2010
Infittxu u Nirċievu r-Rivelazzjoni Personali
April 2010


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, April 2010

Infittxu u Nirċievu r-Rivelazzjoni Personali

Għallem l-iskrittura u l-kwotazzjonijiet jew, jekk ikun hemm bżonn, xi prinċipju ieħor li jista’ jbierek lill-aħwa li inti żżur. Agħti t-testimonjanza tiegħek ta’ din id-duttrina. Stieden lil dawk li inti tgħallem sabiex jaqsmu miegħek dak li huma ħassew u tgħallmu.

Kif Nista’ Nfittex ir-Rivelazzjoni Personali?

“Aħna nitħejjew sabiex nirċievu r-rivelazzjoni personali kif jagħmlu l-profeti, billi nistudjaw l-iskrittura, insumu, nitolbu u nibnu l-fidi. Il-fidi hija l-muftieħ. Ftakru fit-tħejjija ta’ Joseph għall-Ewwel Viżjoni:

“Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla. …

“Mela jitlob bil-fidi, bla ma jitħasseb.’”1

Il-Presbiteru Robert D. Hales tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu:

“It-talb hu l-muftieħ personali tiegħek għas-sema. Is-serratura tinsab fuq in-naħa tiegħek tal-velu.

“Iżda dan mhux kollox. Lil wieħed li għallem li r-rivelazzjoni tinkiseb mingħajr ebda sforz, il-Mulej qallu:

“Inti ma fhemtx; inti ħsibt li jiena nagħtihielek, meta inti lanqas biss indenjajt ruħek tistaqsini.

“Iżda, ara, jiena ngħidlek, li inti għandek tistudjaha f’ moħħok; mbagħad staqsini jekk hux veru, u jekk ikun veru jiena nwassal sabiex inti tħoss nar jaqbad ġewwa sidrek; għalhekk, inti tħoss li huwa vera.’”2

Il-President Boyd K. Packer, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

Kif Nista’ Nirċievi r-Rivelazzjoni Personali? “

Fl-aktar forom familjari tagħha, ir-rivelazzjoni jew l-ispirazzjoni tasal permezz tal-kliem jew tal-ħsieb li jikkomunikaw mal-moħħ (ara Enos 1:10; D&C 8:2–3), permezz tal-illuminazzjoni spontanja(ara D&C 6:14–15), permezz ta’ sentimenti pożittivi jew negattivi dwar xi ħaġa li tkun sa twettaq, jew saħansitra permezz ta’ preżentazzjoni artistika sspirata. Il-President Boyd K. Packer, … il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, iddikjara, ‘L-ispirazzjoni tasal aktar bħala sentiment milli bħala ħoss.’”3

Il-Presbiteru Dallin H. Oaks tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

“It-tempju huwa dar tat-tagħlim. Ħafna mit-tagħlim li jsir fir-tempju huwa simboliku u titgħallmu permezz tal-Ispirtu. Dan ifisser li aħna niġu mgħallmin minn fuq. … L-għarfien tagħna tat-tifsira tal-ordinanzi u l-patti jikber hekk kif nibdew immorru t-tempju ta’ spiss bl-attitudni li nitgħallmu u nikkontemplaw il-veritajiet eterni mgħallmin hemmhekk. … Ejjew ngawdu l-qawwa spiritwali u r-rivelazzjoni li nirċievu hekk kif nattendu t-tempju regolarment.”4

Silvia H. Allred, l-ewwel kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

Noti

  1. “Personal Revelation: The Teachings and Examples of the Prophets,” Liahona, Nov. 2007, 88.

  2. “Personal Revelation: The Gift, the Test, and the Promise,” Ensign, Nov. 1994, 59–60.

  3. “Eight Reasons for Revelation,” Liahona, Sett. 2004, 8.

  4. “Holy Temples, Sacred Covenants,” Liahona, Nov. 2008, 113, 114.

Għajnuna għat-Tagħlim taż-Żjajjar

Bħala għalliema taż-żjajjar, inti tista’ tirċievi l-ispirazzjoni tal-ispirtu li tgħinek tkun taf il-bżonnijiet tal-aħwa u kif tista’ tgħinhom. Inti u tgħallem dan il-messaġġ, aqsam, kif xieraq, kull ispirazzjoni jew għajnuna li inti rċevejt dwar it-tagħlim taż-żjajjar.

Tħejjija Personali

1 Samuel 3:10

1 Slaten 19:11–12

Alma 5:46; 26:22

3 Nephi 19:19–23

D&C 8:2–3; 9:8–9; 88:63–64

Ipprintja