Żgħażagħ
Aqsam ma’ Ħabib
Darba waħda waqt li kont qed nistudja għall-klassi tas-seminarju tiegħi, ġieni ħsieb verament mill-isbaħ u distint. Hekk kif kont qed naqra l-lezzjoni li kien imiss, rajt quddiem għajnejja l-imaġini ta’ ħabiba tiegħi mill-iskola u ħassejt b’ ċerta qawwa li jiena kelli naqsam it-testimonjanza tiegħi magħha.
Għalkemm dan il-ħsieb kien tant ċar f’ moħħi, xorta bżajt. Kont qed ninkwieta li ħabibti ma kenitx sa tagħti kasi , speċjalment għaliex ma tantx kienet tidher li hi t-tip ta’ tfajla li setgħet tkun interessata li tingħaqad mal-Knisja.
Dak il-ħin ftakart f’ diskors li kienet għamlet Sister Mary N. Cook tal-presidenza ġenerali tat-Tfajliet fejn hija talbitna lkoll sabiex naħdmu bis-serjetà u nagħmlu dan b’ kuraġġ.1 Jiena hekk ridt inkun, għalhekk ktibt ittra lil din it-tfajla u magħha tajt ix-xhieda tiegħi dwar il-verità tal-Knisja u dwar l-imħabba tiegħi lejn il-Ktieb ta’ Mormon. L-għada poġġejt kopja tal-Ktieb ta’ Mormon, flimkien ma’ ittra li kont ktibt, fil-basket tagħha.
Kienet ta’ sorpriża għalija li ħabibti laqgħet b’ ferħ l-istedina tal-evanġelju. Minn dak in-nhar stess, hija bdiet tgħidli dwar dak li hija kienet tgħallmet fl-istudju tagħha tal-Ktieb ta’ Mormon. Ftit ġimgħat wara, jiena introduċejtha mal-missjunarji. Kważi immedjatament wara, hija rċeviet il-konferma mill-Ispirtu s-Santu li dak li kienet qed titgħallem kien kollu minnu. Kemm jiena kif ukoll il-missjunarji spiċċajna bkejna bil-ferħ hekk kif qaltilna dak li kienet qiegħda tħoss. Il-ħabiba tiegħi ma damitx ma tgħammdet, u l-ġenituri tagħha stagħġbu meta raw it-tibdil li seħħ fiha.
Inħossni kuntenta ferm li kien irnexxieli ngħeleb il-biżgħat li kelli u għint sabiex inwasslilha l-evanġelju f’ ħajjitha.