2012
Lejliet il-Milied Perfett
Diċembru 2012


Żgħażagħ

Lejliet il-Milied Perfett

Meta kont għadni tfal, jum fost l-aktar li konna nkunu qed nistennew matul is-sena kien ikun Lejliet il-Milied. Il-familja tiegħi u jiena konna nagħmlu l-pizza, immorru nkantaw l-għanjiet tal-Milied, u mbagħad konna ninġabru għal serata devozzjonali tal-Milied. Konna nippruvaw inkantaw l-innijiet b’ erba’ vuċijiet f’ armonija u konna ndoqqu l-għanjiet tal-Milied fuq l-istrumenti pjuttost strambi tagħna. Missieri dejjem kien jagħlaq il-lejla bil-ħsieb tal-Milied li kien inisslilna xi demgħa ta’ ferħ. Il-ħajja ma setgħatx tkun isbaħ milli kienet tkun f’ Lejliet il-Milied.

Meta bdejt nikber, ommi bdiet tieħu ħsieb tal-ġara ċkejkna tagħna, Kelly. Wara l-iskola Kelly kienet kuljum tiġi d-dar tagħna filwaqt li ommha, Patty, kienet tkun ix-xogħol. Kelly kienet tiġri warajja qisha xi ġeru – tgħajjat u trid il-kumpanija tiegħi. Kont nieħu r-ruħ meta Patty kienet tiġi tiġbor lit-tifla tagħha u tħalli d-dar u l-familja tagħna fil-paċi.

Darba waħda f’ Diċembru, ħadt verament qata’ meta ommi stiednet lil Patty u lil Kelly sabiex f’ Lejliet il-Milied jingħaqdu magħna. Lejlet il-Milied tiegħi. Ommi tbissmet u żguratni, “Xejn mhu sa jinbidel.” Iżda jiena kont naf aktar minn hekk. Huma kienu sa jieklu l-pizza tagħna kollha. Kelly kienet sa tiżżuffjetta bil-kant tagħna. Kont diġà ninsab ċerta li dan kien sa jkun l-agħar Lejliet il-Milied li qatt kellna.

Meta wasal filgħaxija, ingħaqdu magħna Patty u Kelly, u aħna tkellimna, dħaqna u kantajna. Sewwa qalet ommi. Kien verament perfett. F’ nofs il-lejl huma rringrazzjawna u kontra qalbna nfridna. Mort norqod b’ qalbi ferħana. Skoprejt li r-rigali vera tal-Milied ma jonqsux meta aħna naqsmuhom ma’ ħaddieħor. Anzi huma jsiru aktar ħelwin u meta naqsmuhom ma’ ħaddieħor jirduppjaw ruħhom.

Ipprintja