2011
Idħol għal Sfida tal-Gratitudni
Diċembru 2011


Iż-Żgħażagħ

Idħol għal Sfida tal-Gratitudni

Ejjew mhux biss nitkellmu dwar li ngħoddu barkietna — ejjew dan nagħmluh! Ikteb lista ta’ 100 ħaġa li inti grat tagħha. Jekk taħseb li wisq, ipprova dan li ġej:

  1. Ikteb 10 doni fiżiċi li tagħhom inti grat.

  2. Ikteb 10 ħwejjeġ materjali li għandek li tagħhom inti grat.

  3. Ikteb isem ta’ 10 persuni ħajjin li tagħhom inti grat.

  4. Ikteb isem ta’ 10 persuni mejtin li tagħhom inti grat.

  5. Ikteb 10 ħwejjeġ li għandhom x’ jaqsmu man-natura li tagħhom inti grat.

  6. Ikteb 10 ħwejjeġ li għandhom x’ jaqsmu mal-lum li tagħhom inti grat.

  7. Ikteb 10 postijiet fid-dinja li tagħhom inti grat.

  8. Ikteb 10 invenzjonijiet moderni li tagħhom inti grat.

  9. Ikteb 10 tipi ta’ ikel li tiegħu inti grat.

  10. Ikteb 10 ħwejjeġ li għandhom x’ jaqsmu mal-evanġelju li tagħhom inti grat.

Meta nagħmlu lista bħal din, niskopru li b’ lista ta’ 100 lanqas biss inkunu għadna bdejna biex insemmu dak kollu li tana Alla.

Ipprintja