2012
Grazzi għall-Għalliema Tiegħi tal-Iskola tal-Ħadd
Ġunju 2012


Iż-Żgħażagħ

Grazzi għall-Għalliema Tiegħi tal-Iskola tal-Ħadd

Il-klassi tiegħi tal-Iskola tal-Ħadd mhux dejjem tkun riverenti kemm għandha tkun. Nieħu gost kull ġimgħa nisma’ l-lezzjoni, iżda jidher li xi kultant oħrajn ma jkunux qed jieħdu l-istess pjaċir bħali. Huma ta’ spiss jibdew jitkellmu flimkien jew jilagħbu xi logħob fuq xi mezzi elettroniċi waqt li l-għalliema tkun qed tipprova tgħallimna. Sfortunatament, xi kultant anke jiena nispiċċa parti mill-problema.

Ġimgħa minnhom aġixxejna agħar mis-soltu, u meta spiċċat il-lezzjoni, l-għalliema infexxet tibki għaliex ħadd ma ried jisma’ l-lezzjoni tagħha. Meta konna ħerġin mill-klassi, beda jiddispjeċini ħafna għaliha.

Il-Ħadd ta’ wara l-għalliema spjegatilna li dik il-ġimgħa hija kienet talbet ħafna, fittxet li tiġi ggwidata u dehrilha li għandha turina film tal-Knisja. Hija bdiet il-film, li kien dwar il-ħajja ta’ Ġesù Kristu u l-mirakli li Huwa wettaq.

Meta dik il-lejla qadt naħseb dwar il-film, ħassejt xi ħaġa differenti. F’ daqqa waħda ntbaħt li kont qed inħoss l-Ispirtu, ferm aktar minn qatt qabel. Immedjatament iddeċidejt li ridt nagħmel ċertu tibdil f’ ħajti biex insir aktar bħas-Salvatur, u ntbaħt li l-esperjenza li kelli dak inhar fl-Iskola tal-Ħadd verament kienet saħħitli t-testimonjanza tiegħi. Jiena grat ħafna għall-għalliema tiegħi tal-Iskola tal-Ħadd u għal dak kollu li kull ġimgħa hija tagħmel għall-klassi tagħna.

Ipprintja