“Nixtieq Nara t-Tempju,” For the Strength of Youth, Mejju 2021.
Sessjoni tas-Sibt Filgħodu
Nixtieq Nara t-Tempju
Siltiet
Jiena naf li t-tempji tal-Mulej huma postijiet qaddisa. L-għan tiegħi llum li nitkellem dwar it-tempji hu biex inkabbar ix-xewqa tiegħi u tagħkom li nkunu denji u lesti għall-opportunitajiet dejjem jikbru ta’ esperjenzi tat-tempju li se jkollna. …
Jekk jien u intom ikollna mmorru fit-tempju u ma nkunux safja biżżejjed, aħna ma nkunux nistgħu nagħrfu, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, it-tagħlim spiritwali dwar is-Salvatur li aħna nistgħu nirċievu fit-tempju.
Meta aħna nkunu denji li nirċievu dan it-tagħlim, permezz tal-esperjenza tagħna tat-tempju, aħna nistgħu nkomplu nikbru tul ħajjitna fit-tama, fil-ferħ, u fl-ottimiżmu. Dik it-tama, u dak il-ferħ, u l-ottimiżmu huma disponibbli biss jekk naċċettaw l-ordinanzi li jitwettqu fit-tempji mqaddsa. Huwa biss fit-tempju li aħna nistgħu nirċievu l-assigurazzjoni tar-rabta ta’ mħabba tal-familja li jkomplu wara l-mewt tul l-eternità kollha. …
… U aħna nafu li l-ferħ etern tagħna jiddependi fuq kemm aħna nagħmlu l-almu tagħna biex noffru l-istess ferħ dejjiem lil kemm nistgħu minn fost il-qraba tagħna.
Jien inħoss l-istess xewqa li nirnexxi meta nistieden lill-membri ħajjin tal-familja sabiex ikunu jixtiequ li jsiru denji li jirċievu u jonoraw l-ordinanzi tas-siġill tat-tempju. Dan hu parti mill-imwiegħda ġabra ta’ Iżrael fl-aħħar żminijiet fuq iż-żewġ naħat tal-velu.