2013
Ħidma Missjunarja
Jannar 2013


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2013

Ħidma Missjunarja

Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.Għal aktar informazzjoni, żur is-sit reliefsociety.lds.org.

Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

Il-Qaddisin tal-Aħħar Jiem jintbagħtu “jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli [tal-Mulej] għas-salvazzjoni ta’ ruħ il-bnedmin” (D&C 138:56), u dan jinkludi l-ħidma missjunarja. M’ għandhiex bżonn ta’ xi sejħa missjunarja formali biex naqsmu l-evanġelju. Madwarna għandna bosta nies li ħajjithom tista’ titbierek permezz tal-evanġelju, u hekk kif inħejju lilna nfusna, il-Mulej se jużana. L-għalliema taż-żjajjar jistgħu jidħlu għar-responsabbiltajiet spiritwali tagħhom u jgħinu “iġibu fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Moses 1:39).

Meta fl-1842 il-Profeta Joseph Smith organizza s-Soċjetà tal-Għajnuna, huwa qal li n-nisa mhux qegħdin hemm biss biex iħarsu lill-foqra iżda wkoll biex isalvaw l-erwieħ.1 U dan għadu l-għan tagħna illum.

“Il-Mulej … jagħti t-testimonjanza tal-verità lil dawk li jaqsmuha ma’ ħaddieħor,” qal il-President Dieter F. Uchdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza. “Mhux biss, iżda l-Mulej jistenna l-membri tal-Knisja Tiegħu li ‘jsemmgħu [leħinhom] f’ kull ħin, jiddikjaraw l-evanġelju [Tiegħu] bil-ferħ’ (D&C 28:16). … Xi kultant testimonjanza ta’ ftit kliem tista’ tixgħel il-fjamma li taffettwa l-ħajja eterna ta’ dak li jkun.”2

Mill-Iskrittura

Doctrine and Covenants 1:20–23; 18:15; 123:12

Mill-Istorja Tagħna

L-istorja ta’ Olga Kovářová minn dik li kienet iċ-Ċekoslovakkja hija eżempju ta’ ħidma missjunarja ta’ membru mill-istorja tagħna bħala Soċjetà tal-Għajnuna. Fis-snin sebgħin, Olga kienet studenta universitarja u kellha għatx kbir għal ħajja spiritwali aktar profonda. Impressjonaha raġel Qaddis tal-Aħħar Jiem, Otakar Vojkůvka, ta’ 75 sena. “Id-dehra tiegħu kienet ta’ wieħed ta’ ħamsa u sebgħin sena, iżda qalbu kienet ta’ tmintax u mimlija ferħ,” qalet. “F’ dak iż-żmien tant ċiniku fiċ-Ċekoslovakkja, din kienet xi ħaġa mhux tas-soltu.”

Olga staqsiet lil Otakar u lill-familja tiegħu kif huma kienu sabu daqshekk ferħ f’ ħajjithom. Huma introduċewha ma’ membri oħra tal-Knisja u tawha kopja tal-Ktieb ta’ Mormon. Hija qratu b’ ħerqa kbira u ma damitx ma’ tgħammdet u ġiet ikkonfermata. Minn dak iż-żmien ’l hawn Olga kienet ta’ influwenza pożittiva f’ dinja ta’ oppressjoni politika u persekuzzjoni reliġjuża. Hija serviet bħala l-president tas-Soċjetà tal-Għajnuna fil-fergħa żgħira tagħha u għenet issalva ruħ ħaddieħor billi ressqet ħafna lejn Kristu.3

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Nimxi jiena wara s-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu hekk kif naqsam it-testimonjanza tiegħi mal-aħwa li jiena nżur?

  2. Kif qiegħda ngħin lill-aħwa li jiena responsabbli minnhom jitgħallmu l-evanġelju?

Noti

  1. AraTeachings of Presidents of the Church: Joseph Smith (2007), 453.

  2. Dieter F. Uchtdorf, “Waiting on the Road to Damascus,” Liahona, Mejju 2011, 76–77.

  3. Ara Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 92–95.