Messaġġ tal-Ewwel Presidenza, Marzu 2013
Iskot, Ieqaf
Jum fost l-oħrajn bosta snin ilu, wara li kont għadni kif lestejt xi xogħol l-uffiċċju, ħassejt b’ konvinzjoni qawwija li kelli mmur nżur waħda armla anzjana li kienet pazjenta f’ ċentru tal-anzjani fil-Belt ta’ Salt Lake. Bqajt sejjer dritt bil-karozza sa ħdejha.
Meta mort fil-kamra tagħha sibtha vojta. Staqsejt wieħed li kien jaħdem hemm fejn setgħet kienet u dderiġieni lejn is-sala. Hemmhekk sibt lil din l-armla ħelwa flimkien ma’ oħtha u ħabiba oħra tagħha. Kellna konverżazzjoni flimkien mill-aktar interessanti.
Aħna u nitkellmu, ġie raġel fil-bieb tal-kamra biex jixtri flixkun luminata mill-magna. Huwa ħares lejja u qalli, “Tgħidlix li inti Tom Monson.”
“Iva,” weġibtu jiena. “U inti tixbah lil Hemingway.”
Qalli li fil-fatt kien Stephen Hemingway, iben Alfred Eugene Hemingway, li ħafna snin ilu kien serva bħala l-kunsillier tiegħi meta jiena kont isqof u li jien kont insejjaħlu Gene. Stephen qalli li missieru kien jinsab f’ dak l-istess ċentru u kien jinsab viċin il-mewt. Gene kien beda jsejjaħ ismi, u l-familja tiegħu riedu jikkuntattjawni iżda ma setgħux isibu n-numru tat-telefon tiegħi.
Jiena skużajt ruħi fil-pront u flimkien ma’ Stephen tlajt fuq fil-kamra ta’ dak li darba kien il-kunsillier tiegħi, fejn kien hemm ukoll preżenti wħud minn uliedu miġburin flimkien; martu kienet mietet xi snin qabel. Il-membri tal-familja qiesu l-laqgħa tiegħi fis-sala ma’ Stephen bħala risposta mingħand Missierna tas-Smewwiet għax-xewqa kbira li kellhom li jiena nara lil missierhom li fil-fatt kien dak li talab huwa stess. Jiena wkoll ħassejt li hekk kien, għaliex kieku Stephen ma daħalx fil-kamra li fiha jiena kont fil-ħin preċiż li ġie hu, lanqas kont inkun naf li Gene kien f’ dak l-istess ċentru.
Aħna tajnieh barka. Inħkimna minn spirtu ta’ paċi. Kelli żjara mill-aktar ħelwa, u wara ftit tlaqt minn hemm.
L-għada filgħodu rċevejt telefonata li Gene Hemingway kien miet—20 minuta biss wara li huwa rċieva barka mingħand ibnu u mingħandi.
Jiena għid talba f’ qalbi bħala ringrazzjament lil Missierna tas-Smewwiet għall-influwenza tiegħu li jiggwidana, kif fil-fatt għamel fiż-żjara tiegħi fiċ-ċentru tal-anzjani u ħadni ħdejn il-ħabib għażiż tiegħi Alfred Eugene Hemingway.
Nagħżel li naħseb li l-ħsibijiet ta’ Gene Hemingway f’ dik il-lejla,—hekk kif konna mdawrin bir-raġġi tal-Ispirtu waqt li offrejna talba umli u tajnieh barka saċerdotali, kienu qed itennu l-eku tal-kliem li nkantaw fl-innu “Mgħallem, it-Tempesta hija waħda qawwija”:
Ibqa’ miegħi, imbierek Feddej!
Tħallinix aktar waħdi,
U bil-ferħ nidħol b’ wiċċ il-ġid fil-port
U nistrieħ fuq ix-xatt imbierek.
Għadni verament inħobb din l-għanja u nixhed dwar kemm tista’ tkun ta’ faraġ:
Kemm jekk ikun l-għadab tal-baħar imqalleb
jew tax-xjaten, tal-bnedmin, jew hu x’ inhu,
L-ebda ilma ma jegħleb vapur immexxi
Mill-Imgħallem tal-baħar, tal-art u tas-sema.
Ilkoll bil-ħlewwa jobduh:
Iskot, Ieqaf.1
Fost id-dmugħ u l-isfidi, fost il-biża’ u n-niket, fost il-qsim il-qalb u s-solitudni ta’ meta nitilfu lil xi ħadd għażiż għalina, tinsab iċ-ċertezza li l-ħajja hija għal dejjem. Il-Mulej u s-Salvatur tagħna huwa x-xhud ħaj li hekk hu.2 Kliemu fl-iskrittura mqaddsa huwa suffiċjenti: “Biżżejjed, u kunu afu li jien Alla.” (Salm 46:10). Jiena nixhed li dan kollu veru.
© 2013 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/12. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/12. Traduzzjoni ta’ First Presidency Message, March 2013. Maltese. 10663 159