Messaġġ tal-Għalliema Taż-Żjajjar, Diċembru 2012
It-Tagħlim taż-Żjajjar, Ħidma tas-Salvazzjoni
Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
It-tagħlim taż-żjajjar jagħti lin-nisa l-opportunità li jħarsu, isaħħu u jgħallmu lil xulxin – hija verament ħidma tas-salvazzjoni. Permezz tat-tagħlim taż-żjajjar, l-aħwa nisa jamministraw f’ isem is-Salvatur u jgħinu jħejju lin-nisa għall-barkiet tal-ħajja eterna.
“Aħna għandna ‘inwiddbu, nispjegaw, inwissu, ngħallmu u nistiednu [lill-oħrajn] biex jersqu lejn Kristu’ (D&C 20:59), kif il-Mulej stess qal fir-rivelazzjonijiet tiegħu,” qal il-President Spencer W. Kimball (1895–1985). Qal ukoll, “It-testimonjanza tagħkom hija mezz mill-aqwa.”1
Meta aħna bħala għalliema taż-żjajjar nkabbru l-għarfien tagħna dwar il-veritajiet tal-evanġelju, it-testimonjanzi tagħna jissaħħu u nkunu nistgħu nissapportjaw lil dawk l-aħwa nisa li qed iħejju sabiex jitgħammdu u jiġu kkonfermati. Aħna ngħinu membri ġodda jankraw ruħhom fl-evanġelju. Iż-żjarat u l-imħabba tagħna jgħinu sabiex “nirbħu lura lil dawk li qabdu triq ħażina [u] nkebbsu l-qlub ta’ dawk li spiċċaw birdu fejn jidħol l-evanġelju.”2 U nħeġġu lill-aħwa nisa sabiex jersqu lejn Kristu billi jattendu t-tempju.
“Intom sa ssalvaw għadd ta’ erwieħ,” qal il-President Kimball lill-għalliema taż-żjajjar, “u min jista’ jiċħad li bosta min-nies tant attivi fil-Knisja illum huma hekk għaliex intom kontu preżenti f’ darhom u għaliex intom tajtuhom perspettiva ġdida, viżjoni ġdida? Intom ftaħtu l-purtiera. Intom estendejtu l-orizzonti tagħhom. …
“Qed taraw, intom mhux biss qed isalvaw lil ħutkom in-nisa, iżda forsi wkoll lill-irġiel tagħhom u lill-familji tagħhom.”3
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
Meta l-Profeta Joseph Smith organizza s-Soċjetà tal-Għajnuna, huwa qal li n-nisa mhux qegħdin hemm biss biex iħarsu lill-foqra iżda wkoll biex isalvaw l-erwieħ. Huwa għallem ukoll li n-nisa fil-Knisja jilagħbu rwoli mill-aktar essenzjali fil-pjan tas-salvazzjoni ta’ Missierna tas-Smewwiet.4 Iggwidati bil-prinċipji mgħallma mill-Profeta Joseph Smith, aħna bħala aħwa fis-Soċjetà tal-Għajnuna nistgħu naħdmu flimkien sabiex inħejju lin-nisa u lill-familji tagħhom għall-akbar barkiet ta’ Alla.
“Ejjew nuru kompassjoni ma’ xulxin,” qal il-President Brigham Young (1801–77), “u ejja [dawk li huma] b’ saħħithom jgħinu bil-ħlewwa lid-dgħajfin sakemm huma jiksbu saħħithom lura, u ejja ħalli dawk li jaraw jiggwidaw lill-għomja sakemm huma jispiċċaw jaraw weħidhom.”5
© 2012 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/11. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/11. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, December 2012. Maltese. 10372 159