2010
L-Esperiment Tiegħi tal-Fidi
April 2010


Iż-Żgħażagħ

L-Esperiment Tiegħi tal-Fidi

Meta kelli 13-il sena, bdejt naqra l-Ktieb ta’ Mormon kuljum, u minn dak inhar ‘l hawn ġejt imbierek kuljum.

Il-Klassi tagħna tal-Iskola tal-Ħadd, klassi mimlija tfal ta’ 13-il sena, ma tantx kienet magħrufa għar-riverenza tagħna. Madankollu, kellna għalliema meraviljuża li għamlet l-almu tagħha sabiex tgħallem kull lezzjoni permezz tal-Ispirtu. Lezzjoni minn dawn kienet dwar il-qari tal-iskrittura.

Fi tmiem il-lezzjoni hija għamlitilna sfida. L-isfida kienet għalina lkoll, iżda għal xi raġuni hija ħarset direttament lejja hekk kif qalet, “Ħa nara jekk jirnexxilkomx taqraw kuljum mill-Ktieb ta’ Mormon!” Għidt bejni u bejn ruħi, “Nurik jien. Hekk sa nagħmel!”

Bdejt 1 Nephi l-1 kapitlu dik il-lejla stess u komplejt naqrah kuljum. Probabbli meta bdejt ma kellix l-aktar attitudni xierqa, iżda wara ftit taż-żmien beda jogħġobni l-mod li bdejt inħossni kull meta naqra l-Ktieb ta’ Mormon. Il-qari ta’ kull filgħaxija sar għalija vizzju sabiħ.

Xhur wara wasalt f’ Alma 32 u ġejt impressjonat bl-idea tal-esperiment tal-fidi. Fl-iskola konna għadna kif tgħallimna dwar kif nagħmlu esperimenti xjentifiċi, għalhekk inżilt għarkubbtejja u għidt lill-Missier tas-Smewwiet li kont sa nibda l-esperiment. Tlabt li nsir naf jekk il-Ktieb ta’ Mormon huwiex vera jew le.

Meta nħares lura lejn din l-esperjenza, jiena naf li Missierna tas-Smewwiet sema’ talbi ħafna drabi. Il-qari ta’ kuljum mill-Ktieb ta’ Mormon tani qawwa akbar li ngħeleb il-ħażen. Ħassejtni aktar viċin ta’ Missieri tas-Smewwiet. Ħassejt il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tgħini ngħeleb l-ostakli. Dak li qal Alma dwar li rridu nesperimentaw bil-kelma ta’ Alla huwa kollu minnu: “Bdiet tkabbar ruħi; iva, bdiet iddawwal l-għarfien tiegħi, iva, bdiet tkun delizzjuża għalija” (Alma 32:28).

Ipprintja