isqof, jiddeċiedi dwar l-eżitu.

Jekk isir kunsill dwar sħubija dwar waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżlin f’din is-sezzjoni, id-deċiżjoni tal-kunsill trid tkun “igawdi status tajjeb”, “restrizzjonijiet formali fuq sħubija,” jew “irtirar ta’ sħubija.” L-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza hija rikjesta biex jitneħħew restrizzjonijiet formali jew biex il-persuna tiġi riammessa fil-Knisja (ara 32.16.1, numru 9).

32.6.3.1

Azzjoni Oħra

Jekk kunsill ta’ sħubija ma jsirx, bħala azzjoni oħra jista’ jkun hemm:

  • Restrizzjonijiet informali fuq sħubija (ara 32.8.3).

  • Annotazzjoni fir-reġistru ta’ sħubija (ara 32.14.5).

  • Restrizzjonijiet ta’ ordinanzi, li jirrestrinġu lil persuna milli tirċievi jew teżerċitizza s-saċerdozju jew milli tirċievi jew tuża rakkomandazzjoni tat-tempju.

President tal-wited jiddiskuti mal-Presidenza tar-Reġjun qabel ma tittieħed xi waħda minn dawn l-azzjonijiet.

32.6.3.2

Apostasija

Kwistjonijiet ta’ apostasija ta’ spiss għandhom impatt lil hinn mill-konfini tal-qasam jew tal-wited. Jeħtieġ li jiġi indirizzati minnufih biex jiġu protetti oħrajn.

L-isqof jiddiskuti mal-president tal-wited jekk iħoss li azzjoni ta’ xi membru taf tikkostitwixxi apostasija. L-isqof, jew il-president tal-wited, jaf jagħmel restrizzjonijiet informali fuq il-membru (ara 32.8.3). Il-president tal-wited minnufih jiddiskuti mal-President tar-Reġjun. Madanakollu, huwa biss il-president tal-wited li jiddeċiedi jekk għandux isir kunsill dwar sħubija jew jekk xi azzjoni oħra hija meħtieġa.

Kif użata hawn, apostasija tirreferi għal xi membru li jinvolvi ruħu f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

  • Ripetutament jaġixxi f’oppożizzjoni pubblika, fid-deher u deliberata, kontra l-Knisja, id-duttrina tagħha, il-polisis tagħha, jew il-mexxejja tagħha.

  • Jippersisti billi jgħallem bħala d-duttrina tal-Knisja dik li mhix duttrina tal-Knisja wara li jkun ikkoreġut mill-isqof jew mill-president tal-wited.

  • Juri xejra li jaħdem b’intenzjoni biex idgħajjef il-fidi u l-attività tal-membri tal-Knisja.

  • Jibqa’ jimxi wara tagħlim ta’ setet apostati wara li jkun ikkoreġut mill-isqof jew mill-president tal-wited.

  • Formalment jingħaqad ma’ knisja oħra u jippromwovi t-tagħlim tagħha (l-inattività totali fil-Knisja jew li tattendi knisja oħra fihom infushom ma jikkostitwixxux apostasija). Madanakollu, jekk membru jingħaqad formalment ma’ knisja oħra u jsostni t-tagħlim tagħha, l-irtirar tas-sħubija tiegħu jew tagħha jista’ jkun meħtieġ.)

Is-Salvatur għallem lin-Nefiti li jeħtieġ li huma jibqgħu jimministraw lil persuna li dinbet. “Iżda jekk hu ma jindimx hu ma jingħaddx fost il-poplu tiegħi, ħalli ma jkunx jista’ jeqred lill-poplu tiegħi” (3 Nefi 18:31).

32.6.3.3

Approprjazzjoni ta’ Fondi tal-Knisja

Jekk membru iwettaq approprjazzjoni ta’ fondi tal-Knisja, il-president tal-wited jieħu parir mingħand il-Presidenza tar-Reġjun rigward jekk kunsill dwar sħubija jew azzjoni oħra hija meħtieġa. Il-mexxejja jikkonsidraw:

  • L-ammont li tiegħu twettqet approprjazzjoni.

  • Jekk l-approprjazzjoni kinitx ta’ darba jew ripetuta.

  • Jekk seħħx il-ħlas lura tagħha.

  • Il-livell tar-rimors tal-persuna.

  • Il-pożizzjoni li għandu l-membru (ara 32.6.1.4 għal membri li għandhom pożizzjoni prominenti fil-Knisja).

Il-president tal-wited jirrapporta wieħed minn dawn li ġejjin fi Riżorsi għall-Mexxej u l-Iskrivan:

  • Ir-riżultati ta’ kunsill dwar sħubija

  • Li ħa parir mingħand il-Presidenza tar-Reġjun u ddeċieda li kunsill dwar sħubija ma kienx meħtieġ.

Jekk id-Dipartiment tal-Awditjar tal-Knisja jiddiċiedi li mexxej jew impjegat tal-Knisja wettaq approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja, l-Ewwel Presidenza ġeneralment tagħti direzzjoni li titniżżel annotazzjoni fir-reġistru tas-sħubija tiegħu jew tagħha. “Mexxej” huwa il- persuna li għandha pożizzjoni prominenti fil-Knisja, kif ukoll kunsilliera, skrivani, u presidenza tal-fergħa. Meta l-indiema tkun sħiħa, president tal-wited jista’ jitlob għat-tneħħija tal-annotazzjoni (ara 32.14.5 u 34.7.5). Annotazzjoni ma tfissirx li sar kunsill dwar sħubija jew ttieħdet xi azzjoni oħra.

32.6.3.4

PersuniTransġeneru

Isqfijiet u presidenti tal-wited li jaħdmu ma’ persuna li jidentifikaw bħala transġeneru għandhom jimxu wara l-linji gwida fi 38.6.23.

32.6.4

Meta Kunsill Dwar Sħubija Mhuwiex Normalment Meħtieġ

Kunsill ta’ sħubija huwa normalment meħtieġ fis-sitwazzjonijiet li ġejjin.

32.6.4.1

Nuqqas ta’ Konformità ma’ Wħud mill-Istandards tal-Knisja

Kunsill ta’ sħubija ma jsirx għall-azzjonijiet imniżżlin hawn taħt. Madanakollu, innutaw l-eċċezzjoni fl-aħħar punt imsemmi.

  • Nuqqas ta’ attività fil-Knisja

  • Ma twettaqx dmirijiet tal-Knisja

  • Ma tħallasx id-dieċmi

  • Dnubiet ta’ ommissjoni

  • Masturbazzjoni

  • Nuqqas ta’ konformità mal-Kelma tal-Għerf

  • L-użu tal-pornografija, ħlief għal pornografija tat-tfal (kif spjegat fi 88.6.6) jew użu intensiv jew kompulsiv ta’ pornografija li kkawża ħsara liż-żwieġ jew lill-familja tal-membru (kif spjegat fi 38.6.13).

32.6.4.2

Fallimenti ta’ Negozju jew Nuqqas ta’ Ħlas ta’ Djun

Il-mexxejja m’għandhomx jużaw kunsilli dwar sħubija biex isibu riżoluzzjoni ta’ tilwin finanzjarju. Fallimenti ta’ negozju jew nuqqas ta’ ħlas ta’ djun mhumiex raġunijiet biex isiru kunsilli ta’ sħubija. Madanakollu, għandu jsir kunsill f’każ ta’ attivitajiet ta’ approprjazzjoni jew prattiċi serji oħrajn ta’ ingann finanzjarju (ara 32.6.1.3).

32.6.4.3

Tilwim Ċivili

Kunsilli ta’ sħubija ma jsirux biex jirrisolvu tilwim ċivili (ara Duttrina u Patti 134:11).

32.7

Ċirkostanzi tal-Persuna

Il-Mulej qal, “Dan huwa drieghi kollu ħniena lest għalikom, u kull min jiġi, lilu jiena nilqa’; u mberkin dawk li jiġu għandi.” (3 Nefi 9:14). Iċ-ċirkostanzi ta’ persuna huma konsiderazzjonijiet importanti biex jiġi deċiż:

  • L-ambjent addattat biex tgħinha tindem minn dnubiet serji (ara 32.5 u 32.6).

  • Id-deċiżjonijiet meħuda f’counseling personali jew f’kunsilli dwar sħubija (ara 32.8 u 32.11).

L-isqfijiet u l-presidenti tal-wited ifittxu l-moħħ u r-rieda tal-Mulej għal kull sitwazzjoni. Huma jqisu l-fatturi li ġejjin biex jiddeterminaw liema ambjent għandhom jużaw u x’se jkun l-eżitu. Dawn il-fatturi ma jiddettawx xi deċiżjoni partikolari. Anzi, huma għajnuniet biex iwasslu għal deċiżjoni li l-mexxejja jridu jieħdu bl-għajnuna tat-talb u kif jiġu ggwidati mill-Ispirtu.

32.7.1

Kobor tad-Dnub

Is-serjetà tad-dnub tiitqies skont il-kobor tiegħu. Dan jista’ jinkludi n-numru u l-frekwenza ta’ dnubiet imwetttqin, is-severità tal-ħsara kkawżata minnhom, u n-numru ta’ nies imweġġgħin minnhom.

32.7.2

L-Interessi tal-Vittma

Il-mexxejja jikkonsidraw l-interessi tal-vittmi u oħrajn. Dawn jistgħu jinkludu l-konjuġi tal-persuna u membri oħra tal-familja. Il-mexxejja jikkonsidraw ukoll is-severità tal-ħsara.

32.7.3

Evidenza ta’ Ndiema

Il-gwida spiritwali hija meħtieġa biex wieħed jagħraf jekk persuna nidmitx sinċerament. Indiema bħal din tidher b’iktar konvinzjoni permezz ta’ għemejjel tajbin matul iż-żmien aktar milli minn niket qawwi matul laqgħa waħda. Fatturi li għandhom jiġu kkonsidrati huma:

  • Il-qawwa tal-fidi f’Ġesù Kristu.

  • In-natura tal-istqarrija

  • Il-profondità tan-niket għad-dnub.

  • Ir-restituzzjoni lil persuni inġurjati.

  • Il-ħarsien ta’ rekwiżiti legali.

  • Is-suċċess biex id-dnub jiġi abbandunat.

  • Il-lealtà biex jiġu obduti l-kmandamenti minn meta sar id-dnub.

  • L-onestà mal-mexxejja tal-Knisja u oħrajn.

  • Ir-rieda li timxi wara l-pariri tal-mexxejja tal-Knisja.

mara titlob

32.7.4

Ksur ta’ Patti tat-Tempju

Il-Mulej iddikkjara, “Għax mingħandu, li ngħata ħafna, ħafna hu meħtieġ” (Duttrina u Patti 82:3). Persuna li rċeviet id-dotazzjoni tat-tempju għamlet patti li tgħix standard ogħla. Il-ksur ta’ dawn il-patti jkabbar is-serjetà tad-dnub. Dan iżid il-possibbiltà li jkun jenħtieġ kunsill dwar sħubija.

32.7.5

Pożizzjoni ta’ Fiduċja jew Awtorità

Is-serjetà tad-dnub hija kbira jekk il-persuna li wettqitu kienet f’pożizzjoni ta’ fiduċja jew awtorità, bħal ġenitur, mexxej, jew għalliem.

32.7.6

Ripetizzjoni

Xeħta li tirrepeti l-istess dnub serju tista’ tindika mġiba jew vizzju ta’ għeruq profondi li timpedixxi progress lejn ndiema vera. Minbarra restrizzjonijiet fuq sħubija li jafu jkunu neċessarji, programmi ta’ fejqan mill-vizzju u kunsill professjonali jistgħu jkunu ta’ għajnuna (ara 32.8.2).

32.7.7

Età, Maturità, u Esperjenza

Il-mexxejja jikkonsidraw l-età, il-maturità, u l-esperjenza meta qed jagħtu parir lil xi membru jew qed jiddeċiedu l-eżitu ta’ kunsill dwar sħubija. Il-klemenza hija ta’ spiss xierqa għal dawk li huma immaturi fl-evanġelju. Per eżempju, il-klemenza taf tkun xierqa għal membri żgħażagħ li jinvolvu ruħhom f’kondotta immorali jekk jabbandunaw id-dnub u juru ndiema sinċiera. Madanakollu, azzjoni iktar serja taf tkun meħtieġa jekk jippersistu f’dik il-kondotta.

32.7.8

Kapaċità Mentali

mard mentali, vizzju, jew kapaċità mentali limitata ma tiskużax persuna li wettqet dnub serju. Madanakollu, hemm fatturi li wieħed għandu jikkonsidra. Bħala parti minn kif jgħinu persuna tindem, il-mexxejja jfittxu l-gwida tal-Mulej dwar l-għarfien tal-prinċipji tal-evanġelju li għandha l-persuna u l-livell ta’ kontabilità tagħha.

32.7.9

Stqarrija Voluntari

Stqarrija voluntari u swied il-qalb kif irid Alla għal għemejjel ta’ dak li jkun juru x-xewqa tiegħu li jindem.

32.7.10

Żmien bejn Dnub u Stqarrija

Li wieħed jistqarr huwa parti mill-indiema u m’għandux jiġi prokrastinat. Xi drabi d-dnub jiġi segwit minn perjodu twil ta’ restituzzjoni u għixien fil-fidi. Jekk membru jistqarr dnubu u ma reġax irrepetieh, dan jista’ juri li huwa abbanduna d-dnub. F’dak il-każ, stqarrija tista’ ttemm iktar milli tibda l-proċess ta’ ndiema.

32.7.11

Dnub li Jinvolvi Membri Li Jgħixu f’Oqsma jew Utied Differenti

Xi drabi membri li jwettqu dnub flimkien ikunu jgħixu f’oqsma jew utied differenti. F’din is-sitwazzjoni, il-presidenti tal-wited jieħdu parir ta’ xulxin dwar il-ħtieġa ta’ restrizzjonijiet fuq sħubija jew kunsilli dwar sħubija. Huma jiddiskutu wkoll jekk il-każ jistħoqqlux l-istess restrizzjonijiet u deċiżjonijiet ta’ kunsill jew inkella jekk hemmx kwistjonijiet oħra li jistgħu jindikaw ħtieġa għal eżiti differenti.


AMMINISTRAZZJONI TA’ KUNSILL PERSONALI


32.8

Kunsill Personali u Restrizzjonijiet Informali Dwar Sħubija

Il-kunsill personali huwa ta’ spiss suffiċjenti biex wieħed jagħmel mill-aħajr biex oħrajn ikunu protetti u biex tgħin persuna taċċessa l-qawwa feddejja tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu permezz tal-indiema. Dan it-tip ta’ kunsill jista’ wkoll jgħin lil membri jħarsu lilhom infushom minn dnubiet iktar serji. Fil-każ ta’ kunsill personali, il-mexxejja jistgħu joħolqu restrizzjonijiet informali fuq sħubija biex jgħinu membru jindem minn xi dnubiet serji (ara 32.8.3).

Dnubiet serji m’għandhomx jittieħdu b’mod leġġer (ara Duttrina u Patti 1:31). Il-ksur tal-patti tat-tempji jżid il-probabbiltà ta’ ħtieġa ta’ kunsill dwar sħubija (ara 32.7.4).

Linji gwida biex jgħinu lil mexxejja jkunu jafu meta il-kunsill u r-restrizzjonijiet informali jistgħu jkunu suffiċjenti huma mniżżlin hawn taħt (ara wkoll 32.7):

  • Persuna ma wettqitx dnub li jeħtieġ kunsill dwar sħubija (ara 32.6.1).

  • Persuna stqarret b’mod voluntarju u nidment ġenwinament.

  • Persuna qed tindem minn dnub serju li hi ma wettqitx qabel.

  • Id-dnub ta’ persuna ma kisirx patti tat-tempju.

  • Persuna għandha ċirkostanzi sinifikanti li jimmitigaw.

32.8.1

Kunsill Personali

Il-linji gwida li ġejjin japplikaw meta isqof jew president tal-wited qed jagħti parir lil membru biex jgħinu jindem.

  • Staqsi biss għal informazzjoni biżżejjed biex tiddetermina (1) l-attitudni tal-membru lejn l-imġiba tad-dnub u (2) in-natura, il-frekwenza, u kemm ilha għaddejja din l-imġiba. Tistaqsix għal iktar dettalji milli għandek bżonn biex tifhem is-sitwazzjoni. Tistaqsix mistoqsijiet li ġejjin minn kurżità personali.

  • Staqsi kif il-kondotta affettwat lil oħrajn.

  • Iffokka fuq kundizzjonijiet pożittivi li japprofondixxu l-konverżjoni tal-membru u l-impenn tiegħu mal-Mulej. Ħeġġeġ lill-membru biex jagħmel azzjonijiet speċifiċi biex iġib il-bidla fl-imġiba u dik fil-qalb biex jindem. Stiednu biex jersaq eqreb lejn is-Salvatur, billi jfittex il-qawwa Tiegħu u jħoss l-imħabba feddejja tiegħu.

  • Ħeġġeġ attivitajiet edifikanti bħat-talb, l-istudju tal-iskrittura, u l-attendenza ta’ laqgħat tal-Knisja. Għallem li l-istorja tal-familja u l-ħidma tat-tempju jistgħu jnaqqsu l-influwenza tal-avversarju. Ħeġġeġ s-servizz lil oħrajn u t-tixrid tal-evanġelju.

  • Ħeġġeġ li ssir restituzzjoni lil dawk li saritilhom ħsara permezz tad-dnub u li tintalbilhom maħfra

  • Ħeġġeġ li wieħed għandu jdur ’il bogħod minn influwenzi ħżiena. Għin lill-membri jieħdu azzjonijiet preventivi biex jirreżistu tentazzjonijiet speċifiċi.

  • Agħraf li inti mexxej ekkleżjastiku, u mhux counselor professjonali. Minn barra l-pariri li tipprovdi, pariri dwar imġiba jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal xi membri. Uħud isofru minn mard mentali. Jekk hemm ħtieġa, agħti parir lil membri biex jirrikorru għall-għajnuna minn professjonisti kkwalifikati fuq mediċina u fuq saħħa mentali (ara 31.3.6).

  • Irrikorri għat-talb u fittex il-gwida tal-Ispirtu qabel toħloq restrizzjonijiet informali fuq sħubija. Xi membri jistgħu jibbenefikaw meta jeżerċitaw b’mod iktar attiv il-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja milli jekk ikunu restritti.

  • Kompli segwi l-każ biex tagħmel kuraġġ, tqawwi s-saħħa spiritwali, u biex tagħmel moniteraġġ tal-progress.

Wara li membru jkun stqarr ma’ isqof jew president tal-wited, jista’ jseħħ kunsill ta’ segwitu b’diversi modi. Il-mexxej innifsu jista’ jipprovdiha. Jew inkella, bil-permess tal-membru, huwa jista’ jassenja wieħed mill-konsulenti tiegħu biex jipprovdiha.

Bil-kunsens tal-membru, isqof, jew president tal-wited, jista’ jassenja membri mill-kworum tal-presbiteri jew mis-Soċjetà tal-Għajnuna biex jassistu b’modi speċifiċi. Għaż-żgħażagħ, huwa jista’ jassenja l-presidenza tat-Tfajliet jew lill-konsulenti tal-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron biex jassistu. Dawk li huma assenjati biex jassistu huma intitolati għal ispirazzjoni biex iwettqu dak ix-xogħol (ara 4.2.6).

Meta jassenja lil xi ħadd biex jassisti b’kunsill ta’ segwitu, il-mexxej jagħti biss biżżejjed informazzjoni neċessarja biex jgħin lill-membru. Il-persuna assenjata għandu jżomm il-kunfidenzjalità. Hu jew hi jinfurmaw ukoll lill-isqof dwar il-progress u l-ħtiġijiet tal-membru.

mara titlob

32.8.2

Għajnuna lin-Nies b’Vizzji

Kunsill personali kultant tkun parti mill-għajnuna li tingħata lil membri li qed jindmu minn dnubiet relatati ma’, jew ikkawżati minn, vizzjijiet. Dawn il-vizzjijiet jistgħu jinkludu sustanzi jew firxa wiesgħa ta’ mġiba differenti. Il-vizzjijiet jagħmlu ħsara lil individwi, żwiġijiet, u familji. L-isqfijiet jistgħu jagħtu parir lill-membri biex huma jirrikorru għall-programmi tal-Knisja dwar fejqan minn vizzji u minn professjonisti medikali u dawk fuq saħħa mentali.

L-użu ta’ pornografija kull ma jmur qed isir iktar komuni. L-użu intensiv jaf isir kompulsjoni, u f’każi rari ħafna, vizzju. Il-pornografija, sew jekk intensiva u sew jekk okkażjonali, tagħmel ħsara. Hija tbiegħed l-Ispirtu. Hija ddgħajjef l-abbiltà li tikseb qawwa li tasal mill-ħarsien tal-patti. Hija tgħarraq ukoll relazzjonijiet prezzjużi.

Kunsill personali u restrizzjonijiet informali fuq sħubija huma normalment suffiċjenti biex tgħin persuna tindem mill-użu tal-pornografija. Kunsilli dwar sħubija normalment ma jsirux. Għal eċċezzjonijet, ara 38.6.6 u 38.6.13. Counseling professjonali jista’ jkun ta’ għajnuna.

Il-presidenti tal-wited u l-isqfijiet jissapportjaw lil membri tal-familja skont il-ħtieġa. Il-ġenituri jistgħu jkunu inklużi meta żgħażagħ jingħataw parir dwar l-użu tal-pornografija. Il-konjuġi jista’ jkun inkluż meta persuna miżżewġa tkun qed tingħata parir.

Għal aktar informazzjoni dwar l-għoti ta’ kunsill lil membri li huma involuti mal-pornografija, ara 38.6.13.

32.8.3

Restrizzjonijiet Informali Dwar Sħubija

Barra li jħeġġeġ għemejjel posittivi meta jkun qed jagħti l-pariri, isqof jew president tal-wited jista’ informalment jirrestrinġi għal xi żmien xi privileġġi tas-sħubija fil-Knisja. Meta jiġu amministrati bl-għaqal, dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jgħinu fil-proċess tal-indiema u fil-progress spiritwali. Huma kkonsidrati informali għaliex mhumiex innotifikati fuq ir-reġistru tas-sħubija.

Restrizzjonijiet informali jafu jdumu ftit ġimgħat, bosta xhur, jew iktar jekk meħtieġ biex il-persuna tindem bis-sħiħ. F’ċirkostanzi mhux tas-soltu, iż-żmien jaf ikun itwal minn sena.

Il-mexxejja jirrikorru għall-gwida tal-Ispirtu dwar liema restrizzjonijiet se jgħinu l-aħjar lil persuna tindem. Dawn jafu jinkludu (iżda mhux limitati għal) s-suspensjoni tal-privileġġ li sservi sejħa tal-Knisja, tal-eżerċizzju tas-saċerdozju, jew tad-dħul fit-tempju. Il-mexxej jista’ wkoll jirrestrinġi lill-persuna minn li tagħti diskors, lezzjoni, jew talba f’ambjenti tal-Knisja. Jekk il-mexxej jissospendi d-dritt tad-dħul f’tempju, huwa jikkanċella rakkomandazzjoni tat-tempju fir- Riżorsi għall-Mexxej u l-Iskrivan (LCR).

Li tieħu sehem fis-sagrament huwa parti importanti tal-indiema. M’għandhiex tkun l-ewwel restrizzjoni mogħtija lil persuna li nidmet li għandha qalb maqsuma u spirtu niedem. Madanakollu, jekk persuna wettqet dnubiet serji, mexxej jista’ jissospendi dan il-privileġġ għal xi żmien.

Il-mexxejja normalment ma jgħidu lil ħadd iżjed dwar restrizzjonijiet informali sakemm ma jkunx hemm bżonn li wieħed isir jaf (ara 32.12.2).

L-isqof, jew il-president tal-wited, jista’ jneħħi r-restrizzjonijiet informali kif iggwidat mill-Ispirtu meta l-persuna tagħmel progress speċifiku f’indiema ġenwina. Jekk il-membru jkompli fix-xeħta ta’ dnub, jaf ikun ta’ għajnuna jew ta’ ħtieġa li jsir kunsill dwar sħubija.


AMMINISTRAZZJONI TA’ KUNSILL DWAR SĦUBIJA FIL-KNISJA


Kunsilli dwar sħubija fil-Knisja jsiru meta l-isqof, jew il-president tal-wited, jiddetermina li se jkunu ta’ għajnuna jew meta huma rikjesti bil-polisi tal-Knisja (ara 32.6). Huma jsiru fuq livell ta’ qasam, wited, fergħa, distrett, jew missjoni. Din is-sezzjoni tipprovdi informazzjoni dwar kif timministrahom.

32.9

Parteċipazzjoni u Responsabbiltà

It-tabella li ġejja turi min normalment jipparteċipa f’kunsilli dwar sħubija.

Parteċipanti f’Kunsilli dwar Sħubija

Kunsill tal-Qasam dwar Sħubija

Parteċipanti f’Kunsilli dwar Sħubija

  • Il-persuna li għaliha qed isir il-kunsill

  • L-isqof u l-kunsillieri tiegħu

  • L-iskrivan tal-wited

  • Il-president tal-kworum tal-presbiteri jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna (fakultattiv; ara 32.10.1)

Kunsill tal-Wited dwar Sħubija

Parteċipanti f’Kunsilli dwar Sħubija

  • Il-persuna li għaliha qed isir il-kunsill

  • Il-president tal-wited u l-kunsillieri tiegħu

  • L-iskrivan tal-wited

  • Kunsillieri Kbar (f’sitwazzjonijiet limitati kif spjegat fi 32.9.2)

  • L-isqof tal-persuna li għaliha l-kunsill qed isir (fakulattiv; ara 32.9.3)

  • President tal-kworum ta’ presbiteri jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna (fakultattiv; ara 32.10.1)

32.9.1

President tal-Wited

Il-president tal-wited:

  • Għandu awtorità fuq kunsilli dwar sħubija fil-wited; madanakollu, il-maġġorparti fost dawn il-kunsilli jsiru minn isqfijiet.

  • Irid jagħti approvazzjoni qabel isqof jista’ jagħmel kunsill dwar sħubija.

  • Jagħmel kunsill tal-wited dwar sħubija jekk raġel jew mara li rċevew id-dotazzjoni tat-tempju aktarx se titneħħilhom l-isħubija fil-Knisja.

  • Jista’ jagħmel kunsill jekk membru jappella d-deċiżjoni ta’ kunsill tal-wited dwar sħubija.

  • Irid jagħti approvazzjoni qabel ma tkun finali r-rakkomandazzjoni minn kunsill tal-qasam dwar sħubija biex tiġi irtirata l-isħubija ta’ persuna mhux dotata.

32.9.2

Kunsill il-Kbir

Membri tal-kunsill il-kbir normalment ma jipparteċipawx f’kunsilli tal-wited dwar sħubija. Madanakollu, il-kunsill il-kbir jista’ jipparteċipa f’sitwazzjonijiet diffiċli (ara Duttrina u Patti 102:2). Per eżempju, il-presidenza tal-wited jista’ jistieden il-kunsill il-kbir meta:

  • Hemm fatti li ser ikunu kkontestati.

  • Huma se jżidu l-valur u l-bilanċ.

  • Il-membru jitlob għall-parteċipazzjoni.

  • Hemm involut membru tal-presidenza tal-wited jew l-familja tiegħu (ara 32.9.7).

32.9.3

Isqof (jew President tal-Fergħa f’Wited)

L-isqof:

  • Għandu l-awtorità fuq kunsilli tal-qasam dwar sħubija.

  • Jirreferi għall-president tal-wited u jikseb l-approvazzjoni tiegħu biex jagħmel kunsill.

  • Ma jistax jagħmel kunsill jekk raġel jew mara li rċevew id-dotazzjoni tat-tempju aktarx li se jkollhom l-isħubija fil-Knisja irtirata. Għandu jkun hemm kunsill tal-wited dwar sħubija f’dawk is-sitwazzjonijiet.

  • Jista’ jiġi mistieden li jattendi kunsill tal-wited dwar sħubija għal xi membru tal-wited li l-isħubija tiegħu qed tiġi riveduta. L-attendenza tiegħu trid tkun approvata mill-president tal-wited u mill-persuna.

Kunsill tal-qasam jew tal-fergħa dwar sħubija jista’ jirrakkomanda l-irtirar tas-sħubija ta’ xi persuna jekk hu jew hi ma ġewx dotati. Madanakollu, qabel ma d-deċiżjoni tkun waħda finali l-approvazzjoni tal-president tal-wited hija meħtieġa.

Xi drabi isir kunsill tal-qasam dwar sħubija għal membru dotat u l-proċeduri juru li l-membru aktarx se jkollu s-sħubija tiegħu jew tagħha irtirata. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-isqof jirreferi l-kwistjoni lill-president tal-wited.

32.9.4

President tal-Missjoni

Il-president tal-missjoni:

  • Għandu l-awtorità fuq kunsilli dwar sħubija f’fergħat u distretti tal-missjoni.

  • Għandu jagħti approvazzjoni qabel il-president tad-distrett jew tal-fergħa jagħmel kunsill tas-sħubija.

  • Jagħmel kunsill dwar sħubija jekk raġel jew mara li rċevew id-dotazzjoni tat-tempju aktarx se titneħħilhom l-isħubija fil-Knisja. Jekk iż-żmien u d-distanza jipprevenu dan, huwa jista’ jassenja wieħed mill-konsulenti tiegħu biex jippresedi fuq il-kunsill. Huwa japponta tnejn li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex jipparteċipaw.

  • Fejn hu possibbli, jagħmel kunsilli ta’ sħubija għal dawk li mhux dotati. Jekk iż-żmien u d-distanza jipprevenu dan, huwa jista’ jawtorizza tlieta li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex jagħmluh. F’dan il-każ, il-president tad-distrett, jew il-president tal-fergħa, tal-membru normalment imexxi l-kunsill.

  • Jista’ jagħmel kunsill jekk membru jappella d-deċiżjoni ta’ kunsill ta’ distrett jew ta’ fergħa dwar sħubija.

  • Bl-approvazzjoni tal-Awtorità Ġenerali mid-Dipartiment Missjunarju, jagħmel kunsill dwar sħubija jekk missjunarju jwettaq dnub serju fl-għalqa tal-missjoni (ara 32.9.8). Huwa jirrevedi wkoll il-kwistjoni ma’ membru tal-Presidenza Reġjonali u jieħu parir mingħand il-president tal-wited fil-wited residenzjali tal-missjunarju.

  • Irid jagħti approvazzjoni qabel ma tkun finali r-rakkomandazzjoni minn kunsill tal-fergħa jew distrett dwar sħubija biex tiġi irtirata l-isħubija ta’ persuna mhux dotata.

Jekk missjunarju jistqarr li wettaq dnub serju qabel ma serva missjoni, il-president tal-missjoni jikkuntattja r-rappreżentant tiegħu fl-għalqa tal-missjoni fid-Dipartiment Missjunarju għal direzzjoni.

Meta president tal-missjoni jagħmel kunsill dwar sħubija, huwa japponta żewġ persuni li jħaddnu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex jassistuh. Għandu japponta missjunarji żgħażagħ biex jassistu f’ċirkostanzi insoliti biss. Huwa jsegwi l-istess proċeduri bħala kunsill tal-wited dwar sħubija (ara 32.10). Madanakollu, il-kunsill il-kbir jew kunsill tad-distrett ma jipparteċipawx.

32.9.5

President tad-Distrett jew tal-Fergħa f’Missjoni

President tad-distrett jew tal-fergħa f’missjoni jista’ jagħmel kunsill dwar missjoni meta awtorizzat mill-president tal-missjoni. Il-kunsill tad-distrett ma jipparteċipax.

Kunsill tad-distrett jew tal-fergħa jista’ jirrakomanda l-irtirar tas-sħubija mill-Knisja ta’ persuna jekk hi ma rċevietx dotazzjoni tat-tempju. Madanakollu, l-approvazzjoni tal-president tal-missjoni huwa meħtieġ qabel ma d-deċiżjoni tkun waħda finali.

32.9.6

Skrivan tal-Wited jew tad-Distrett

L-iskrivan tal-wited jew tad-distrett:

  • Iżomm noti bil-kitba tal-kunsill għal dak iż-żmien biss meta dawn ikunu meħtieġa biex tiġi sottomessa il-formola tar-Rapport tal-Kunsill tas-Sħubija fil-Knisja.

  • Jipprepara l-formola jekk mitlub mill-mexxej li mexxa l-kunsill.

  • Ma jipparteċipax fid-diskussjoni jew fid-deċiżjoni fil-kunsill.

32.9.7

Parteċipazzjoni f’Ċirkostanzi Insoliti

Jekk kunsillier fil-presidenza tal-wited ma jistax jipparteċipa fil-kunsill dwar sħubija, il-president tal-wited jistaqsi lil kunsillier kbir jew qassis kbir ieħor biex jieħu postu. Jekk president tal-wited ma jkunx jista’ jipparteċipa, l-Ewwel Presidenza tista’ tawtorizza wieħed mill-kunsillieri tiegħu biex jippresedi minfloku.

Jekk kunsillier fil-veskovat ma jkunx jista’ jipparteċipa fil-kunsill dwar sħubija, l-isqof jista’ jistaqsi lil qassis kbir fil-wited biex jieħu postu. Jekk l-isqof ma jkunx jista’ jipparteċipa, huwa jirreferi l-kwistjoni lill-president tal-wited, li jlaqqa’ kunsill tal-wited dwar sħubija. L-isqof ma jistax jassenja kunsillier biex jagħmel kunsill dwar sħubija.

Jekk kunsill dwar sħubija qed isir minħabba membru tal-familja tal-isqof jew ta’ wieħed mill-kunsillieri tiegħu, dan jintlaqa’ fuq livell ta’ wited. Jekk qed isr minħabba membru tal-familja ta’ wieħed mill-kunsillieri tal-president tal-wited, il-president tal-wited jassenja qassis kbir ieħor biex jieħu post il-kunsillier. Jekk il-kunsill qed isir minħabba membru tal-familja tal-president tal-wited, huwa jieħu l-parir tal-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza.

Jekk xi membru jopponi għall-parteċipazzjoni tal-isqof jew ta’ wieħed mill-kunsillieri tiegħu, il-kunsill dwar sħubija jintlaqa’ fuq livell ta’ wited. Jekk xi membru jopponi għall-parteċipazzjoni ta’ wieħed mill-kunsillieri tal-president tal-wited, il-president tal-wited jassenja qassis kbir ieħor biex jieħu post il-kunsillier. Jekk xi membru jopponi għall-parteċipazzjoni tal-president tal-wited, jew jekk il-president tal-wited iħoss li ma jistax ikun imparzjali, huwa jikkonsulta mal-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza.

32.9.8

Kif Jiġi Determinat Liema Mexxej Jagħmel Kunsill f’Ċirlkostanzi Speċjali

Il-Kunsilli dwar sħubija kważi dejjem jsiru fil-unit ġeografiku tal-Knisja li għandu r-reġistru tas-sħubija tall-membru.

Xi drabi kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ għal persuna li tkun ġarret. Jekk il-bidla tkun fl-istess wited, il-president tal-wited jitkellem mal-isqfijiet taż-żewġ oqsma u jiddeċiedi fejn għandu jintlaqa’.

Jekk il-membru jġorr għal barra l-wited, il-presidenti tal-wited taż-żewġ utied jitkellmu bejniethom u jiddeċiedi fejn jintlaqa’ l-kunsill. Jekk huma jiddeċiedu li għandu jintlaqa’ fil-qasam jew wited ta’ qabel, ir-reġistru ta’ sħubija jinżamm f’dak il-qasam sakemm jintemm il-kunsill. Altrimenti, ir-reġistru jintbagħat fil-qasam il-ġdid. L-isqof, jew il-president tal-wited, jinforma konfidenzjalment lill-isqof jew ilill-president tal-wited kurrenti tal-membru dwar ir-raġuni għala kunsill huwa meħtieġ.

Xi drabi kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ għal membru li qed jgħix temporanjament ’il bogħod mid-dar. Per eżempju, kunsill jaf ikun meħtieġ għal xi student jew membru tal-militar. L-isqof fejn il-membru jgħix temporanjament jista’ jipprovdi pariri u sapport. Madanakollu, m’għandux jagħmel kunsill dwar sħubija sakemm ir-reġistru tas-sħubija ma jkunx fil-unit tiegħu u qabel ma jkun ħa parir mingħand l-isqof tal-wited residenzjali.

Xi drabi missjunarju jikkommetti dnub serju fil-missjoni li ma joħroġx fid-deher sakemm hu jew hi ma tkunx rilaxxata. L-isqof u l-president tal-wited jiddiskutu dwar min minnhom għandu jagħmel kunsill ta’ sħubija. Wieħed minnhom jiddiskuti mal-president tal-missjoni preċedenti qabel ma jagħmlu.

32.10

Proċeduri għal Kunsilli dwar Sħubija

32.10.1

L-Għoti ta’ Notifika u Tħejjija għall-Kunsill

L-isqof, jew il-president tal-wited, jagħti lil membru notifika bil-miktub ta’ kunsill dwar sħubija li ħa jsir f’ismu jew f’isimha. Huwa jiffirma l-ittra. Din tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

“Il-[veskovat jew il-presidenza tal-wited] qed jagħmel kunsill ta’ sħubija f’ismek. Il-kunsill se jkun nhar il-[data u ħin] fi [post].

“Dan il-kunsill se jikkonsidra [għid fil-qosor il-kondotta qasira f’termini ġenerali, iżda tagħtix dettalji jew evidenza].

“Inti mistieden tattendi l-kunsill biex tagħti t-tweġiba tiegħek. Inti tista’ tipprovdi dikjarazzjonijiet bil-kitba minn persuni li jistgħu jipprovdu informazzjomni relevanti. Inti tista’ tistieden tali persuni biex ikellmu lill-kunsill f’ismek jekk ikunu approvati minn qabel mill-president tal-wited jew isqof. Tista’ wkoll tistieden [il-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna tal-qasam jew il-president tal-kworum tal-presbiteri] biex ikunu preżenti u jipprovdu sapport.

“Kull min jattendi irid jaċċetta li jikkonforma man-natura rispettabbli tal-kunsill, inkluż il-proċeduri u l-kunfidenzjalità tiegħu. Konsulenti legali u nies li jappoġġjawk ħlief dawk imsemmija hawn fuq ma jistgħux ikunu preżenti.”

Paragrafu finali jista’ jinkludi espressjoni ta’ mħabba, tama, u tħassib.

Linji gwida dwar min il-persuna tkun tista’ tistieden għall-kunsill huma pprovduti fi 32.10.3, numru 4.

Jekk l-ittra ma tistax titwassal personalment, tista’ tintbagħat irreġistrata, u b’rikjesta ta’ rċevuta.

L-isqof, jew il-president tal-wited, jiskeda kunsill dwar sħubija għal ħin li jkun konvenjenti għall-persuna. Huwa wkoll jassigura li kien hemm żmien biżżejjed biex jinkisbu dikjarazzjonijiet minn vittmi tal-imġiba ħażina jekk huma jixtiequ jipprovdu (ara 32.10.2).

L-isqof, jew il-president tal-wited, jipprepara lill-membru għall-kunsill billi jispjega l-għan u l-proċeduri tiegħu. Huwa jispjega wkoll id-deċiżjonijiet li l-kunsill jista’ jilħaq u r-riżultati tagħhom. Jekk membru jkun stqarr dnubu, il-mexxej jispjega li l-istqarrija se jkollha tiġi użata fil-kunsill dwar sħubija.

32.10.2

Ikseb Dikjarazzjonijiet mill-Vittmi

Meta membru tal-knisja huwa vittma (bħal ta’ inċest, abbuż tat-tfal, abbuż tal-konjuġi, jew frodi), l-isqof, jew il-president tal-wited, jikkuntattja lill-isqof jew lill-president tal-wited kurrenti tal-persuna. Dawn il-mexxejja jiddeterminaw jekk ħa jkun ta’ għajnuna li tagħti lill-vittma l-opportunità li tipprovdi dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-imġiba ħażina u l-effetti tagħha. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jinqraw fil-kunsill dwar sħubija (ara 32.10.3, numru 3). Il-mexxejja tal-Knisja m’għandhomx awtorità li jinizjaw kuntatt ma’ vittmi li mhumiex membri tal-Knisja.

Kwalunkwe komunikazzjoni ma’ vittma għal dan l-għan hija magħmula mill-isqof jew l-president tal-wited kurrenti tiegħu jew tagħha. Jekk vittma tipprovdi dikjarazzjoni, dan il-mexxej jagħtiha lill-isqof, jew lill-president tal-wited, li qed jagħmel il-kunsill dwar sħubija. Il-mexxejja għandhom joqogħdu b’seba’ mitt għajn li ma jikkawżawx iktar trawma. Ara 32.4.3 għal iktar eżempji ta’ kawtela.

Kwalunkwe inkjesta dwar vittma li għandha inqas minn 18-il sena hija magħmula permezz tal-ġenituri jew il-gwardjani legali tal-persuna, sakemm dan ma jkunx ta’ periklu għall-vittma.

Għal informazzjoni dwar kif isqfijiet u presidenti tal-wited jirċievu gwida f’każ ta’ abbuż, ara 32.4.5 u 38.6.2.1.

32.10.3

Mexxi l-Kunsill

Immedjatament qabel jibda l-kunsill, l-isqof jew il-president tal-wited jinforma lill-parteċipanti għal min qed isir il-kunsill u x’inhi l-imġiba ħażina rrapportata. Jekk hu meħtieġ, huwa jispjega l-proċeduri tal-kunsill.

Imbagħad il-persuna, jekk hi preżenti, tintalab tidħol fil-kamra. Jekk l-isqof ġie mistieden biex jattendi l-kunsill tal-wited dwar sħubija, huwa jiġi wkoll mistieden jidħol fil-kamra f’dan il-mument. Jekk il-persuna stiednet lill-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna tal-qasam jew lill-president tal-kworum tal-presbiteri biex ikunu preżenti u joffru sapport, hi jew hu jintalbu jidħlu fil-kamra.

L-isqof, jew il-president tal-wited, imexxi l-kunsill fi spirtu ta’ mħabba, kif spjegat hawn isfel.

  1. Jistieden lil xi ħadd biex joffri talba tal-ftuħ.

  2. Huwa jiddikjara l-imġiba ħażina rrapportata. Huwa jagħti l-opportunità lill-persuna (jekk preżenti) biex tikkonferma, tiċħad, jew tikkjarifika din id-dikjarazzjoni.

  3. Jekk il-membru jikkonferma l-imġiba ħażina, l-isqof, jew il-president tal-wited, jipproċedi għal numru 5 hawn taħt. Jekk il-membru jiċħad dan, l-isqof, jew il-president tal-wited, jippreżenta informazzjoni dwarha. Dan jista’ jinkludi l-preżentazzjoni ta’ dokumenti affidabbli u l-qari ta’ vuċi għolja ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni tal-vittmi (ara 32.10.2). Jekk jaqra dikjarazzjoni bħal din, hu jipproteġi l-identità tal-vittma.

  4. Jekk il-membru jiċħad l-imġiba ħażina, hu jista’ jippreżenta informazzjoni lill-kunsill. Dai tista’ tkun bil-kitba. Jew inkella l-membru jista’ jistaqsi persuni li jistgħu jipprovdu informazzjoni relevanti biex jindirizzaw lill-kunsill, waħda waħda. Dawn il-persuni għandhom ikunu membri tal-Knisja sakemm l-isqof, jew il-president tal-wited, ma ddeterminax minn qabel li xi ħadd mhux membru jista’ jattendi. Huma jistennew f’kamra separata sakemm jintalbu biex jitkellmu. Kull persuna toħroġ mill-kamra tal-kunsill meta tlesti. Huma għandhom ikunu lesti li jikkonformaw man-natura rispettabbli tal-kunsill, inkluż il-proċeduri u l-kunfidenzjlità tiegħu. Il-membri ma jistax ikollhom konsulenti legali preżenti. Lanqas ma jista’ jkollhom nies jissapportjawhom ħlief dawk imsemmijin fit-tieni paragrafu ta’ din is-sezzjoni.

  5. L-isqof, jew il-president tal-wited, jista’ jistaqsi mistoqsijiet lilll-membru b’mod ċivili u rispettuż. Hu jista’ wkoll jistaqsi mistoqsijiet lil persuni oħrajn li l-membru talab biex jipprovdu informazzjoni. Kunsilliera fil-veskovat u fil-presidenza tal-wited jistgħu wkoll jistaqsu mistoqsijiet. Kull mistoqsija għandha tkun fil-qosor u limitata għall-fatti essenzjali.

  6. Wara li l-informazzjoni relevanti kollha tkun ġiet preżentata, l-isqof, jew il-president tal-wited, jtlob lill-membru joħroġ mill-kamra. L-iskrivan ukoll jintalab biex joħroġ, sakemm il-kunsill il-kbir ma pparteċipax f’kunsill tal-wited dwar sħubija. Jekk l-isqof tal-membru huwa preżenti għal kunsill tal-wited dwar sħubija, huwa jintalab joħroġ. Jekk il-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna jew il-president tal-kworum tal-presbiteri qed jattendu biex jipprovdu sapport, huma jintalbu joħorġu wkoll.

  7. L-isqof, jew il-president tal-wited, jistaqsi għal kummenti jew għarfien mill-kunsilliera tiegħu. Jekk il-kunsill il-kbir ipparteċipa f’kunsill tal-wited dwar sħubija, hu jistaqsi għall-kummenti jew l-għarfien tagħhom.

  8. Flimkien mal-kunsillera tiegħu, l-isqof, jew il-president tal-wited, ifittex permezz tat-talb r-rieda tal-Mulej dwar il-kwistjoni. Il-president tal-wited u l-kunsilliera tiegħu biss għandhom ikunu fil-kamra matul dan il-ħin, jew l-isqof u l-kunsilliera tiegħu biss. Jekk kunsill tal-wited dwar sħubija jinkludi kunsill il-kbir, il-president tal-wited normalment imur fl-uffiċċju tal-president tal-wited.

  9. L-isqof jew il-president tal-wited jinforma lill-kunsillieri tiegħu bid-deċiżjoni tiegħu u jitlobhom biex isostnuha. Jekk kunsill tal-wited dwar sħubija jinkludi kunsill il-kbir, il-presidenza tal-wited jirritorna fil-kamra u titlob lill-kunsill il-kbir biex isostnuha. Jekk kunsillier jew il-kunsillier il-kbir għandu opinjoni differenti, l-isqof jew il-president tal-wited jisma’ u jfittex biex jirrisolvi d-differenzi. Ir-responsabbiltà tad-deċiżjoni hija f’idejn l-uffiċjal li jippresedi.

  10. Huwa jistieden lill-persuna biex tirritorna fil-kamra. Jekk l-iskrivan kien intalab biex joħroġ, huwa wkoll jiġi mistieden lura fil-kamra. Jekk l-isqof tal-membru huwa preżenti għal kunsill tal-wited dwar sħubija, huwa wkoll jintalab lura fil-kamra. Jekk il-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna jew il-president tal-kworum tal-presbiteri qed jattendu biex jipprovdu sapport, huma jintalbu jirritornaw.

  11. L-isqof jew il-president tal-wited jaqsam mal-oħrajn d-deċiżjoni tal-kunsilll fi spirtu ta’ mħabba. Jekk id-deċiżjoni hi li formalment jiġu ristretti l-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja tal-persuna jew l-irtirar tas-sħubija tagħha, huwa jispjega l-kondizzjonijiet (ara 32.11.3 u 32.11.4). Huwa jispjega wkoll kif għandhom jingħelbu r-restrizzjonijiet u jagħti struzzjonijiet u kunsill oħra. Isqof, jew president tal-wited, jista’ jaġġorna kunsill għal xi żmien biex ifittex iktar gwida jew informazzjoni qabel ma jieħu deċiżjoni. F’dak il-każ, huwa jispjega dan.

  12. Huwa jispjega d-dritt ta’ appell tal-persuna (ara 32.13).

  13. Huwa jistieden lil xi ħadd biex joffri talba tal-għeluq.

Irrispettivament jekk il-persuna hiex preżenti jew le, l-isqof jew il-president tal-wited jinnotifikaha tad-deċiżjoni kif inhu spjegat fi 32.12.1.

L-ebda parteċipant fil-kunsill dwar sħubija mhu permess li jagħmel reġistrazzjoni bl-awdjo, bil-vidjo, jew bil-kitba. Skrivan jista’ jieħu noti bl-għan biex jipprepara r-Rapport tal-Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja. Madanakollu, dawn in-noti m’għandhomx ikunu reġistrazzjoni jew traskrizzjoni kelma b’kelma. Wara li r-rapport jitħejja, huwa jiddistruġġi n-noti kollha.

32.11

Deċiżjonijiet mill-Kunsilli Dwar Sħubija

Id-deċiżjonijiet mill-kunsilli dwar sħubija għandhom ikunu diretti mill-Ispirtu. Huma għandhom jirriflettu l-imħabba u t-tama offruti mis-Salvatur lil dawk li jindmu. Deċiżjonijiet possibbli huma deskritti hawn isfel. Meta jieħdu dawn id-deċiżjonijiet, il-mexxejja jikkonsidraw ċ-ċirkostanzi li huma spjegati fi 32.7.

Wara kull kunsill dwar sħubija, l-isqof jew il-president tal-wited minnufih jissottometti l-formula Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fill-Knisja permezz ta’ LCR (ara 32.14.1).

Deċiżjonijiet possibbli mill-kunsilli dwar sħubija huma spjegati fis-sezzjonijiet li ġejjin.

32.11.1

Igawdi Status Tajjeb

F’xi każi, persuna tista’ tkun innoċenti u tgawdi status tajjeb. F’xi każi, persuna tista’ tkun wettqet id-dnub, nidmet sinċerament, u tgawdi status tajjeb. L-isqof, jew il-president tal-wited, jista’ jagħti parir u twissija dwar azzjonijiet futuri. Wara l-kunsill, huwa jkompli jagħti sapport skont kif meħtieġ.

koppja bilqiegħda flimkien

32.11.2

Kunsill Personali mal-Isqof jew l-President tal-Wited

F’xi kunsilli dwar sħubija, il-mexxejja jistgħu jiddeterminaw li l-membru ma jgawdix status tajjeb—iżda li restrizzjonijiet formali dwar sħubija mhumiex neċessarji. F’dawn il-każi, il-kunsill jista’ jiddeċiedi li l-persuna għandha tirċievi kunsill u korrezzjoni personali mill-isqof u mill-president tal-wited. Il-kunsill jista’ jinkludi restrizzjonijietinformali dwar sħubija kif spjegat fi 32.8.3.

Kunsill personali u restrizzjonijiet Informali dwar sħubija mhumiex fakultattivi meta kunsill isir għad-dnubiet imniżżlin fi 32.6.1.

32.11.3

Restrizzjonijiet Formali Dwar Sħubija

F’xi kunsilli dwar sħubija, il-mexxejja jistgħu jiddeterminaw li jkun l-aħjar li formalment jirrestrinġu għal xi żmien il-privileġġi tas-sħubija ta’ persuna. Restrizzjonijiet formali jistgħu jkunu adegwati għall-biċċa l-kbira ta’ dnubiet u sitwazzjonijiet, ħlief għal dawk l-aktar serji li għalihom l-isħubija tkun irtirata (ara 32.11.4).

Dawk li għandhom restrizzjonijiet formali dwar sħubija jkunu għadhom membri tal-Knisja. Madanakollu, il-privileġġi tas-sħubija tagħhom fil-Knisja jkunu restritti kif ġej:

  • Ma jistgħux jidħlu f’tempju. Madanakollu, jistgħu jibqgħu jilbsu l-garment tat-tempju jekk ikunu dotati. Jekk il-membru għandu rakkomandazzjoni tat-tempju, il-mexxej iħassarha fil- LCR.

  • Ma jistgħux jeżerċitaw is-saċerdozju.

  • Ma jistgħux jieħdu sehem fis-sagrament jew jieħdu sehem fis-sosteniment tal-uffiċjali tal-Knisja.

  • Ma jistgħux jagħtu diskors, lezzjoni, jew talba f’ambjenti tal-Knisja. Lanqas ma jistgħu jservu sejħa tal-Knisja.

Huma mħeġġin jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet tal-Knisja jekk il-kondotta tagħhom hija tajba. Huma mħeġġin ukoll li jħallsu d-dieċmi u l-offerti.

L-isqof, jew il-president tal-wited, jista’ jżid kondizzjonijiet oħrajn, bħal li joqogħdu ’l bogħod minn materjal pornografiku u influwenzi ħżiena oħrajn. Huwa normalment iżid kundizzjonijiet oħrajn. Dawn jistgħu jinkludu l-attendenza regolari fil-Knisja, talb regulari, u l-qari tal-iskrittura u materjal ieħor tal-Knisja.

Jekk l-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna huma formalment restritti, dan huwa notifikat fir-reġistru tas-sħubija.

Iż-żmien ta’ restrizzjoni formali normalment huwa ta’ mill-inqas sena u jista’ jkun itwal. Meta l-membru jagħmel progress speċifiku f’indiema ġenwina, l-isqof, jew Il-president tal-wited, jagħmel kunsill ieħor għall-konsiderazzjoni tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet (ara 32.16.1). Jekk il-membru jkompli fix-xeħta ta’ dnub, il-mexxej jista’ jagħmel kunsill ieħor biex jikkonsidra miżuri oħrajn.

32.11.4

Irtirar ta’ Sħubija

F’xi kunsilli dwar sħubija, il-mexxejja jiddeterminaw li jkun l-aħajr li s-sħubija fil-knisja ta’ persuna tiġi irtirata għal xi żmien (ara Mosija 26:36; Alma 6:3; Moroni 6:7; Duttrina u Patti 20:83).

L-irtirar tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna huwa rikjest fil-każ ta’ qtil (kif definit fi 32.6.1.1) u żwieġ plurali (kif spjegat fi 32.6.1.2). Huwa kważi dejjem rikjest f’każ ta’ inċest kif spjegat fi 32.6.1.2 u 38.6.10.

Kif ggwidat mill-Ispirtu, l-irtirar tas-sħubija ta’ persuna jista’ wkoll ikun meħtieġ kif ġej:

  • Għal dawk li l-kondotta tagħhom hija ta’ theddida serja għal oħrajn.

  • Għal dawk li wettqu dnubiet severi.

  • Għal dawk li ma jurux indiema għal dnubiet serji (ara l-konsiderazzjonijiet fi 32.7).

  • Għal dawk li jwettqu dnubiet serji li jagħmlu ħsara lill-Knisja.

Kunsill dwar sħubija tal-qasam, tal-fergħa, jew tad-distrett jista’ jirrikamanda l-irtirar tas-sħubija fil-Knisja fil-każ ta’ persuna li ma rċevietx id-dotazzjoni tat-tempju. Madanakollu, qabel ma d-deċiżjoni tkun waħda finali l-approvazzjoni tal-president tal-wited jew tal-missjoni hija meħtieġa.

Dawk li s-sħubija fil-Knisja tagħhom ġiet irtirata ma jistgħux igawdu kwalunkwe privileġġ tas-sħubija.

  • Huma ma jistgħux jidħlu fit-tempju jew jilbsu l-garment tat-tempju. Jekk il-persuna għandha rakkomandazzjoni tat-tempju, il-mexxej jikkanċellaha fi LCR.

  • Ma jistgħux jeżerċitaw is-saċerdozju.

  • Ma jistgħux jieħdu sehem fis-sagrament jew jieħdu sehem fis-sosteniment tal-uffiċjali tal-Knisja.

  • Ma jistgħux jagħtu diskors, lezzjoni, jew talba f’ambjenti tal-Knisja jew imexxu attività fi knisja. Lanqas ma jistgħu jservu sejħiet fil-Knisja.

  • Ma jistgħux iħallsu dieċmi jew offerti.

Huma mħeġġin jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet tal-Knisja jekk il-kondotta tagħhom hija tajba.

Dawk li kellhom s-sħubija fil-Knisja irtirata jistgħu jiġu kkunsidrati għar-riammissjoni permezz tal-magħmudija u konferma. Normalment, l-ewwel iridu juru ndiema ġenwina għal mill-inqas sena. L-isqof, jew il-president tal-wited, jagħmel kunsill dwar sħubija ieħor biex jikkonsidra riammissjoni (ara 32.7).

Deċiżjonijiet u Riżultati ta’ Kunsill dwar Sħubija

Deċiżjoni

Riżultati

Deċiżjoni

Igawdi Status Tajjeb (ara 32.11.1)

Riżultati

  • L-ebda

Deċiżjoni

Kunsill Personali mal-Isqof jew l-President tal-Wited (ara 32.11.2)

Riżultati

  • Jista’ jkollu xi privileġġi tas-sħubija restritti informalment.

  • Ir-restrizzjonijiet huma normalment inqas minn sena; f’ċirkostanzi insoliti, jistgħu jieħdu iktar żmien.

  • Ir-restrizzjonijiet informali jitneħħew wara ndiema ġenwina.

  • L-azzjoni ma tiġix reġistrata fir-reġistru tas- sħubija.

Deċiżjoni

Restrizzjonijiet Formali dwar Sħubija (see 32.11.3)

Riżultati

  • Il-privileġġi tas-sħubija jiġi restritti formalment.

  • Iż-żmien ta’ restrizzjoni formali normalment huwa ta’ mill-inqas sena u jista’ jkun itwal.

  • L-azzjoni tiġi rreġistrata fuq ir-reġistru tas-sħubija.

  • Ir-restrizzjonijiet formali jitneħħew wara ndiema ġenwina, kunsill dwar sħubija, u, jekk meħtieġa, l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza.

  • L-indikatur tar-reġistru tas-sħubija jitneħħa jekk ir-restrizzjonijiet jitneħħew wara kunsill dwar sħubija (ħlief għall-annotazzjonijiet rikjesti; ara 32.14.5).

Deċiżjoni

Irtirar tas-Sħubija (ara 32.11.4)

Riżultati

  • L-ordinanzi kollha jiġu revokati.

  • Il-privileġġi kollha tas-sħubija huma irtirati, normalment għal mill-inqas sena.

  • Huwa biss wara li jkun hemm indiema ġenwina, kunsill dwar sħubija, u, jekk meħtieġa, approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza li persuna tiġi eliġibbli għar-riammissjoni bil-magħmudija u l-konferma (ara 32.16).

  • Huwa biss wara l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza u wara mill-inqas sena sħiħa mir-riammissjoni sħiħa li persuna li qabel kienet dotata tiġi eliġibbli biex tirċievi restawrazzjoni tal-barkiet (see 32.17.2).

  • Fil-każ ta’ persuna li qabel kienet dotata, huwa biss wara l-ordinanza tiġi mwettqa li l-indikatur “Restawrazzjoni ta’ Barkiet Rikjesta” jitneħħa mir-reġistru tas-sħubija (annotazzjonijiet rikjesti jibqgħu; ara 32.14.5).

32.11.5

Mistoqsijiet dwar Deċiżjoni ta’ Kwistjonijiet Diffiċli

L-isqfijiet jidderieġu l-mistqsijiet dwar il-linji gwida tal-manwal fuq il-kunsilli dwar sħubija lill-president tal-wited.

Fil-każ ta’ kwistjonijiet diffiċli, il-president tal-wited jista’ jitlob il-parir mis-Sebgħin Reġjonali assenjat lilu. Il-president tal-wited għandu jieħu paprir mingħand is-Sebgħin Reġjonali fuq il-kwistjonijiet imsemmija fi 32.6.3. Madanakollu, il-president tal-wited m’għandux jistaqsi lis-Sebgħin Reġjonali jew l-Awtorità Ġenerali dwar kif tiddeċiedi kwistjonijiet diffiċli. Il-president tal-wited jiddeċiedi jekk kunsill għandu jsir biex jindiriizza l-kondotta. Jekk isir kunsill, il-president tal-wited, jew l-isqof,huma li jiddeċiedu.

32.11.6

Awtorità tal-Ewwel Presidenza

L-Ewwel Presidenza għandha l-awtorità finali fuq ir-restrizzjonijiet u l-irtirar kollha tas-sħubija tal-Knisja.

32.12

Notifiċi u Tħabbir

Id-deċiżjoni tal-kunsill dwar sħubija hija kkomunikata lill-persuna—u lil oħrajn kif meħtieġ—kif huwa spjegat hawn isfel.

32.12.1

Kif Persuna tiġi Notifkata dwar id-Deċiżjoni

L-isqof jew il-president tal-wited normalment jinfurmaw lill-persuna dwar l-eżitu tal-kunsill meta dan jintemm. Madanakollu, huwa jista’ jaġġorna kunsill għal xi żmien biex jitlob għal gwida jew informazzjoni qabel ma jieħu deċiżjoni.

Kunsill tal-qasam, tal-fergħa, jew tad-distrett jista’ jirrakkomanda l-irtirar tas-sħubija tal-Knisja ta’ persuna li ma rċevietx id-dotazzjoni tat-tempju. Madanakollu, l-approvazzjoni tal-president tal-wited jew tal-missjoni hija neċessarja qabel ma d-deċiżjoni tkun waħda finali.

L-isqof jew il-president tal-wited jispjega l-effetti tad-deċiżjoni msemmija fi 32.11. Normalment huwa jagħti wkoll parir dwar il-kundizzjonijiet ta’ ndiema sabiex ir-restrizzjonijiet ikunu jistgħu jitneħħew jew il-persuna tiġi riammessa fil-Knisja.

L-isqof jew il-president tal-wited bla dewmien jagħti lill-persuna notifika bil-miktub tad-deċiżjoni u l-effetti tagħha. In-notifika tikkonsisti f’dikjarazzjoni ġenerali li l-azzjoni ttieħdet b’rispons għal kondotta kuntrarja għal-liġijiet u l-ordni tal-Knisja. Tista’ tinkludi wkoll parir dwar it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet tas-sħubija jew ir-riammissjoni fil-Knisja. Għandha tinnotifika lill-persuna li hi tista’ tappella d-deċiżjoni (ara 32.13).

Jekk il-persuna ma tattendix il-kunsill, notifika bil-miktub tista’ tkun suffiċjenti biex tinformaha dwar id-deċiżjoni. L-isqof jew il-president tal-wited jista’ wkoll jiltaqa’ mal-persuna.

L-isqof jew il-president tal-wited ma jagħtix lill-persuna kopja tal-formola tar-Rapport tal-Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja.

32.12.2

Kif Tinforma lil Oħrajn dwar Deċiżjoni

Jekk isqof jew president tal-wited informalment jirrestrinġu l-privileġġi tas-sħubija ta’ persuna waqt konsulenza personali, huwa normalment ma jinforma lil ħadd iżjed (ara 32.8.3). Madanakollu, dawn il-mexxejja jikkomunikaw ma’ xulxin dwar restrizzjonijiet informali hekk kif jgħinu lill-membri.

Jekk il-privileġġi tas-sħubija ta’ persuna huma formalment restritti jew irtirati f’kunsill dwar sħubija, l-isqof jew il-president tal-wited jikkomunika d-deċiżjoni ma’ dawk li għandhom bżonn ikunu jafuha biss. Il-linji gwida li ġejjin japplikaw.

  • Huwa jikkonsidra l-ħtiġijiet tal-vittmi jew vittmi potenzjali u s-sentimenti tal-familja tal-persuna.

  • Huwa ma jikkomunikax id-deċiżjoni jekk il-persuna qed tappellaha. Madanakollu, huwa jista’ jikkomunika li qed tiġi appellatha jekk iħoss li huwa meħtieġ biex ikunu protetti vittmi potenzjali. Huwa jista’ wkoll jikkomunikaha biex jissapportja l-fejqan tal-vittmi (għalkemm ma jagħtix ismijiet tal-vittmi) jew biex jipproteġi l-integrità tal-Knisja.

  • Skont kif meħtieġ, l-isqof jikkomunika d-deċiżjoni kunfidenzjalment lill-membri tal-kunsill tal-qasam. Dan hu sabiex jinforma lill-mexxejja li altrimenti jistgħu jikkonsidraw lill-persuna disponibbli għal sejħiet, biex tgħallem lezzjonijiet, jew biex tagħmel talb jew diskorsi. Dan ukoll biex tħeġġeġ lill-mexxejja biex joffru attenzjoni u sapport lill-membru u l-familja tiegħu.

  • Bl-approvazzjoni tal-president tal-wited, l-isqof jista’ jikkomunika d-deċiżjoni fil-laqgħat tal-kworum tal-presbiteri tal-qasam tiegħu jew tas-Soċjetà tal-Għajnuna jekk is-sitwazzjoni tinvolvi:

    • Mġiba predatorja li tista’ toffri theddida lil oħrajn.

    • Tagħlim ta’ duttrina falza jew forom oħra ta’ apostasija.

    • Dnubiet flagranti bħall-prattika ta’ żwieġ plurali jew l-użu ta’ tagħlim kultista biex wieħed jattira segwaċi.

    • Kontradizzjoni pubblika ta’ azzjonijiet jew tagħlim ta’ mexxejja ġenerali jew lokali tal-Knisja.

  • F’każijiet bħal dawn, il-president tal-wited jista’ wkoll ikollu bżonn jawtorizza komunikazzjoni lil membri ta’ oqsma oħra fil-wited.

  • F’xi każijiet, l-isqof, jew il-president tal-wited, jista’ jħoss li jkun ta’ għajnuna li jinnotifika lil wħud mill-vittmi, jew lill-vittmi kollha, u l-familji tagħhom li sar kunsill dwar sħubija għall-persuna. Dan jagħmlu permezz tal-isqof jew il-president tal-wited.

  • Jekk it-tendenzi predatorji ta’ persuna jpoġġu lil oħrajn f’riskju, l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jagħti twissija biex hekk jipproteġi lil oħrajn. Huwa ma jikxifx informazzjoni kunfidenzjali u ma jispekulax.

  • Fil-każi l-oħra kolllha, l-isqof jew il-president tal-wited jillimita kull komunikazzjoni għal dikjarazzjoni waħda u ġenerali. Huwa sempliċiment jiddikjara li l-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja tal-persuna ġew restritti jew irtirati minħabba kundatta li hija kontrarja għal-liġijiet u l-ordni tal-Knisja. Huwa jitlob lil dawk preżenti biex ma jiddiskutuwhiex. Huwa ma jistaqsix jekk huma jsostnux jew jopponu l-azzjoni.

  • Jekk membru huwa ta’ status tajjeb wara kunsill dwar sbuħija (ara 32.11.1), l-isqof jew il-president tal-wited jista’ jikkomunika dan biex isikket xi xnigħat.

32.12.3

Komunikazzjoni ta’ Riżenja ta’ Sħubija

F’xi każi, isqof jista’ jkollu bżonn jikkomunika li persuna tat r-riżenja tagħha mis-sħubija fil-Knisja (ara 32.14.9). L-isqof ma jipprovidi l-ebda dettal ieħor.

32.13

Appell ta’ Deċiżjoni

Membru jista’ jappella d-deċiżjoni ta’ kunsill tal-qasam dwar sħubija mal-president tal-wited fi żmien 30 jum. Il-president tal-wited jagħmel kunsill tal-wited dwar sħubija biex jikkonsidra l-appell. Huwa jista’ wkoll jistaqsi lill-isqof biex jerġa’ jlaqqa’ kunsill biex mill-ġdid jikkonsidra d-deċiżjoni, partikolarment jekk ikun hemm informazzjoni ġdida.

Membru jista’ jappella d-deċiżjoni ta’ kunsill tal-wited dwar sħubija billi jikteb ittra lill-Ewwel Presidenza fi żmien 30 jum. Il-membru jagħti l-ittra lill-president tal-wited biex jissottomettiha lill-Ewwel Presidenza.

F’missjoni, il-membru jista’ jappella d-deċiżjoni ta’ kunsill tal-fergħa dwar sħubija jew ta’ kunsill tad-distrett dwar sħubija lill-president tal-missjoni fi żmien 30 jum. Il-president tal-missjoni jagħmel kunsill tal-missjoni biex jikkonsidra l-appell. Jekk iż-żmien jew d-distanzi jipprevenuh milli jagħmel dan, huwa jimxi wara struzzjonijiet fi 32.9.4.

Jekk president tal-missjoni mexxa l-kunsill, il-membru jista’ jappella d-deċiżjoni billi jikteb ittra lill-Ewwel Presidenza fi żmien 30 jum. Il-membru jikteb l-ittra lill-president tal-missjoni biex jissottomettiha lill-Ewwel Presidenza.

Il-persuna li jappella d-deċiżjoni jispeċifika bil-kitba l-allegati żbalji jew l-allegata inġustizzja fil-proċedura jew deċiżjoni.

Jekk kunsill dwar sħubija jsir biex l-appell jiġi kkonsidrat, waħda miż-żewġ deċiżjonijiet hija possibbli:

  • Ħalli d-deċiżjoni inizjali tibqa’ fis-seħħ.

  • Immodifika d-deċiżjoni inizjali.

Deċiżjonijiet tal-Ewwel Presidenza huma finali u ma jistgħux jiġu appellati darb’oħra.

32.14

Rapporti u Reġistri ta’ Sħubija

32.14.1

Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja

Wara kull kunsill dwar sħubija, l-isqof jew il-president tal-wited minnufih jissottometti Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja permezz ta’ LCR. Huwa jista’ jitlob lill-iskrivan jipprepara r-rapport. Huwa jassigura li l-ebda kopja tal-formola, sew fuq karta, sew elettronika, hija miżmuma lokalment. Huwa jassigura wkoll li kwalunkwe noti użati biex jiġi ppreparat ir-rapport huma distrutti minnufih.

32.14.2

Restrizzjonijiet Formali dwar Sħubija fil-Knisja

Ir-restrizzjonijiet formali dwar sħubija fil-Knisja huma nnotati fir-reġistru dwar sħubija tal-persuna. Il-kwartieri ewlenin tal-Knisja tagħmel din in-notifika wara li tirċievi r-Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja. Meta membru jkun nidem, il-mexxej irid jagħmel kunsill ieħor biex jikkonsidra t-tneħħija ta’ dawn ir-restrizzjonijiet (ara 32.16.1).

32.14.3

Reġistri wara li s-Sħubija fil-Knisja ta’ Persuna Hija Irtirata

Jekk l-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna huma formalment irtirati, il-kwartieri ewlenin tal-Knisja jneħħi r-rekord tas-sħubija wara li jkun rċieva r-Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja. Jekk il-persuna tkun tixtieq, il-mexxejja jgħinuha titħejja biex tkun riammessa fil-Knisja permezz tal-magħmudija u l-konferma (ara 32.16.1).

32.14.4

Reġistri wara Ri-ammissjoni fil-Knisja

Wara li persuna tiġi riammessa fil-Knisja, l-isqof jissottometti l-formula Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja. Ma jiġix maħluq Ċertifikat ta’ Magħmudija u Konferma. Minflok, il-magħmudija u konferma jitniżżlu fil-formula Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja.

Jekk il-membru ma kienx dotat, il-kwartieri Ewlenin tal-Knisja jassenja reġistru tas-sħubija li juri d-dati tal-magħmudija oriġinali tiegħu jew tagħha, u ta’ ordinanzi oħrajn. Ir-reġistru ma jagħmel l-ebda referenza lejn it-telfien tas-sħubija fil-Knisja.

Jekk il-membru kien dotat, il-kwartieri ewlenin tal-Knisja jaġġorna r-reġistru tas-sħubija biex juri d-dati ġodda tal-magħmudija u l-konferma. Dan ir-reġistru jinkludi wkoll l-messaġġ “Meħtieġa r-Restawrazzjoni tal-Barkiet.” Wara li l-barkiet tal-membru huma rrestawrati (ara 32.17.2), ir-reġistru tas-sħubija huwa aġġornat biex juri d-dati tal-magħmudija oriġinali u ta’ ordinanzi oħrajn. Ma jagħmel l-ebda referenza għat-telfien tas-sħubija fil-Knisja.

32.14.5

Reġistri ta’ Sħubija b’Annotazzjonijiet

Kif awtorizzat mill-Ewwel Presidenza, il-kwartieri ewlenin tal-Knisja jinnotifika r-reġistru tas-sħubija tal-persuna b’kull waħda mis-sitwazzjonijiet imniżżlin hawn isfel.

  1. L-isqof, jew il-president tal-wited, jissottometti formula bir-Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fil-Knisja billi jindika li l-isħubija tal-persuna ġiet formalment restritta jew irtirata għal kwalunkwe waħda mill-kondotti li ġejjin:

    1. Inċest

    2. Abbuż sesswali ta’ tfal jew żgħażagħ, esplojtazzjoni sesswali ta’ tfal jew żgħażagħ, jew abbuż serju fiżiku jew emozzjonali ta’ tfal u żgħażagħ

    3. Involviment f’pornografija tat-tfal kif spjegat fi 38.6.6

    4. Żwieġ plurali

    5. Mġiba adulta sesswali predatorja

    6. Transġeneru—azzjonijiet biex issir transizzjoni għas-sess bijoloġiku oppost ta’ dak li tkun twieldet bih il-persuna (ara 38.6.23).

    7. Approprjazzjoni ta’ fondi tal-knisja jew is-serq ta’ propjetà tal-Knisja (ara 32.6.3.3)

    8. Abbuż tal-welfer tal-Knisja

    9. Mġiba li thedded (bħal dik sesswali, vjolenti, jew finazjarja) jew kondotta li tagħmel ħsara lill-Knisja

  2. L-isqof jew il-president tal-wited jissottometti notifka bil-miktub li l-persuna:

    1. Ammettiet jew nstabet ħatja ta’ reat li jinvolvi waħda mill-azzjonijiet mniżżlin hawn fuq.

    2. Instabet responsabbli ta’ azzjoni ċivili ta’ frodi jew azzjonijiet illegli oħra li jinvolvu waħda mill-azzjonijiet imniżżlin fuq.

Meta isqof jirċievi reġistru ta’ sħubija annotat, huwa jimxi fuq l-istruzzjonijiet fl-annotazzjoni.

Hija biss il-Ewwel Presidenza li tista’ tawtorizza t-tneħħija ta’ annotazzjoni mir-reġistru tas-sħubija. Jekk il-president tal-wited jirrakomanda t-tneħħija ta’ annotazzjoni, huwa juża LCR (ara 6.2.3). L-Uffiċċju tal-Ewwel Presidenza jinnotifikah jekk ir-rakkomandazzjoni hija approvata jew le.

32.14.6

Rappurtar ta’ Serq ta’ Fondi tal-Knisja

Jekk il-privileġġi tas-sħubija ta’ persuna huma restritti jew irtirati fuq approprjazzjoni ta’ fondi tal-Knisja, l-isqof jew il-president tal-wited jirrapporta dan kif spjegat fi 34.7.5.

32.14.7

Ċaqliq ta’ Restrizzjonijiet fuq Reġistri ta’ Sħubija

Xi drabi membru tal-Knisja jġorr minn post għall-ieħor waqt l-azzjoni dwar sħubija jew tħassib ieħor serju huma pendenti. Xi drabi isqof jeħtieġ li jaqsam informazzjoni ma’ isqof ġdid qabel jittrasferixxi r-reġistru tas-sħubija lejn il-unit ġdida. F’dawn il-każijiet, l-isqof (jew skrivan jekk huwa awtorizzat) jista’ jagħmel restrizzjoni fuq ċaqliq tar-reġistru tas-sħubija. Ir-reġistru jibqa’ fil-unit sakemm l-isqof (jew skrivan jekk huwa awtorizzat) ineħħi r-restrizzjonijiet. Dan jippermetti opportunità għall-isqof biex jikkomunika tħassib u informazzjoni.

32.14.8

Reġistri ta’ Dawk li Huma Nkarċerati

Xi membri nstabu ħatja ta’ xi reat u huma nkarċerati. L-isqof jew il-president tal-wited tal-unit fejn il-persuna kienet tgħix meta twettaq ir-reat jipproċedi bl-azzjoni neċessarja sabiex ikun hemm restrizzjonijiet formali tas-sħubija jew l-irtirar tagħha. Jekk il-privileġġi tas-sħubija kienu restritti, il-mexxej (jew skrivan jekk huwa awtorizzat) jibgħat ir-reġistru tas-sħubija lill-unit li huwa responsabbli tal-post fejn il-persuna ġiet inkarċerata. Jekk l-isħubija kienet irtirata, l-isqof jew il-president tal-wited jikkuntattja l-mexxej ta’ dak il-unit. (Ara 32.15.)

32.14.9

Rikjesti għal Riżenji minn Sħubija

Jekk membru jitlob biex jirriżenja mis-sħubija tiegħu fil-Knisja, l-isqof jagħmel kuntatt miegħu biex jara jekk iridx jiddiskuti t-tħassib u jipprova jirrisolvihom. L-isqof u l-membru jistgħu wkoll jieħdu parir mingħand il-president tal-wited. Il-mexxej jassigura li l-membru jifhem ir-riżultati li jiġu mir-riżenja mis-sħubija fil-Knisja.

  • Din tirrivoka l-ordinanzi kollha.

  • Tneħħi l-privileġġi kollha tas-sħubija.

  • Riammissjoni bil-magħmudija u l-konferma tista’ sseħħ biss wara intervista bir-reqqa u, f’ħafna każijiet, kunsill dwar sħubija (ara 32.16.2).

  • Huwa biss wara l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza u wara li tkun għaddiet sena mir-riammissjoni li persuna li kienet dotata qabel hija eliġibbli biex tirċievi restawrazzjoni tas-saċerdozju u l-barkiet tat-tempju (ara 32.17.2).

Jekk il-membru jkun għadu jrid li jirriżenja mis-sħubija fil-Knisja, huwa jagħti rikjesta, bil-miktub u ffirmata, lill-isqof. L-isqof jissottometti r-rikjesta lill-president tal-wited permezz tal- LCR. Il-president tal-wited imbagħad jirrivedi u jissottometti r-rikjesta permezz ta’ dik is-sistema. Il-mexxejja għandhom jaġixxu minnufih fuq ir-rikjesti.

Persuna tista’ wkoll tagħti r-riżenja tas-sħubija billi tibgħat lill-kwartieri ewlenin tal-Knisja rikjesta iffirmata minn nutar.

Minorenni li jixtieq jagħti r-riżenja tas-sħubija tal-Knisja jimxi wara l-istess proċedura bħal persuna adulta, b’eċċezzjoni waħda: ir-rikjesta għandha tkun iffirmata mill-minorenni (jekk għandu ’l fuq minn 8 snin) jew mill-ġenitur(i) jew gwardjan(i) li għandu l-kustodja minorenni fuq il-minorenni.

Jekk membru li qed jirriżenja mils-sħubija jhedded azzjoni legali kontra l-Knisja jew il-mexxejja tagħha, il-president tal-wited jimxi wara l-istruzzjonijiet fi 38.8.23.

Rikjesta għal riżenja tas-sħubija għandha tittieħed azzjoni dwarha anki jekk il-mexxejja tas-saċerdozju għandhom informazzjoni dwar dnub serju. Kwalunkwe informazzjoni dwar dnubiet mhux risolti hija nnotata meta r-rikjesta hija sottomessa permezz tal- LCR. Dan jippermetti lill-mexxejja tas-saċerdozju li jirrisolvu kwistjonijiet bħal dawn fil-futur jekk il-persuna tapplika għar-riammissjoni fil-Knisja (ara 32.16.2).

Mexxej tas-saċerdozju m’għandux jirrakomanda riżenja mis-sħubija fil-Knisja sabiex jevita li jagħmel kunsill tas-sħubija.

Il-mexxejja jkomplu jimministraw ma’ dawk li jirreżenjaw mis-sħubija tagħhom sakemm dawn jitolbu li ma jridux kuntatt.


PRIVILEĠĠI TA’ SĦUBIJA FIL-KNISJA MILL-ĠDID


Jekk il-privileġġi tas-sħubija fil-Knisja ta’ persuna ġew restritti jew irtirati, il-mexxejja joffru ħbiberija, pariri, u sapport lill-persuna skont kif hi tippermetti. Din is-sezzjoni tispjega kif dawk il-privileġġi jistgħu jingħataw lura.

32.15

Ibqa’ Mministra

L-irwol tal-isqof jew tal-president tal-wited bħala imħallef komuni ma jintemmx meta membru jkun irċieva restrizzjonijiet fuq sħubija jew meta kellu s-sħubija tiegħu fil-Knisja irtirata. Huwa jkompli jimministra, skont kif il-persuna tippermetti, sabiex hi tkun tista’ tgawdi mill-ġdid il-barkiet tas-subija fil-Knisja. L-isqof regolarment jiltaqa’ mal-persuna u, meta ta’ għajnuna u appikabbli, mal-konjuġi tagħha. Is-Salvatur għallem lin-Nefiti:

“La tkeċċuhx mill- … imkejjen ta’ qima tagħkom, għax nies bħal dawn għandkom tkomplu timministraw; għax ma tafux meta huma se jerġgħu lura u jindmu, u jiġi għandi bir-rieda kollha ta’ qalbhom, u jiena nfejjaqhom; u intom tkunu l-mezz li għandhom tasal is-salvazzjoni” (3 Nefi 18:32).

Iż-żmien minnufih wara li l-isħubija ta’ persuna ġiet restritta jew irtirata huwa diffiċli u kritiku għall-persuna u l-familja tagħha. Il-mexxejja għandhom ikunu sensittivi għal dawn il-bżonnijiet u għandhom jħeġġu u jassistu lill-membri tal-familja.

L-isqof jassigura li membri li jafu jagħdru huma assenjati biex jimministraw lil persuna li kellha s-sħubija fil-Knisja restritta jew irtirata, skont kif tippermetti l-persuna. Huma jimministraw ukoll lill-membri tal-familja oħrajn. Individwi li fuqhom għandhom restrizzjonijiet ta’ sħubija jistgħu jibbenefikaw billi jipparteċipaw fl-indiċjar (ara 25.4.3).

Jekk il-persuna titlaq mill-qasam, l-isqof jispjega lill-isqof il-ġdid u jispjega x’jonqos li jeħtieġ li jsir qabel ma r-restrizzjonijiet tas-sħubija fil-Knisja jkunu jistgħu jitħejjew. Jekk is-sħubija ta’ persuna kienet irtirata mill-Knisja jew il-persuna rreżenjat mis-sħubija, l-isqof jagħmel l-istess kuntatt jekk il-persuna tat il-kunsens tagħha li tkun assistita mill-mexxejja tal-Knisja.

32.16

Tneħħija ta’ Restrizzjonijiet Formali jew Riammissjoni fil-Knisja

32.16.1

Kunsilli dwar Sħubija għal Tneħħija ta’ Restrizzjonijiet Formali jew Riammissjoni ta’ Persuna

Meta l-privileġġi tas-sħubija ta’ persuna huma formalment restritti jew irtirati f’kunsill dwar sħubija, irid isir kunsill ieħor biex tiġi kkunsidrata t-tneħħija tar-ristrizzjonijiet jew ir-riammissjoni tal-persuna fil-Knisja. Dan il-kunsill għandu jkollu l-istess livell ta’ awtorità (jew ogħla) daqs il-kunsill inizjali. Per eżempju, jekk president tal-wited jew tal-missjoni ppresieda fuq il-kunsill inizjali, president tal-wited jew tal-missjoni jippresiedi fuq il-kunsill biex tiġi kkunsidrata t-tneħħija tar-ristrizzjonijiet jew ir-riammissjoni tal-persuna.

L-isqof kurrenti jew il-president tal-wited jagħmel il-kunsill. Huwa l-ewwel jassigura li l-persuna nidmet u hija lesta u denja biex tgawdi l-barkiet tas-sħubija fil-Knisja.

Dawk li kellhom is-sħubija tagħhom fil-knisja formalment restritta normalment ikollhom juru ndiema ġenwina għal mill-inqas sena qabel ma t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tiġi kkunsidrata. Dawk li kellhom s-sħubija tagħhom fil-Knisja irtirata kważi dejjem ikollhom juru ndiema ġenwina għal mill-inqas sena qabel ma r-riammissjoni tagħhom tkun tista’ tiġi kkunsidrata. Għal membru li kellu pożizzjoni prominenti fil-Knisja fl-istess żmien tad-dnub serju, il-perjodu huwa ġeneralment itwal (ara 32.6.1.4).

Kunsill li jikkonsidra t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet jew riammissjoni ta’ persuna fil-Knisja jimxi wara l-istess linji gwida bħal kunsilli dwar sħubija oħrajn. Isqof jeħtieġlu approvazzjoni mill-president tal-wited biex jagħmel kunsill. F’missjoni, president tal-fergħa jew tad-distrett jeħtieġlu approvazzjoni mill-president tal-missjoni.

Il-linji gwida li ġejjin japplikaw meta ħa jsir kunsill dwar sħubija biex jikkonsidra t-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq sħubija fil-Knisja jew ir-riammissjoni fil-Knisja. Mhux dawn il-linji gwida kollha jistgħu japplikaw f’kull każ.

  1. Irrivedi l-kunsill dwar sħubija inizjali. L-isqof, jew il-president tal-wited, jirrivedi l-formula Rapport ta’ Kunsill dwar Subija fil-Knisja. Huwa jitlob kopja permezz tal- LCR. Wara li jirrivedi l-formula, huwa jista’ jikkuntattja lill-isqof jew lill-president tal-wited tal-post fejn kien sar il-kunsill inizjali sabiex jitlob klarifikazzjoni.

  2. Intervista lill-persuna. L-isqof, jew il-president tal-wited, jintervista bir-reqqa lill-persuna biex jagħraf il-qawwa tal-fidi tagħha f’Ġesù Kristu u sa fejn waslet l-indiema. Huwa jiddetermina jekk il-persuna leħqetx il-kundizzjonijiet spjegati fl-azzjoni inizjali.

  3. Iddetermina l-istatus tal-azzjoni fil-qorti ċivili jew kriminali. Xi drabi persuna ammettiet jew instabet ħajta ta’ reat. Xi drabi persuna nstabet li kienet responsabbli f’azzjoni ċivili ta’ frodi jew għmejjel illegali oħra. F’dawn il-każijiet, il-mexxej ġeneralment ma jagħmilx kunsill sakemm il-persuna ma tkunx wettqet il-kondizzjonijiet kollha ta’ kwalunkwe sentenza, ordni, jew ġudizzju magħmul minn awtoritajiet legali. Dawn il-kondizzjonijiet jafu jinkludu priġunerija, probation, parole, multi jew restituzzjoni. L-eċċezzjonijiet jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza qabel ma jsir il-kunsill dwar sħubija. Dawn l-eċċezzjonijiet jistgħu jinkludu xi ħadd li wettaq ir-rikjesti legali u li wera ndiema ġenwina iżda li hu fuq probation għal ħajtu kollha jew għandu multa sostanzjali.

  4. Ikkuntattja l-mexxejja tas-saċerdozju tal-vittmi. F’każ li jkun hemm vittmi, l-isqof jew il-president tal-wited jikkuntattja lill-isqof jew il-president tal-wited kurrenti tagħhom.

  5. Agħti notifika tal-kunsill. Huwa jinnotifika l-persuna dwar id-data, żmien, u l-post tal-kunsill.

  6. Mexxi l-kunsill. Huwa jmexxi il-kunsill skont il-linji gwida fi 32.10.3. Huwa jistaqsi lill-persuna x’għamlet biex tindem. Huwa jistaqsi wkoll dwar l-impenn tagħha għal Ġesù Kristu u l-Knisja. Meta l-kwistjonijiet relevanti kollha jkunu ġew preżentati, huwa jitlob lill-membru joħroġ mill-kamra. Flimkien mal-kunsilliera tiegħu, huwa jitlob biex jikkunsidraw x’azzjoni għandha tittieħed. It-tliet deċiżjonijiet possibbli huma:

    1. Il-kontinwazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq is-sħubija jew l-irtirar tagħha.

    2. It-tneħħija tar-restrizzjonijiet jew l-awtorizzazzjoni tar-riammissjoni.

    3. Rakkomandazzjoni lill-Ewwel Presidenza li r-restrizzjonijiet għandhom jitneħħew jew ir-riammessjoni tiġi awtorizzata (jekk ikun meħtieġ, skont l-“Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza” ta’ hawn isfel).

  7. Wassal id-deċiżjoni. Wara li l-kunsill jieħu d-deċiżjoni, l-uffiċjal li jippresiedi jgħaddiha lill-persuna. Jekk l-approvazzjoni mill-Ewwel Presidenza hija neċessarja, huwa jispjega li d-deċiżjoni hija rakkomandazzjoni lill-Ewwel Presidenza.

  8. Issottometti r-Rapport. L-isqof, jew il-president tal-wited, jissottometti l-formula Rapport ta’ Kunsill dwar Sħubija fill-Knisja permezz ta’ LCR. Huwa jista’ jitlob lill-iskrivan jipprepara r-rapport. Huwa jassigura li l-ebda kopja tal-formola, sew fuq karta, sew elettronika, ma hija miżmuma lokalment. Huwa jassigura wkoll li n-noti kollha użati biex jiġi ppreparat ir-rapport huma distrutti minnufih.

  9. Applika għall-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza (jekk meħtieġ). Fiċ-ċirkostanzi li ġejjin, l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza hija meħtieġa biex jitneħħew restrizzjonijiet formali jew biex il-persuna tiġi riammessa fil-Knisja. Din l-approvazzjoni hija rikjesta anki jekk il-kondotta seħħet wara l-isħubija fil-Knisja kienet formalment restritta jew irtirata.

    Il-president tal-wited jissottometti applikazzjoni lill-Ewwel Presidenza ġaladarba dan jirrakomanda approvazzjoni (ara 6.2.3).

    1. Qtil

    2. Inċest

    3. Abbuż sesswali ta’ tfal jew żgħażagħ, esplojtazzjoni sesswali ta’ tfal jew żgħażagħ, jew abbuż serju fiżiku jew emozzjonali ta’ tfal u żgħażagħ minn adult jew minn żagħżugħ li huwa ħafna snin ikbar

    4. Involviment f’pornografija tat-tfal fejn ikun hemm kundanna legali

    5. Apostasija

    6. Żwieġ plurali

    7. Twettiq ta’ dnub serju waqt li tkun f’pożizzjoni prominenti fil-Knisja

    8. Transġeneru—azzjonijiet biex issir transizzjoni għas-sess bijoloġiku oppost ta’ dak li tkun twieldet bih il-persuna (ara 38.6.23)

    9. Approprjazzjoni ta’ fondi jew propjetà tal-Knisja

  10. Agħti notifika bil-miktub tad-deċiżjoni. L-isqof, jew il-president tal-wited, jassigura li l-persuna tirċievi bla dewmien notifika bil-miktub tad-deċiżjoni u l-effetti tagħha.

  11. Għammed u Kkonferma. Jekk is-sħubija fil-Knisja ta’ persuna kienet irtirata fil-kunsill inizjali, hi jkollha tiġi mgħammda u kkonfermata mill-ġdid. Jekk l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza hija meħtieġa, dawn l-ordinanzi jistgħu jitwettqu biss wara li din l-approvazzjoni tasal. Ma jiġix ikkreat Ċertifikat ta’ Magħmudija u Konferma (see 32.14.4).

32.16.2

Li Tkun Riammess wara Riżenja minn Sħubija fil-Knsja

Jekk persuna formalment tirriżenja mis-sħubija fil-Knisja, hi teħtieġ li tiġi mgħammda u kkonfermata biex tkun riammessa fil-Knisja. Għall-adulti, ir-riammissjoni mhijiex nomalment ikkonsidrata qabel ma tgħaddi mill-inqas sena minn wara r-riżenja mis-sħubija.

Meta persuna titlob riammessjoni, l-isqof jew il-president tal-wited jikseb kopja tal-formula Rapport tal-Azzjoni Amministrattiva li kienet takkumpanja r-rikjesta tar-riżenja. Huwa jista’ jiksibha permezz tal-LCR.

L-isqof jew il-president tal-wited imbagħad jintervista lill-persuna bir-reqqa. Huwa jistaqsiha dwar ir-raġunijiet għar-rikjesta oriġinali u x-xewqa għar-riammissjoni. Fi spirtu ta’ mħabba, huwa jistaqsi dwar dnubiet serji li l-persuna setgħet wettqet kemm qabel u kemm wara li rreżenjat mis-sħubija. Il-mexxej ma jipproċedix bir-riammissjoni qabel ma jkun sodisfatt li l-persuna nidmet u hija lesta u denja biex tgawdi l-barkiet tas-sħubija fil-Knisja.

Linji gwida għar-riammissjoni wara r-riżenja huma dan li ġejjin:

  • Kunsill dwar sħubija jsir jekk is-sħubija ta’ persuna kienet formalment ristretta fi żmien ir-riżenja.

  • Kunsill dwar sħubija jsir jekk il-persuna wettqet dnub serju, inkluż apostasija, qabel ir-riżenja mis-sħubija.

F’ċirkostanzi oħra, kunsill dwar sħubija ma jsirx sakemm l-isqof jekk il-president tal-wited ma jiddeterminax li ħa jkun meħtieġ.

Meta l-kunsill dwar sħubija huwa meħtieġ għal persuna li kienet irċeviet dotazzjoni tat-tempju, huwa l-president tal-wited li jagħmlu. Meta l-kunsill huwa meħtieġ għal persuna li me kinitx dotata, huwa l-isqof li jagħmlu, bl-approvazzjoni mill-president tal-wited.

Jekk persuna involuta f’xi waħda mill-kondotti fi 32.16.1, numru 9, sew jekk qabel u sew jekk wara r-riżenja mis-sħubija fil-Knisja, l-approvazzjoni tal-Ewwel Presidenza hija meħtieġa għar-riammissjoni. Jekk persuna involuta f’xi waħda mill-kondotti fi 32.14.5 numru 1, sew jekk qabel u sew jekk wara r-riżenja mis-sħubija fil-Knisja, annotazzjoni hija meħtieġa fuq ir-reġistru tas-sħubija.

Persuna li titlob riammissjoni għandha jkollha l-istess kwalifiċi daqs oħrajn li huma mgħammdin. Meta l-isqof jew il-president tal-wited huwa sodisfatt li l-persuna hija denja u sinċiera fir-rieda tagħha li tkun riammessa, il-persuna tkun tista’ tiġi mgħammda jew ikkonfermata. Ma jiġix maħluq Ċertifikat ta’ Magħmudija u Konferma (ara 32.14.4).

raġel jieħu s-sagrament

32.17

Attività tal-Knisja, Ordinazzjoni, u Restawrazzjoni ta’ Barkiet wara Riammissjoni

32.17.1

Attività tal-Knisja u Ordinazzjoni

It-tabella li ġejja tindika l-livell xieraq ta’ attività fil-Knisja għal persuna li ġiet riammessa bil-magħmudija u l-konferma.

Ma Kienx Dotat Qabel

Kien Dotat Qabel

Dawk li Qabel Kienu Jħaddnu s-Saċerdozju

Ma Kienx Dotat Qabel

  • Eżatt wara l-magħmudija u l-konferma, jista’ jkollhom is-saċerdozju ikkonferit lilhom u jkunu ordnati għal-uffiċċju tas-saċerdozju li kellhom meta s-sħubija tagħhom fil-Knisja kienet irtirata jew kien hemm riżenja. Ma jiġux ippreżentati għas-sosteniment.

  • Tista’ tinħarġilhom rakkomandazzjoni tat-tempju għall-magħmudijiet u konfermi bi prokura.

Kien Dotat Qabel

  • Ma jistgħu jiġu ordnati għall-ebda uffiċċji tas-saċerdozju. Meta l-barkiet tagħhom tas-saċerdozju jew tat-tempju jiġu rrestawrati, l-uffiċċju tas-saċerdozju preċedenti tagħhom jiġi rrestawrat kif spjegat fi 32.17.2. Huma ma jistgħux iwettqu ordinanzi sa dak iż-żmien.

  • Jistgħu jipparteċipaw f’kull attività tal-Knisja li hija permessa għal membru mhux dotat li ma jħaddanx is-saċerdozju.

  • Ma jistgħux jilbsu l-garment tat-tempju u ma jistgħu jirċievu l-ebda rakkomandazzjoni tat-tempju qabel ma jiġu rrestawrati l-barkiet tagħhom.

Membri oħrajn.

Ma Kienx Dotat Qabel

  • Jistgħu jipparteċipaw f’attività tal-Knisja daqs kif ikun jista’ konvertit ġdid.

  • Tista’ tinħarġilhom rakkomandazzjoni tat-tempju għall-magħmudijiet u konfermi bi prokura.

Kien Dotat Qabel

  • Jistgħu jipparteċipaw f’kull attività tal-Knisja li hija permessa għal membru mhux dotat li ma jħaddanx is-saċerdozju.

  • Ma jistgħux jilbsu l-garment tat-tempju u ma jistgħu jirċievu l-ebda rakkomandazzjoni tat-tempju qabel ma jiġu rrestawrati l-barkiet tagħhom (ara 32.17.2).

32.17.2

Restawrazzjoni ta’ Barkiet

Huwa biss permezz tal-ordinanzi tar-restawrazzjoni ta’ barkiet li persuni li qabel irċevew id-dotazzjoni tat-tempju u kienu riammessi b’magħmudija u konferma jistgħu jirċievu l-barkiet tagħhom tas-saċerdozju u tat-tempju (ara Duttrina u Patti 109:21). Huma mhumiex ordnati għall-uffiċċji tas-saċerdozju u ma jiġux dotati mill-ġdid. Dawn il-barkiet huma rrestawrati permezz tal-ordinanza. L-Aħwa huma rrestawrati għall-uffiċċju tas-Saċerdozju li kellhom qabel, bl-eċċezzjoni tal-uffiċċju tas-Sebgħin, isqof, u patrijarka.

Hija biss l-Ewwel Presidenza li tista’ tapprova t-twettiq tal-ordinanza tar-restawrazzjoni tal-barkiet. Huma ma jikkonsidrawx applikazzjoni għal din l-ordinanza qabel ma tkun għaddiet sena wara li persuna tkun riammessa bil-magħmudija u l-konferma.

L-isqof jew il-president tal-wited jintervista lill-persuna biex jiddetermina d-denjità tagħha u kemm hija mħejjija. Meta l-president tal-wited iħoss li l-persuna hija lesta, huwa japplika għar-restawrazzjoni tal-barkiet billi juża l-LCR. Ara 6.2.3 dwar ir-responsabbiltà tal-president tal-wited meta jissottometti applikazzjonijiet lill-Ewwel Presidenza.

Jekk l-Ewwel Presidenza tapprova r-restawrazzjoni tal-barkiet, huma jassenjaw Awtorità Ġenerali jew l-president tal-wited biex jintervista lill-persuna. Jekk il-persuna hija denja, dan il-mexxej iwettaq l-ordinanza biex jirrestawra l-barkiet tal-persuna.

Għal informazzjoni dwar reġistri ta’ sħubija u r-restawrazzjoni tal-barkiet, ara 32.14.4.