“Kif Tisimgħuh?,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Mar. 2022.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ , Marzu 2022
Kif Tisimgħuh?
Flimkien mad-direzzjoni trankwilla li aħna nirċievu mill-Ispirtu s-Santu, minn żmien għall-ieħor, Alla b’qawwa u b’mod mill-aktar personali jassigurana lkoll li Hu jafna u jħobbna. Imbagħad, fil-mumenti diffiċli tagħna, is-Salvatur ifakkarna dwar dawn l-esperjenzi.
Aħsbu ftit dwar ħajjitkom. Dawn l-esperjenzi jafu jseħħu fi żminijiet kruċjali f’ħajjitna, jew f’okkażjonijiet li għall-ewwel jafu ma jidhrux daqstant sinifikanti. Dawn il-mumenti li jiddefinixxuna spiritwalment nesperjenzawhom f’mumenti differenti u b’modi differenti, lkoll kemm aħna b’mod individwali.
Joseph Smith spjega li xi kultant aħna nirċievu “mumenti spontanji ta’ ideat” u drabi oħra nixxiegħa sħiħa ta’ intelliġenza.1
Il-President Dallin H. Oaks, bi tweġiba lil raġel sinċier li ddikjara li qatt ma kellu xi esperjenza simili, qallu, “Jista’ jkun li t-talb tiegħek ġie mismugħ kemm-il darba, iżda inti stennejt li t-tweġiba tiegħek sa taraha mwaħħla fuq tabella tant kbira jew se tismagħha permezz ta’ leħen tant jgħajjat li taħseb li ma ġiex mismugħ.”2
M’ilux smajna lill-President Russell M. Nelson jgħid, “Nistedinkom biex taħsbu b’mod profond u ta’ spiss dwar din il-mistoqsija importanti: Lilu intom kif tisimgħuh? Nistedinkom ukoll biex tieħdu ċerti passi biex tisimgħuh aħjar u aktar ta’ spiss.”3
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, March 2022. Maltese. 18296 159