Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2011
L-Istorja u l-Wirt tas-Soċjetà tal-Għajnuna
Studja dan il-materjal, u kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
Eliza R. Snow tiftakar lill-Profeta Joseph Smith jgħallem li “għalkemm l-isem [Soċjetà tal-Għajnuna] forsi hu ta’ oriġini moderna, l-istituzzjoni oriġinat fi żmien il-qedem.”1
Missierna tas-Smewwiet u Ibnu, Ġesù Kristu, żaru lil Joseph Smith u, permezz tiegħu, irrestawraw il-milja tal-evanġelju fid-dinja. is-Soċjetà tal-Għajnuna kienet parti minn dik ir-restawrazzjoni. L-organizzazzjoni tal-Knisja kienet verament kompluta meta ġew organizzati n-nisa.2
Fix-xhur li ġejjin, kull Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar sa jagħtina l-opportunità nitgħallmu aktar dwar l-istorja tas-Soċjetà tal-Għajnuna u l-parti tagħha fl-evanġelju rrestawrat. Għal diversi raġunijiet, li nifhmu l-istorja tagħna m’hijiex biss xi ħaġa importanti iżda essenzjali.
L-ewwelnett, li nifhmu l-istorja tagħna jispirana sabiex inkunu dawk in-nisa ta’ Alla li għandna nkunu. Meta nimxu wara l-eżempji ta’ nisa Qaddisin tal-Aħħar Jiem nobbli, aħna nistgħu nitgħallmu mill-passat kif nistgħu niffaċċjaw il-futur.3
It-tieni, l-istorja tagħna tgħallimna li l-istess prinċipji li kienu jeżistu fil-Knisja tal-ewwel żminijiet huma l-istess prinċipji fundamentali li għandna illum. Dan l-għarfien u l-għanijiet tagħna— li nikbru fil-fidi u fl-onestà, li nsaħħu lill-familji tagħna u lil djarna, u li ngħinu li min hu fil-bżonn— iwassal sabiex tinħoloq rabta bejn il-passat tagħna u l-preżent.
It-tielet, hekk kif nibdew napprezzaw l-istorja tagħna, aħna nkunu nistgħu naqsmu aħjar flimkien il-wirt spiritwali tagħna. Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal: Inti tgħaddi dan il-wirt lil ħaddieħor hekk kif tgħinhom jirċievu d-don tal-karità. … L-istorja tas-Soċjetà tal-Għajnuna hija rreġistrata kemm permezz tal-kliem kif ukoll permezz tan-numri, iżda l-wirt jgħaddi minn qalb għall-oħra.”4
Finalment, li nifhmu l-istorja tagħna jgħinna sabiex insiru parti effettiva mill-futur tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Il-President Spencer W. Kimball (1895–1985) spjega, “Nafu li dawk in-nisa li japprezzaw ħafna l-passat jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jibnu futur aktar ġust.”5
Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
“Is-Soċjetà tal-Għajnuna hija l-organizzazzjoni tal-Mulej għan-nisa.”6 Fil-pożizzjoni tiegħu bħala profeta, Joseph Smith organizza s-Soċjetà tal-Għajnuna fis-17 ta’ Marzu, 1842. Il-grupp żgħir u divers li attenda dik l-ewwel laqgħa kien mimli nisa ddedikati, l-istess bħall-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna illum. “L-iżgħar fosthom kienu tliet żgħażagħ, u l-ixjeħ, mara li kellha fuq il-ħamsin. Ħdax-il mara kienu miżżewġin, tnejn romol, sitta xebbiet u oħra li ma nafux jekk kenitx miżżewġa jew le. Il-livell edukattiv u t-trobbija tagħhom mill-aktar diversi, kif kienu wkoll iċ-ċirkustanzi ekonomiċi tagħhom. Id-diversità tagħhom kienet tidher aktar ħafna drabi hekk kif in-numru ta’ dawk li bdew jissieħbu fl-organizzazzjoni beda dejjem jikber, iżda huma xorta baqgħu u jibqgħu jkunu magħqudin.”7
© 2011 mill-Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/10. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/10. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, January 2011. Maltese. 09761 159