2010
Milied Missjunarju
Diċembru 2010


Iż-Żgħażagħ

Milied Missjunarju

Matul il-tieni Milied tiegħi bħala missjunarju full-time, jiena u sieħbi l-missjunarju morna nżuru membru li kienet għadha kif tgħammdet u lill-familja tagħha. Wara ikla tal-Milied mill-aqwa, aħna qsamna magħhom il-messaġġ tal-Milied.

Tlabna lill-familja sabiex ipinġu xi stampi ta’ affarijiet li jfakkruhom dwar dan l-istaġun, bħal, per eżempju, kwiekeb, rigali, presepji u siġar tal-Milied. Mbagħad qrajna ftit skrittura, inkluż 2 Nephi 19:6: “Għaliex twieldet fostna tarbija, ġie mogħti lilna iben; u t-tmexxija sa tkun fuq spallejh; u ismu sa jissejjaħ, tal-Għaġeb, Kunsillier, Alla s-Setgħan, il-Missier Etern, il-Prinċep tal-Paċi.” Kantajna “Once in Royal David’s City” (Hymns, no. 205), rajna film dwar it-Twelid, u qsamna it-testimonjanza tagħna dwar Ġesù Kristu.

Kien Milied li għaddejnieh b’ mod sempliċi, ‘l bogħod mill-familji tagħna u ċ-ċelebrazzjonijiet tas-soltu tal-Milied, iżda hekk kif qsamna t-testimonjanza tagħna tas-Salvatur, jiena ħassejt ċerta mħabba profonda u apprezzament akbar għalih u għat-twelid Tiegħu li qatt ma kont esperjenzajt bħalha qabel. Irrealizzajt li kien sa jkun l-aħħar Milied tiegħi bħala missjunarju full-time, naqdi lil Missieri fis-Smewwiet, iżda fhimt li l-Ispirtu s-Santu jista’ jixhed miegħi dwar ibnu inkun fejn inkun.

Ipprintja