2011
Dak Kollu li Nista’ Nagħti
Lulju 2011


Iż-Żgħażagħ

Dak Kollu li Nista’ Nagħti

Kont qed ninkwieta dwar kif kont se nħallas għal dak kollu li ridt nagħmel matul is-sajf: lezzjonijiet, korsijiet, kampijiet tas-sajf, u ħwejjeġ oħra. Ħassejtni se ninfaqa’ nikbi. Mbagħad ftakart dak kollu li ġejt mgħallma dwar kif għandi nafda fil-Mulej u jkolli fidi fih. Iddeċidejt li nħalli kollox f’ idejn il-Mulej u nemmen li jekk hija r-rieda Tiegħu, Huwa jipprovdi xi mezz għalija.

Ma tantx kien għadda tant żmien, meta ommi sabet ċekk mhux imsarraf li kien ħlas ta’ biċċa xogħol li kont għamilt aktar kmieni dik is-sena, u l-għada stess irċevejt ftit flus fil-posta bħala premju talli kont ġejt it-tieni f’ kompetizzjoni. Din għalija kienet testimonjanza kbira li Alla verament jgħix, li Huwa jħobbni u jieħu ħsiebi u jipprovdi dak li għandi bżonn.

Ħassejtni verament mimlija gratitudni u mħabba għal Missieri tas-Smewwiet u għas-Salvatur Tiegħi. Ħassejtni sa nisplodi bil-ferħ! Kont ili nixtieq nuri kemm kont grata, li nfaħħar lil Alla bl-aħjar mod li nista’, u li naqsam dak li ħassejt ġewwa fija. Xi oħrajn setgħu għamlu dan billi kitbu xi kanzunetta, jew xi poeżija, jew inkella billi pinġew xi stampa, iżda jiena ma ħassejtnix kapaċi nesprimi ruħi b’ dan il-mod. Sibt li l-uniku mod kif stajt nesprimi ruħi biex it-tifħir tiegħi ikun wieħed xieraq kien biss permezz ta’ ħajti—li nkun “ta’ eżempju għal dawk li jemmnu” (1 Timotju 4:12), li nagħti ħajti lil Kristu. Huwa dak li jitlob minni, u jiena dak biss nista’ nagħti.

Ipprintja