2011
Naqdfu għall-Futur
Jannar 2011


Iż-Żgħażagħ

Naqdfu għall-Futur

Numru kbir ta’ ġuvintur ifaddlu huma stess sabiex jaqdu missjoni. Fl-Afrika parti minn din it-tħejjija hi li jaqilgħu biżżejjed flus biex jagħmlu passaport. Sedrick Tshiambine qala’ dak li kellu bżonn b’ daqxejn negozju: billi jbigħ il-banana minn fuq ir-rota tiegħu.

Sedrick jgħix f’ Lupata, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Huwa wieħed minn 45 ġuvni fid-distrett ta’ Lupata li qed jaħdem biex ifaddal il-flus għal passaport biex ikun jista’ iservi missjoni. Fir-RD Kongo passaport jiswa $250, li huwa madwar żewġ terzi tal-flus li jkollok bżonn biex tibni dar.

Iżda Sedrick ma qatax qalbu. Huwa faddal il-flus għall-missjoni tiegħu billi jaqdef fuq ir-rota 15–30-il kilometru (9–19-il mil) minn Lupata sal-villaġġi ż-żgħar, minfejn kien jixtri l-banana, mbagħad jaqdef lura qalb is-savanna Afrikana fi sħana kbira, bir-rota tiegħu mgħobbija bil-frott lest sabiex ibigħu fil-belt. Kull ġimgħa kien jivvjaġġa madwar 180 kilometru (112-il mil) tul it-toroq imrammla, u darba biss ġralu li waqa’ bir-rota minħabba tagħbija żbilanċjata ta’ banana.

Għall-isforzi tiegħu Sedrick qala’ madwar $1.25 fil-ġimgħa, jew $65.00 fis-sena. Dam jaħdem erba’ snin biex faddal biżżejjed sabiex jagħmel passaport, iżda issa jaf li l-futur tiegħu jinkludi missjoni full-time għaliex jinsab lest finanzjarjament biex iwieġeb għas-sejħa li jservi.

Ipprintja