2010
Ir-Responsabbiltà Tagħna li Nipparteċipaw fil-Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja
Diċembru 2010


Messaġġ ta’ l-Għalliema Taż-Żjajjar, Diċembru 2010

Ir-Responsabbiltà Tagħna li Nipparteċipaw fil-Ħidma tat-Tempju u tal-Istorja tal-Familja

Studja dan il-materjal, u kif xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.

Immaġni
Relief Society seal

Fidi • Familja • Għajnuna

Tul is-sekli kienu ħafna li mietu mingħajr l-għarfien tal-evanġelju. Xi wħud minn dawn in-nies jiġu minnek mill-viċin jew forsi mill-bogħod. Huma jinsabu jistennewk sabiex tagħmel ir-riċerka neċessarja li tgħaqqad il-familji tiegħek flimkien u biex twettaq l-ordinanzi f’ isimhom.

F’ ħafna tempji fid-dinja m’ hawnx attività daqs kemm hu mixtieq. Il-Mulej wiegħed li qalbkom iddur lejn missirijietkom sabiex id-dinja ma tintilifx għal kollox fit-tieni miġja Tiegħu (ara D&C 2:2–3).

Hemm barkiet personali li inti tista’ tirċievi b’ riżultat tal-parteċipazzjoni tiegħek fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja. Waħda minn dawn il-barkiet hija l-ferħ li inti tħoss hekk kif isservi l-antenati tiegħek. Barka oħra hija li inti tkun kapaċi tikkwalifika għar-rakkomandazzjoni tat-tempju, li tfisser li inti tkun denja quddiem il-Mulej. Dawk li llum m’humiex denji tal-privileġġ li jkollhom rakkomandazzjoni għandhom jaħdmu mal-isqof jew mal-president tal-fergħa tagħhom sabiex jikkwalifikaw fl-anqas żmien possibbli. Jekk jogħġbok toqgħodx mingħajr din il-kwalifika tant importanti. Nixhed li l-Att tal-Fidwa huwa reali u li d-dnubiet jistgħu jinħafru jekk nindmu kif inhu xieraq.

Hekk kif nipparteċipaw fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja, aħna żgur li jkollna magħna l-Ispirtu li jfarraġna fl-isfidi kollha tagħna u li jiggwidana f’ deċiżjonijiet importanti. Il-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja hija parti mill-ħidma tagħna li tipprovdi għajnuna, jew servizz lill-antenati tagħna.

Mill-Istorja Tagħna

“Il-Profeta Joseph Smith qal, ‘L-akbar responsabbiltà li Alla tana f’ din id-dinja hi li nfittxu dwar il-mejtin tagħna’ (History of the Church, 6:313). Mill-ewwel żminijiet, l-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna ssapportjaw din il-ħidma kbira. F’ Nauvoo fl-1842, ix-xewqa ta’ Sarah M. Kimball li tgħin lill-ħaddiema li kienu qed jibnu t-tempju wasslet biex grupp ta’ aħwa nisa jorganizzaw lilhom nfushom ħalli jkunu jistgħu jservu b’ mod aktar effettiv. Hekk kif bdew jiltaqgħu flimkien, il-Profeta … organizza l-ewwel Soċjetà tal-Għajnuna wara l-ordni tas-saċerdozju. Minn dak iż-żmien, l-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna għenu fil-ħidma tat-Tempju ta’ Nauvoo. …

“Fl-1855, tmien snin wara li l-ewwel Qaddisin waslu Utah, twaqqfet id-Dar tal-Għotja Mqaddsa. Eliza R. Snow, li kienet waħda mill-membri oriġinali tal-ewwel Soċjetà tal-Għajnuna u li ppreservat ir-reġistri ta’ din l-organizzazzjoni, ġiet imsejħa mill-President Brigham Young fl-1866 sabiex tkun il-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Hi, flimkien ma’ numru ta’ aħwa oħra, kienet ħaddiema fidili fid-Dar tal-Għotja Mqaddsa. Mbagħad, meta tlestew it-tempji ta’ San Ġorġ, Logan u Manti, dawn l-aħwa vvjaġġaw sa kull tempju ħalli jkunu jistgħu jaħdmu f’ isem il-mejtin.”1

Nota

  1. Mary Ellen Smoot, “Family History: A Work of Love,” Ensign, Mar. 1999, 15.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Kif nista’ ngħin lil ħuti jfittxu lill-antenati tagħhom u jwettqu l-ordinanzi tat-tempju għalihom? Ikkunsidra ċ-ċirkustanzi ta’ kull oħt hekk kif tixtarr dwar kif tista’ tilħaq il-bżonnijiet tagħha. Tista’ wkoll tikkunsidra kif il-ħidma tal-istorja tal-familja tista’ ħafna drabi saħħaħ membri ġodda, lil dawk li reġgħu lura jew dawk anqas attivi.

  2. Kien hemm xi mumenti meta l-ħidma tiegħi tat-tempju u tal-istorja tal-familja kienet ta’ faraġ għalija jew iggwidatni f’ xi deċiżjonijiet importanti?

Għal aktar informazzjoni, ara www.reliefsociety.lds.org.

Ipprintja