2010
Ikollok Fiduċja Fik Iniffsek
Jannar 2010


Messaġġ tal-Għalliema Taż-Żjajjar, Jannar 2009

Inkunu Indipendenti

Għallem l-iskrittura u l-kwotazzjonijiet jew, jekk ikun hemm bżonn, xi prinċipju ieħor li jista’ jbierek lill-aħwa li inti żżur. Agħti t-testimonjanza tiegħek ta’ din id-duttrina. Stieden lil dawk li inti tgħallem sabiex jaqsmu miegħek dak li huma ħassew u tgħallmu.

Xi Tfisser li Awto-Suffiċjenti?

“‘Li nkunu awto-suffiċjenti jfisser li nużaw il-barkiet kollha li tana Missierna tas-Smewwiet sabiex nieħdu ħsieb tagħna nfusna u tal-familji tagħna, u li nsibu soluzzjoni tal-problemi tagħna nfusna.’ Lkoll kemm aħna għandna responsabbiltà li nippruvaw nevitaw il-problemi qabel ma jseħħu u li nitgħallmu negħlbu l-isfidi meta nħabbtu wiċċna magħhom. …

“Kif insiru awto-suffiċjenti? Aħna nsiru awto-suffiċjenti billi niksbu biżżejjed għarfien u edukazzjoni; billi nħaddmu flusna u r-riżorsi tagħna bil-għaqal, billi nkunu spiritwalment b’ saħħitna, billi nitħejjew tajjeb għal xi emerġenza jew eventwalità; u billi nkunu b’ saħħitna fiżikament, soċjalment u emozzjonalment.”1

Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

Responsabbiltà tal-Evanġelju

“Hekk kif inżommu f’ moħħna l-futur tagħna u nkabbru d-doni u t-talenti tagħna, aħna nsiru aktar indipendenti. Li nkunu indipendenti jfisser li nkunu responsabbli mill-ġid spiritwali u temporali tagħna u minn dawk li Missierna tas-Smewwiet għoġbu jafda f’ idejna. Huwa biss meta aħna awto-suffiċjenti li nistgħu verament nemitaw lis-Salvatur billi nservu u nbierku lil ħaddieħor.

“Huwa importanti li nifhmu li l-awto-suffiċjenza hija mod kif nistgħu niksbu l-għanijiet tagħna. L-għan aħħari tagħna huwa li nsiru bħas-Salvatur, u dan l-għan jissaħħaħ permezz tas-servizz altruwista tagħna lejn ħaddieħor. L-abbiltà tagħna li nservu tikber jew tonqos skont il-livell tal- awto-suffiċjenza tagħna.”2

Il-Presbiteru Robert D. Hales tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

“L-awto-suffiċjenti tagħna hija prodott tal-ħidma tagħna u hija sapport għal kull ħidma altruwista min-naħa tagħna. Hija element essenzjali fil-benesseri spiritwali u temporali tagħna. Dwar dan il-prinċipju, il-President Marion G. Romney [1897–1988] qal: ‘Ejjew naħdmu għal dak li għandna bżonn. Ejjew inkunu awto-suffiċjenti. Is-salvazzjoni ma tinkisibx fuq xi prinċipju ieħor. Is-salvazzjoni hija xi ħaġa individwali, u rridu naħdmu għas-salvazzjoni tagħna fil-ħwejjeġ temporali kif ukoll spiritwali tagħna.’ …

“Dwar l-importanza li nkunu awto-suffiċjenti, Il-President Spencer W. Kimball [1895–1985] ikompli jgħallimna: ‘Ir-responsabbiltà ewlenija tal-benesseri soċjali, emozzjonali, spiritwali, fiżika u ekonomika ta’ kull persuna hi l-ewwelnett ta’ dik il-persuna nnifisha, it-tieni tal-familja tagħha u t-tielet tal-Knisja jekk hi membru fidila tagħha.’”3

Il-President Thomas S. Monson.

Noti

  1. “The Welfare Responsibilities of the Relief Society President,” Basic Principles of Welfare and Self-Reliance (2009), 4–5.

  2. “A Gospel Vision of Welfare: Faith in Action,” Basic Principles of Welfare and Self-Reliance (2009), 1–2.

  3. “Guiding Principles of Personal and Family Welfare,” Liahona, Fr. 1987, 3.

Ipprintja