2013
Attivazzjoni
Marzu 2013


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Marzu 2013

Attivazzjoni

Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Il-profeta tagħna, il-President Thomas S. Monson, ħeġġiġna sabiex “ngħinu ħalli nsalvaw lil dawk li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna u nwassluhom għal triq superjuri u ħajja aħjar. … Din hija l-ħidma tal-Mulej, u meta nkunu fuq in-naħa tal-Mulej, … aħna nkunu intitolati għall-għajnuna tal-Mulej.”1

Ħafna snin ilu LaVene Call u s-sieħba tal-għalliema taż-żjajjar tagħha marru jżuru oħt anqas attiva. Huwa ħabbtu fuq il-bieb u hemm sabu omm żagħżugħa liebsa l-ilbies tal-banju. Kienet tidher marida, iżda ma damux ma ndunaw li hija kellha problema bl-alkoħol. L-għalliema taż-żjajjar poġġew bilqiegħda u qagħdu jitkellmu ma’ dik l-omm żagħżugħa li kienet għaddejja minn żmien diffiċli.

Wara li telqu, huma qalu, “Din hija bint Alla. Għandna responsabbiltà li ngħinuha.” Għalhekk bdew iżuruha ta’ spiss. Kull darba, huma kienu jaraw u jħossu bidla għall-aħjar. Huma talbu lil din l-oħt sabiex tibda tattendi s-Soċjetà tal-Għajnuna. Għalkemm għall-ewwel bdiet issibha xi ftit bi tqila, eventwalment bdiet tattendi b’ mod regolari. Wara daqsxejn ta’ inkuraġġiment, hi, żewġha u bintha bdew jattendu flimkien il-knisja. Ir-raġel tagħha ħass l-Ispirtu s-Santu. Huwa qal, “Jiena sa nagħmel dak li ssuġġerixxa l-isqof.” Illum huma jinsabu attivi fil-Knisja u ġew issiġillati fit-tempju.2

Mill-Iskrittura

3 Nephi 18:32; Doctrine and Covenants 84:106; 138:56

Mill-Istorja Tagħna

Li ngħinu lil dawk li qabdu triq ħażina jerġgħu lura lejn l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu minn dejjem kienet ħaġa mill-aktar importanti għalina bħala Qaddisin tal-Aħħar Jiem u membri tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Il-President Brigham Young (1801–77)qal, “Ejjew nuru kompassjoni ma’ xulxin, … u ejja ħalli dawk li jaraw jiggwidaw lill-għomja sakemm dawn ikunu jistgħu jaraw it-triq weħidhom.”3

Eliza R. Snow, it-tieni president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, għarfet bi gratitudni l-isforzi li kienu qed jagħmlu l-aħwa nisa f’ Ogden, Utah, ġewwa l-Amerka, sabiex isaħħu lil xulxin. “Jiena ninsab ċerta li ħafna mill-ħin li jingħata bħala servizz qatt ma jispiċċa reġistrat fir-reġistru tagħna. Iżda nistgħu nkunu ċerti li fis-smewwiet hemm reġistru li fuqu qed titniżżel il-ħidma kollha tal-aħwa nisa hekk kif huma jippruvaw jgħinu lil dawk li qalbhom ibbieset xi ftit. “Il-President Joseph Smith qal li din is-soċjetà ġiet organizzata sabiex tfejjaq l-erwieħ. … Jinżamm ukoll ktieb ieħor li fuqu tkun imniżżla t-tjubija tagħna, il-ħidma ġusta tagħna u anke kliemna. … Xejn m’hu Mitluf,”4

Noti

  1. Thomas S. Monson, “The Sacred Call of Service,” Liahona, Meju 2005, 55, 56.

  2. Ittra lill-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna minn bint LaVene Call.

  3. Brigham Young, in Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 107.

  4. Eliza R. Snow, in Daughters in My Kingdom, 83.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Jiena nħossni kunfidenti biżżejjed sabiex nistaqsi lil xi oħt anqas attiva sabiet tattendi miegħi xi laqgħa tas-Soċjetà tal-Għajnuna?

  2. L-aħwa li jiena nżur iħossuhom komdi jistaqsuni mistoqsijiet dwar l-evanġelju?