2013
Huwa Qam mill-Mewt
April 2013


Messaġġ tal-Ewwel Presidenza, April 2013

Huwa Qam mill-Mewt

Il-President Henry B. Eyring

Testimonjanza tar-realtà tar-Reżurrezzjoni ta’ Ġesù Kristu hija kemm sors ta’ tama kif ukoll ta’ determinazzjoni. U dan japplika għal ulied Alla kollha. Jiena ħassejt dan f’jum sajfi f’ Ġunju 1969 meta mietet ommi; bqajt inħossni hekk minn dak inhar sal-lum, u nibqa’ nħossni hekk sakemm nerġa’ naraha għal darb’oħra.

In-niket li kont ħassejt meta ġejna temporalment mifrudin malajr inbidel f’ferħ. Kien ferm aktar milli sempliċement tama li b’ ferħ kbir sa nerġgħu niltaqgħu. Peress li l-Mulej żvelalna bosta ħwejjeġ permezz tal-profeti Tiegħu u peress li l-Ispirtu s-Santu kkonferma miegħi l-verità tar-Reżurrezzjoni, nista’ nara f’ moħħi kif sa jkun il-mument meta aħna nerġgħu ningħaqdu mal-maħbubin mqaddsa tagħna imqajmin mill-imwiet:

“Dawn huma dawk li għandhom iqumu fir-Reżurrezzjoni tal-ġusti. …

“Dawn huma dawk li isimhom huwa mnaqqax fis-smewwiet, fejn Alla u Kristu huma mħallfin fuq kulħadd.

“Dawn huma dawk il-bnedmin ġusti li ġew ipperfezzjonati permezz ta’ Ġesù, il-medjatur tal-patt il-ġdid, li ġab fis-seħħ dan l-Att tal-Fidwa perfett meta xerred demmu għalina” (D&C 76:65, 68–69).

Peress li Ġesù Kristu kisser irbit il-mewt, ulied Missierna tas-Smewwiet kollha li twieldu f’ din id-dinja sa jerġgħu jqumu b’ ġisem li ma jmut qatt. Għalhekk it-testimonjanza tiegħi u tagħkom ta’ din il-verità glorjuża tista’ tagħlaq għal dejjem il-ferita tat-telfa ta’ dak il-membru għażiż tal-familja jew ta’ dak il-ħabib għażiż tagħna, u postha jittieħed minn antiċipazzjoni kollha ferħ u determinazzjoni ferma.

Il-Mulej tana lkoll ir-rigal tar-reżurrezzjoni, fejn l-ispirti tagħna jitpoġġew f’ iġsma meħlusa minn kull imperfezzjoni fiżika (araAlma 11:42–44). Ommi sa tkun tidher żagħżugħa u kollha ħajja, u minn fuqha sa jisparixxi l-effett tax-xjuħija u ta’ snin twal ta’ sofferenza fiżika. Dan kollu sa jingħata lilha u lilna bħala rigal.

Iżda dawk fostna li jixtiequ jkunu hemmhekk magħha għal dejjem għandhom jagħmlu ċerti għażliet li jikkwalifikawhom biex ikunu ħdejha, biex huma jgħammru fil-glorja mal-Missier tas-Smewwiet u ma’ Ibnu l-Għażiż imqajjem mill-imwiet. Dak huwa l-uniku post fejn il-ħajja tal-familja tista’ tkompli għal dejjem. Testimonjanza ta’ din il-verità kabbret id-determinazzjoni tiegħi sabiex nagħmel dak kollu li nista’ sabiex jiena u l-maħbubin tiegħi nikkwalifikaw għall-ogħla livell tas-saltna ċelestjali billi nħallu l-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu jaħdem f’ ħajjitna (ara D&C 76:70).

Il-Mulej offrielna gwida fil-mixja tagħna lejn il-ħajja eterna fit-talb sagramentali biex Huwa jgħin kemm lili kif ukoll lilkom. Aħna ġejna mistednin sabiex inġeddu l-patti tal-magħmudija tagħna f’ kull laqgħa sagramentali.

Ġejna mwiegħda sabiex infakkru dejjem lis-Salvatur. Is-simboli tas-sagrifiċċju Tiegħu jgħinuna napprezzaw il-kobor tal-prezz li Huwa ħallas sabiex ikisser irbit il-mewt, joffrilna l-ħniena u jipprovdilna maħfra għad-dnubiet kollha tagħna, jekk aħna dejjem nagħżlu li nindmu.

Aħna għamilna l-wegħda li sa nibqgħu dejjem inżommu l-kmandamenti Tiegħu. Aħna nistgħu niftakru fil-patti li għamilna meta naqraw l-iskrittura u kliem il-profeti ħajjin u meta nisimgħu kelliema ispirati fil-laqgħat sagramentali tagħna. L-Ispirtu s-Santu jfakkarna u jgħinna nħossu liema huma dawk il-kmandamenti li l-aktar għandna bżonn inżommu f’ dak il-jum partikolari.

Fil-laqgħat sagramentali, Alla wiegħed li jibgħat l-Ispirtu s-Santu sabiex ikun magħna (ara Moroni 4:3; 5:2; D&C 20:77, 79). Sibt li f’ dak il-mument partikolari Alla jista’ jagħmel miegħi dik li bħallikieku tkun intervista personali. Huwa jfakkarni x’ għamilt jiena biex nogħġbu, il-bżonn li jien għandi biex nindem u nikseb il-maħfra, u f’ moħħi jurini l-ismijiet u l-uċuħ ta’ nies li jridni nservi.

Tul is-snin, dik l-esperjenza kontinwament bidlitli t-tamiet tiegħi f’ sentimenti ta’ karità u ġabet fija ċertezza li hemm lesta għalija l-ħniena permezz tal-Att tal-Fidwa u r-Reżurrezzjoni tas-Salvatur.

Nixhed li Ġesù huwa l-Kristu mqajjem mill-imwiet, u l-eżempju perfett u l-gwida tagħna għall-ħajja eterna.

Għallem minn Dan il-Messaġġ

Għandna “nippersonalizzaw l-iskrittura, sabiex permezz tagħha aħna nikbru u nitgħallmu” (1 Nephi 19:23). Ikkunsidraw li taqraw it-talb sagramentali, li ssibu f’ Doctrine and Covenants 20:76–79. Wara li taqraw it-tagħlim tal-President Eyring dwar it-talb sagramentali, tistgħu tistiednu lil dawk li qed tgħallmu sabiex jaħsbu f’ modi kif dan it-talb jista’ jiggwidalhom ħajjithom u jgħinhom jerġgħu lura sabiex jerġgħu jgħixu ma’ Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu.