2010
Iż-Żagħżugħ il-Ġdid
Lulju 2010


Iż-Żgħażagħ

Iż-Żagħżugħ il-Ġdid

Kont qed insibha ftit diffiċli għax bdejt inħossni qisni ħuta barra mill-ilma. Konna għadna kif ġejna noqogħdu hawn min-naħa l-oħra tal-pajjiż. Il-qasam li ġejna nagħmlu parti minnu kellu grupp kbir ta’ żgħażagħ, iżda din hija l-ewwel darba li kont sa nkun “iż-żagħżugħ il-ġdid.”. L-agħar parti kie net li kelli mmur fi skola ġdida, u l-ħsie b mill-ewwel feġġ ġewwa moħħi, “Ma’ min sa noqgħod fil-brejk?” Forsi nara lil xi ħadd mill-knisja, iżda ma ridtx li naqbad u npoġġi fuq xi mejda ma’ xi ħadd, speċjalment meta ma kontx naf jekk iridunix magħhom!

L-ewwel jum tal-iskola kie n jidher li ma kie n sa jgħaddi qatt. Fl-aħħar daqqet il-qanpie na għall-brejk. Hekk kif dħalt bil-mod fil-kamra tal-ikel, tlabt lill-Missie ri tas-Smewwie t bie x jgħini nsib lil xi ħadd li kont naf. Tajt ħarsa madwari bie x nara jekk nagħrafx lil xi ħadd. M’għaraft lil ħadd. Għalhekk mort sibt mejda fuq wara tal-kamra u qgħadt nie kol hemmhekk.

Aktar tard dak inhar matul il-klassi tal-matematika, għaraft wiċċ familjari. Lil David kont rajtu filgħodu fis-seminarju. Huwa rie d jara l-iskeda tie għi u nduna li t-tnejn li aħna kie n sa jkollna l-brejk fl-istess ħin. “Allura, fejn kont illum fil-brejk?” staqsieni.

“Qgħadt fuq wara tal-kamra,” wiġibtu jie n.

“Mela, għada fil-brejk ejja ħdejja,” qalli hu.

Jie na grat għal Missie r tas-Smewwie t li tant iħobbna, li jaf il-bżonnijie t kollha tagħna u li jwie ġeb it-talb kollu tagħna. Jie na grat ukoll għal dak li kie n lest sabie x ikun ħabib tie għi. Xi ħaġa tant sempliċi bħal stedina tista’ tagħmel id-differenza kollha.

Ipprintja