2012
Kun Af x’ se Tgħid
Settembru 2012


Żgħażagħ

Kun Af x’ se Tgħid

Jekk tħoss li ma tafx biżżejjed dwar l-evanġelju biex taqsmu ma’ ħaddieħor, sib il-faraġ f’ dawn il-wegħdiet mill-iskrittura:

“Semmgħu leħinkom lin-nies; lissnu l-ħsibijiet li jiena nqiegħed ġewwa qalbkom, u intom ma titħawdux quddiem il-bnedmin:

“Għaliex jingħatalkom f’ dak l-istess ħin, iva, f’ dak l-istess mument, x’ għandkom tgħidu” (D&C 100:5–6).

“Il-Farrâġ, li huwa l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ ismi, Huwa jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu li jiena għidtilkom.” (Ġwanni 14:26).

Dawn huma wegħdiet kbar, iżda biex niksbuhom, irridu nagħmlu l-parti tagħna. F’ dan il-messaġġ, il-President Eyring għallimna kif: “Nitħejjew biex naqsmu [l-evanġelju] billi kuljum nimlew moħħna bil-veritajiet tal-evanġelju.” X’ tista’ tagħmel biex timla’ moħħok bil-veritajiet tal-evanġelju?

Ipprintja