Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Settembru 2012
Bżonnijiet Speċjali u Servizz Mogħti
Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
“Il-bżonnijiet tal-oħrajn huma dejjem hemm,” qal il-President Thomas S. Monson, “u kull wieħed u waħda minna nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex ngħinu lil ħaddieħor. … Sakemm ma nintilfux f’ servizz lejn ħaddieħor, ftit li xejn ikollha skop ħajjitna.”1
Bħala għalliema taż-żjajjar aħna nistgħu sinċerament insiru nafu u nħobbu lil kull oħt li aħna nżuru. Aħna nħossu li hi ħaġa mill-aktar naturali li nagħtu servizz lil dawk li nżuru sforz tal-imħabba tagħna għalihom (ara Ġwanni 13:34–35).
Kif nistgħu nkunu nafu bil-bżonnijiet spiritwali u temporali ta’ ħutna n-nisa ħalli nkunu nistgħu nagħtu s-servizz tagħna meta jkun meħtieġ? Bħala għalliema taż-żjajjar, aħna intitolati li nirċievu l-ispirazzjoni meta nitolbu dwar dawk li nżuru.
Huwa importanti wkoll li nżommu kuntatt regolari ma’ ħutna n-nisa. Żjarat personali, telefonati, xi nota ta’ inkuraġġiment, xi e-mail, li npoġġu bilqiegħda ma’ ħutna, xi kumpliment sinċier, ninkoraġġuhom meta niltaqgħu fil-knisja, ngħinuhom meta jkunu morda jew fil-bżonn u permezz ta’ xi atti oħra ta’ servizz: dan kollu jgħinna nieħdu ħsieb u nsaħħu lil xulxin.2
L-għalliema taż-żjajjar mitlubin jirrapportaw is-sitwazzjoni temporali u spiritwali ta’ ħutna, xi bżonnijiet speċjali li huma jista’ jkollhom, u s-servizz li jingħatalhom. Dawn it-tipi ta’ rapporti u s-servizz li nagħtu lil ħutna n-nisa jgħinuna nuru li aħna verament dixxipli.3
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
Li nservu lil xulxin minn dejjem kien fil-qalba tat-tagħlim taż-żjajjar. Permezz tas-servizz kontinwu tagħna aħna nwasslu ċerta tjubija u ħbiberija li jmorru lil hinn miż-żjajjar tagħna ta’ kull xahar. Li jiswa hu l-imħabba tagħna lejhom.
“Ix-xewqa tiegħi hi li nitlob bil-ħniena lil ħuti n-nisa sabiex jieqfu jinkwetaw dwar dik it-telefonata jew dik iż-żjara ta’ kull xahar jew kull tliet xhur,” qalet Mary Ellen Smoot, it-13-il president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Hija talbitna sabiex “minflok nikkonċentraw fuq li nindukraw lil dawk il-membri għeżież.”4
Il-President Spencer W. Kimball (1895–1985) għallem, “Hija ħaġa mill-aktar importanti li aħna nservu lil xulxin fis-saltna.” Madankollu huwa għaraf li mhux is-servizz kollu għandu għalfejn ikun erojku. “Ħafna drabi, l-atti tagħna ta’ servizz jikkonsistu f’ sempliċiment inkuraġġiment jew li … ngħinu f’ affarijiet ordinarji,” huwa qal, “iżda x’ riżultat glorjuż nistgħu niksbu … minn atti ċkejkna iżda maħsuba!”5
© 2012 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/11. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/11. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, September 2012. Maltese. 10369 159