2013
Jekk Jogħġbok Fejjaq Qalbi
Marzu 2013


Żgħażagħ

Jekk Jogħġbok Fejjaq Qalbi

Fl-anniversarju mill-mewt ta’ ħija, jiena bdejt nirrifletti fuq il-ħajja tiegħi minn meta miet hu. Mhux biss ftakart l-uġigħ enormi li jien ħassejt iżda wkoll il-barkiet li tani Alla.

Qatt ma fhimt dak li nies kienu jgħidu li l-mewt ta’ xi ħadd għażiż għalina tista’ ġġibilna għadd ta’ barkiet. Ma stajtx nifhem kif seta’ qatt jiena jkolli l-ferħ u l-gratitudni għal xi ħaġa li ġabitli tant niket. Iżda lejla fost l-oħrajn ġrat xi ħaġa li bidlitli l-perspettiva kollha tiegħi.

Qomt f’ nofs ta’ lejl b’ qalb mill-aktar imnikkta. L-uġigħ kien qed joħnoqni. Inżilt għarkubbtejja u b’ qalb maqsuma tlabt lil Missieri tas-Smewwiet. Ħajti kollha tgħallimt dwar l-Att tal-Fidwa u l-qawwa tal-fejqan mirakoluża ta’ Ġesù Kristu. Issa l-fidi tiegħi għaddiet verament minn prova. Jiena verament kont nemmen? Tlabt bi ħniena lil Missieri tas-Smewwiet sabiex ifejjaqli qalbi. L-uġigħ kien kbir wisq biex jiena jirnexxili nkampa waħdi.

F’ dak il-mument ħassejt sentiment ta’ paċi, faraġ u mħabba jaħkem il-ġisem kollu tiegħi. Ħassejt bħallikieku Alla kien qed jgħannaqni u kien qed jipproteġini mill-uġigħ enormi li kont qed inħoss. Xorta waħda bqajt inħoss in-nuqqas ta’ ħija, iżda kont kapaċi nara kollox minn perspettiva differenti. Kien hemm ħafna xi stajt nitgħallem minn din l-esperjenza.

Kont naf li l-imħabba u l-paċi tal-Mulej kienu jinsabu disponibbli għalina. Kull ma jeħtieġ minna hu biss li nilqgħu dak li lest joffrilna.